|
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/111
tat-13 ta’ Jannar 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif ukoll tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (2) jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 272/2009 jinkariga lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-istandards tas-sigurtà ta’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (3) jelenka l-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat li, fir-rigward tal-Ajruport ta’ Belgrad Nikola Tesla, ir-Repubblika tas-Serbja tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni vverifikat li, fir-rigward tal-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion, l-Istat ta’ Iżrael jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009, fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru u l-iskrinjar tal-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina. |
|
(6) |
Il-miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 jinkludu proċeduri għall-approvazzjoni u l-użu ta’ tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(7) |
Il-passi meħuda biex jiġi żgurat li t-tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jissodisfa l-istandards tal-prestazzjoni meħtieġa jenħtieġ jiġu armonizzati biex tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-proċess komuni tal-evalwazzjoni tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili bħala prekundizzjoni obbligatorja għall-approvazzjoni ta’ tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. Għalhekk jenħtieġ li t-tagħmir tas-sigurtà li jkun għadda minn dak il-proċess jibbenefika minn skema ta’ approvazzjoni tal-UE li tikkonsisti f’marka ta’ timbru viżwali u l-inklużjoni tiegħu f’bażi tad-data kkonsolidata tal-Unjoni li tippermetti l-iskjerament immedjat ta’ tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni kollha. |
|
(9) |
Billi l-approvazzjoni finali ta’ tagħmir tal-avjazzjoni ċivili se tingħata bl-adozzjoni ta’ att legali, l-installazzjoni u l-użu ta’ tagħmir tas-sigurtà ta’ dan it-tip jenħtieġ ikunu permessi legalment bi status pendenti sal-approvazzjoni finali. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-punti (1)(b) u (2)(b) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-lista fid-Dokument Mehmuż 3-B tal-Kapitolu 3 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
il-lista fid-Dokument Mehmuż 4-B tal-Kapitolu 4 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
fil-lista fid-Dokument Mehmuż 5-A tal-Kapitolu 5, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata rigward il-Montenegro: “Ir-Repubblika tas-Serbja, fir-rigward tal-Ajruport ta’ Belgrad Nikola Tesla”; |
|
(4) |
fil-lista fid-Dokument Mehmuż 6-F tal-Kapitolu 6, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata rigward il-Montenegro: “Ir-Repubblika tas-Serbja”; |
|
(5) |
fil-Kapitolu 12, il-Kapitolu 12.0 huwa sostitwit b’dan li ġej: “12.0. DISPOŻIZZJONI ĠENERALI U APPROVAZZJONI TAT-TAGĦMIR TAS-SIGURTÀ 12.0.1. Dispożizzjoni ġenerali
12.0.2. Approvazzjoni ta’ tagħmir tas-sigurtà
12.0.3. Marka ta’ “Timbru tal-UE” u l-bażi tad-data tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista – tagħmir tas-sigurtà
12.0.4. Sospensjoni u rtirar tal-marka ta’ “Timbru tal-UE”
12.0.5. Miżuri aktar stretti dwar it-tagħmir tas-sigurtà u l-approvazzjoni nazzjonali
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).”." |
|
(6) |
fil-Kapitolu 12, jiżdied id-Dokument Mehmuż 12-N li ġej: “ ID-DOKUMENT MEHMUŻ 12-N Dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-SED huma stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.”; |
|
(7) |
fil-Kapitolu 12, jiżdied id-Dokument Mehmuż 12-O li ġej: “ ID-DOKUMENT MEHMUŻ 12-O Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-EVD huma stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.”. |
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).”.”