28.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 22/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/119

tat-28 ta’ Jannar 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Wara li ġew organizzati, mill-Federazzjoni Russa, l-hekk imsejħa "elezzjonijiet lokali" fit-8 ta’ Settembru 2019 fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol fl-Ukrajna, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu seba’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“184.

Sergei Andreevich DANILENKO (Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 14.3.1960

Post tat-twelid: Krasnodar (eks USSR)

Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

185.

Lidia Aleksandrovna BASOVA (Лидия Александровна БАСОВА) /

Lidiya Oleksandrivna BASOVA (Лiдiя Олександрiвна БАСОВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 1972

Post tat-twelid:Mhux magħruf

Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

186.

Ekaterina Eduardovna PYRKOVA (Екатерина Эдуардовна ПЫРКОВА)/

Kateryna Eduardivna PYRKOVA (Катерина Едуардiвна ПИРКОВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 22.8.1967

Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR)Mhux magħruf

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

187.

Ekaterina Borisovna ALTABAEVA (Екатерина Борисовна АЛТАБАЕВА) /

Kateryna Borysivna ALTABAEVA (Катерина Борисiвна АЛТАБАЄВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 27.5.1956

Post tat-twelid: Uglich (eks USSR)

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

188.

Yuriy Mikhailovich GOTSANYUK / Yuriy Mikhailovich GOTSANIUK (Юрий Михайлович ГОЦАНЮК) /

Iurii Mykhailovych HOTSANIUK (Юрiй Михайлович ГОЦАНЮК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 18.7.1966

Post tat-twelid:Novaya Derevnya / Nove Selo (eks USSR)

Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

189.

Vladimir Vladimirovich NEMTSEV (Владимир Владимирович НЕМЦЕВ)/

Volodymyr Volodymyrovych NEMTSEV (Володимир Володимирович НЄМЦЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid:15.11.1971

Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR)

President tal-hekk imsejħa “Assemblea Leġislattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri fil-Federazzjoni Russa tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

190.

Mikhail Vladimirovich RAZVOZHAEV (Михаил Владимирович РАЗВОЖАЕВ) /

Mykhailo Volodymyrovich RAZVOZHAEV (Михайло Володимирович РАЗВОЖАЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.12.1980

Post tat-twelid: Krasnoyarsk (eks USSR)

L-hekk imsejjaħ "aġent Gvernatur" tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020”.