17.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/37

tas-16 ta’ Jannar 2020

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003 skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta’ Jannar 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi ħmistax-il annotazzjoni mil-lista ta’ persuni jew entitajiet li jenħtieġ li l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi japplika għalihom.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“21.

BAGHDAD MUNICIPALITY. Indirizz: Khulafa Street, Khulafa Square, Bagdad, Iraq.”

“24.

CHEMICAL, PETROCHEMICAL, MECHANICAL AND METALURICAL TRAINING CENTRE. Indirizz: P.O. Box 274, Ashar, Basrah, Iraq.”

“31.

DIRECTORATE-GENERAL OF MINOR PROJECTS AND RURAL ELECTRIFICATION. Indirizz: P.O. Box 788, Al-Karradah Al-Sharkiya, Arasat Al-Hindiya no. 81, Building No 137/327, Baghdad, Iraq.”

“32.

DIRECTORATE OF TRAINING CENTRE FOR IRON AND STEEL. Indirizz: P.O. Box 421, Basrah Khor Al-Zubair, Basrah, Iraq.”

“77.

MECHANICAL TRAINING CENTRE/NASSIRIYA. Indirizz: P.O. Box 65, Nassiriyah, Nassiriyah, Iraq.”

“144.

STATE ENTERPRISE FOR MECHANICAL INDUSTRIES. Indirizzi: (a) P.O. Box 5763, Iskandariya, Iraq; (b) P.O. Box 367, Iskandariyah-Babylon Governate, Iraq.”

“146.

STATE ENTERPRISE FOR PHOSPHATES. Indirizzi: (a) P.O. Box 5954, East Gate, Sadoon St., Baghdad, Iraq; (b) P.O. Box 5954, South Gate, Al-Kaim, Anbar, Baghdad, Iraq.”

“156.

STATE ESTABLISHMENT FOR AGRICULTURAL MARKETING. Indirizz: Eastern Karrda, Baghdad, Iraq.”

“172.

STATE ORGANISATION FOR AGRICULTURAL MARKETING. Indirizz: Karkh, Nisoor Square, Baghdad, Iraq.”

“173.

STATE ORGANISATION FOR AGRICULTURAL MECHANISATION AND AGRICULTURAL SUPPLIES (magħrufa ukoll bħala (a) STATE ORGANISATION FOR AGRICULTURAL MECHANISATION, (b) STATE ESTABLISHMENT FOR AGRICULTURAL MECHANISATION, (c) CENTRE FOR AGRICULTURAL MECHANISATION, (d) STATE ESTABLISHMENT FOR AGRICULTURAL SUPPLIES). Indirizzi: (a) P.O. Box 26028, Waziriya, opp Al Bakr University, Baghdad, Iraq; (b) P.O. Box 96101, Abu Nuvas St., Baghdad, Iraq; (c) P.O. Box 26061, Al Wazeria, Baghdad, Iraq; Swaira-Hafria, Wasst Muhafadha, Iraq; (d) P.O. Box 1045, Waziriyah, Baghdad, Iraq.”

“178.

STATE ORGANISATION FOR ELECTRICITY (magħrufa ukoll bħala (a) STATE ORGANISATION OF ELECTRICITY, SOUTHERN ELECTRICAL REGION; (b) STATE ORGANISATION OF ELECTRICITY / DEPARTMENT OF COMPUTING AND STATISTICS). Indirizzi: (a) Off Jumhuriya St/Building 166, Nafoora Square, P.O. Box 5796, Baghdad, Iraq; (b) P.O. Box 230, Basrah, Iraq; (c) P.O. Box 14171 Jumhuriya St., Maidan Building No. 9, Baghdad, Iraq.”

“181.

STATE ORGANISATION FOR FOOD INDUSTRIES. Indirizz: P.O. Box 2301, Alwiya, Camp Sarah Khatoon, Baghdad, Iraq.”

“190.

STATE ORGANISATION OF HOUSING. Indirizz: P.O. Box 5824, Jumhuriya Street, Baghdad, Iraq.”

“199.

STEEL AND TIMBER STATE ENTERPRISE (magħrufa ukoll bħala STATE TRADING ENTERPRISE FOR STEEL AND TIMBER). Indirizz: Arasat Al Hindya St., Salman Daoud Al Haydar Building, P.O. Box 602, Baghdad, Iraq.”

“202.

VOCATIONAL TRAINING CENTRE FOR ENGINEERING AND METALLIC INDUSTRIES (magħruf ukoll bħala VOCATIONAL TRAINING CENTRE FOR ENGINEERING). Indirizz: Iskandariya-Babil, Iraq.”