|
16.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/34
tal-15 ta’ Jannar 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39, l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju 7 u 9
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Lulju 2014, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ppubblika r-rapport “Reforming Major Interest Rate Benchmarks”, li stabbilixxa rakkomandazzjonijiet biex jissaħħu l-parametri referenzjarji eżistenti u rati ta’ referenza potenzjali oħra bbażati fuq is-swieq interbankarji u biex jiġu żviluppati rati ta’ referenza alternattivi kważi mingħajr riskju. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċa qafas komuni biex tiġi żgurata l-akkuratezza u l-integrità tal-indiċijiet użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji, jew biex titkejjel il-prestazzjoni tal-fondi tal-investimenti fl-Unjoni. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Settembru 2019, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ppubblika r-Riforma tal-Parametru Referenzjarju tal-Imgħax (Emendi għall-IFRS 9, IAS 39 u l-IFRS 7) sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tar-rappurtar finanzjarji tar-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax fil-perjodu qabel is-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax eżistenti b’rata ta’ referenza alternattiva. |
|
(5) |
L-emendi jipprovdu eżenzjonijiet temporanji u limitati għar-rekwiżiti tal-kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9 Strumenti Finanzjarji sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti jekk il-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax eżistenti ma jiġux alterati minħabba r-riforma tar-rata interbankarja offruta. |
|
(6) |
Wara l-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji:: Rikonoxximent u Kejl, IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar u IFRS 9 Strumenti Finanzjarji jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(7) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(a) |
Standard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
|
(b) |
l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard mid-data li fiha tibda l-ewwel sena finanzjarja tagħha, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320 29.11.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
ANNESS
Riforma tal-Valur Referenzjarju tar-Rata tal-Imgħax
Emendi għall-IFRS 9, IAS 39 u IFRS 7
Emendi għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji
Jiżdiedu l-paragrafi 6.8.1–6.8.12 u 7.1.8. Tiżdied intestatura ġdida qabel il-paragrafu 6.8.1. Jiżdiedu subintestaturi ġodda qabel il-paragrafi 6.8.4, 6.8.5, 6.8.6, 6.8.7 u 6.8.9. Il-paragrafu 7.2.26 huwa emendat.
Kapitolu 6 Kontabbiltà għall-iħħeġġjar
...
6.8 Eċċezzjonijiet temporanji mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar
|
6.8.1. |
Entità għandha tapplika l-paragrafi 6.8.4–6.8.12 u l-paragrafi 7.1.8 u 7.2.26(d) għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar kollha direttament affettwati mir-riforma tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax. Dawn il-paragrafi japplikaw biss għal tali relazzjonijiet tal-iħħeġġjar. Relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi affettwata direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax biss jekk ir-riforma tagħti lok għal inċertezzi dwar:
|
|
6.8.2. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 6.8.4–6.8.12, it-terminu “riforma ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax” jirreferi għar-riforma fis-suq kollu ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, inkluża s-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax b’parametru referenzjarju alternattiva bħal dik li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ta’ Lulju 2014 “Reforming Major Interest Rate Benchmarks” (1). |
|
6.8.3. |
Il-paragrafi 6.8.4–6.8.12 jipprovdu eċċezzjonijiet biss għar-rekwiżiti speċifikati f’dawn il-paragrafi. Entità għandha tkompli tapplika r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-kontabilità għall-iħħeġġjar għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar affettwati direttament mir-riforma tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax. |
Rekwiżit ferm probabbli għal ħeġġijiet tal-flussi tal-flus
|
6.8.4. |
Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk tranżazzjoni ta’ tbassir (jew komponent tagħha) hijiex probabbli ħafna kif meħtieġ mill-paragrafu 6.3.3, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (kuntrattwalment speċifikati jew mhux speċifikati b’mod kuntrattwali) ma jinbidlux b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. |
Riklassifikazzjoni tal-ammont akkumulat fir-riżerva tal-ħeġġ tal-flussi tal-flus
|
6.8.5. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 6.5.12 sabiex jiġi ddeterminat jekk il-flussi tal-flus futuri ħħeġġjati humiex mistennija li jseħħu, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (kuntrattwalment speċifikati jew mhux speċifikati b’mod kuntrattwali) ma jinbidlux b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. |
Valutazzjoni tar-relazzjoni ekonomika bejn l-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar
|
6.8.6. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafi 6.4.1(c)(i) u B6.4.4–B6.4.6, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati u/jew ir-riskju ħħeġġjat (kuntrattwalment speċifikati jew mhux speċifikati b’mod kuntrattwali), jew il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flussi ta’ flus tal-istrument għall-iħħeġġjar, ma jinbidlux b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. |
Deżinjazzjoni ta’ komponent ta’ oġġett bħala oġġett iħħeġġjat
|
6.8.7. |
Sakemm il-paragrafu 6.8.8 ma japplikax, għal ħeġġ ta’ komponent ta’ parametru referenzjarju ta’ riskju tar-rata tal-imgħax li ma jkunx speċifikat b’kuntratt, entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8—li l-komponent tar-riskju għandu jkun identifikat separatament—biss fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar. |
|
6.8.8. |
Meta entità, konsistenti mad-dokumentazzjoni tal-ħeġġ tagħha, ta’ spiss tirrisettja (jiġifieri twaqqaf u terġa’ tibda) relazzjoni tal-iħħeġġjar minħabba li kemm l-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll l-oġġett iħħeġġjat jinbidlu b’mod frekwenti (jiġifieri l-entità tuża proċess dinamiku li fih kemm l-oġġetti ħħeġġjati kif ukoll l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati biex timmaniġġja dik l-iskopertura ma jibqgħux l-istess għal żmien twil), l-entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 6.3.7(a) u B6.3.8—li l-komponent ta’ riskju huwa identifikabbli separatament—biss meta tiddeżinja oġġett iħħeġġjat f’dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Oġġett iħħeġġjat li jkun ġie vvalutat fiż-żmien tad-deżinjazzjoni inizjali tiegħu fir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, sew jekk kien fiż-żmien tal-bidu tal-ħeġġ jew sussegwentement, ma jiġix ivvalutat mill-ġdid fi kwalunkwe deżinjazzjoni mill-ġdid sussegwenti fl-istess relazzjoni tal-iħħeġġjar. |
It-tmiem tal-applikazzjoni
|
6.8.9. |
Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafu 6.8.4 għal oġġett iħħeġġjat fl-iktar mument kmieni possibbli:
|
|
6.8.10. |
Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafu 6.8.5 fl-iktar mument kmieni possibbli:
|
|
6.8.11. |
Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafu 6.8.6:
Jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li l-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar ikunu parti minnha titwaqqaf qabel id-data speċifikata fil-paragrafu 6.8.11(a) jew id-data speċifikata fil-paragrafu 6.8.11(b), l-entità għandha tieqaf prospettivament milli tapplika l-paragrafu 6.8.6 għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar fid-data li titwaqqaf. |
|
6.8.12. |
Meta tkun qed tiddeżinja grupp ta’ oġġetti bħala oġġett iħħeġġjat jew kombinazzjoni ta’ strument finanzjarji bħala l-istrument għall-iħħeġġjar, entità għandha tieqaf prospettivament tapplika l-paragrafi 6.8.4–6.8.6 għal oġġett individwali jew strument finanzjarju skont il-paragrafi 6.8.9, 6.8.10, jew 6.8.11, kif rilevanti, meta l-inċertezza li tirriżulta minn riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tar-riskju ħħeġġjat u/jew l-iskeda ta’ żmien u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax ta’ dak l-oġġett jew strument finanzjarju. |
Kapitolu 7 Data effettiva u tranżizzjoni
7.1 Data effettiva
...
|
7.1.8. |
Interest Rate Benchmark Reform, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39 u l-IFRS 7, maħruġ f’Settembru 2019, żied it-Taqsima 6.8 u emenda l-paragrafu 7.2.26. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2020. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din għandha tiddivulga dan il-fatt. |
7.2 Tranżizzjoni
...
Tranżizzjoni għal kontabbiltà għall-iħħeġġjar (Kapitolu 6)
...
|
7.2.26. |
Bħala eċċezzjoni għall-applikazzjoni prospettiva tar-rekwiżiti ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar ta’ dan l-Istandard, entità:
...
|
Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
Jiżdiedu Il-paragrafi 102 A–102N u 108G. Tiżdied intestatura qabel il-paragrafu 102 A. Jiżdiedu subintestaturi ġodda qabel il-paragrafi 102D, 102E, 102F, 102H u 102J.
Iħħeġġjar
...
Eċċezzjonijiet temporanji mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar
|
102A |
Entità għandha tapplika l-paragrafi 102D–102N u 108G għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar affettwati direttament mir-riforma tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax. Dawn il-paragrafi japplikaw biss għal tali relazzjonijiet tal-iħħeġġjar. Relazzjoni tal-iħħeġġjar tiġi affettwata direttament mir-riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax biss jekk ir-riforma tagħti lok għal inċertezzi dwar:
|
|
102B |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 102D–102N, it-terminu “riforma ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax” jirreferi għal riforma fis-suq kollu ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax, inkluża s-sostituzzjoni ta’ parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax b’parametru referenzjarju alternattiv bħal dik li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport tal-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja ta’ Lulju 2014 “Reforming Major Interest Rate Benchmarks” (2). |
|
102C |
Il-paragrafi 102D–102N jipprovdu eċċezzjonijiet biss għar-rekwiżiti speċifikati f’dawn il-paragrafi. Entità għandha tkompli tapplika r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-kontabilità tal-ħeġġ għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar affettwati direttament mir-riforma tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax. |
Rekwiżit ferm probabbli għal ħeġġijiet tal-flussi tal-flus
|
102D |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 88(c) li tranżazzjoni prevista għandha tkun probabbli ħafna, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (kuntrattwalment speċifikati jew mhux speċifikati b’mod kuntrattwali) ma jinbidilx b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. |
Riklassifikazzjoni tal-qligħ jew telf kumulattiv rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv
|
102E |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 101(c) sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tranżazzjoni prevista ma tkunx aktar mistennija li sseħħ, entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati (kuntrattwalment speċifikati jew mhux speċifikati b’mod kuntrattwali) ma jinbidlux b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. |
Valutazzjoni tal-effettività
|
102F |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafi 88(b) u AG105(a), entità għandha tassumi li l-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flus iħħeġġjati u/jew ir-riskju ħħeġġjat (kuntrattwalment speċifikati jew mhux speċifikati b’mod kuntrattwali), jew il-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax li fuqu huma bbażati l-flussi ta’ flussi tal-istrument għall-iħħeġġjar, ma jinbidilx b’riżultat ta’ riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax. |
|
102G |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 88(e), entità mhix meħtieġa li twaqqaf relazzjoni tal-iħħeġġjar minħabba li r-riżultati attwali tal-ħeġġ ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fil-paragrafu AG105(b). Biex jiġi evitat kull dubju, entità għandha tapplika l-kundizzjonijiet l-oħra fil-paragrafu 88, inkluża l-valutazzjoni prospettiva fil-paragrafu 88(b), biex tivvaluta jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar għandhiex titwaqqaf. |
L-għażla ta’ oġġetti finanzjarji bħala oġġetti ħħeġġjati
|
102H |
Sakemm il-paragrafu 102I ma japplikax, għal ħeġġ ta’ komponent ta’ parametru referenzjarju ta’ riskju tar-rata tal-imgħax mhux speċifikat b’kuntratt, entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 81 u AG99F—li l-porzjon deżinjat għandu jkun identifikabbli separatament—biss fil-bidu tar-relazzjoni tal-iħħeġġjar. |
|
102I |
Meta entità, konsistenti mad-dokumentazzjoni tal-ħeġġ, ta’ spiss tirrisettja (jiġifieri twaqqaf u terġa’ tibda) relazzjoni tal-iħħeġġjar minħabba li kemm l-istrument għall-iħħeġġjar kif ukoll l-oġġett iħħeġġjat jinbidlu b’mod frekwenti (jiġifieri l-entità tuża proċess dinamiku li fih kemm l-oġġetti ħħeġġjati kif ukoll l-istrumenti għall-iħħeġġjar użati biex timmaniġġja dik l-iskopertura ma jibqgħux l-istess għal żmien twil), l-entità għandha tapplika r-rekwiżit fil-paragrafi 81 u AG99F—li l-porzjon deżinjat huwa identifikabbli separatament—biss meta tiddeżinja inizjalment oġġett iħħeġġjat f’dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar. Oġġett iħħeġġjat li jkun ġie vvalutat fiż-żmien tad-deżinjazzjoni inizjali tiegħu fir-relazzjoni tal-iħħeġġjar, sew jekk kien fiż-żmien tal-bidu tal-ħeġġ jew sussegwentement, ma jiġix ivvalutat mill-ġdid fi kwalunkwe deżinjazzjoni mill-ġdid sussegwenti fl-istess relazzjoni tal-iħħeġġjar. |
It-tmiem tal-applikazzjoni
|
102J |
Entità għandha prospettivament tieqaf tapplika l-paragrafu 102D għal oġġett iħħeġġjat fl-iktar mument kmieni possibbli:
|
|
102K |
Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafu 102E fl-iktar mument kmieni possibbli:
|
|
102L |
Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafu 102F:
Jekk ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar li l-oġġett iħħeġġjat u l-istrument għall-iħħeġġjar ikunu parti minnha titwaqqaf qabel id-data speċifikata fil-paragrafu 102L(a) jew id-data speċifikata fil-paragrafu 102L(b), l-entità għandha tieqaf prospettivament milli tapplika l-paragrafu 102F għal dik ir-relazzjoni tal-iħħeġġjar fid-data li titwaqqaf. |
|
102M |
Entità għandha tieqaf tapplika prospettivament il-paragrafu 102G għal relazzjoni tal-iħħeġġjar fl-iktar kmieni possibbli:
|
|
102N |
Meta tkun qed tiddeżinja grupp ta’ oġġetti bħala oġġett iħħeġġjat jew kombinazzjoni ta’ strumenti finanzjarji bħala l-istrument għall-iħħeġġjar, entità għandha tieqaf prospettivament tapplika l-paragrafi 102D–102G għal oġġett individwali jew strument finanzjarju skont il-paragrafi 102J, 102K, 102L, jew 102M, kif rilevanti, meta l-inċertezza li tirriżulta minn riforma tal-parametru referenzjarju tar-rata tal-imgħax ma tkunx għadha preżenti fir-rigward tar-riskju ħħeġġjat u/jew l-iskeda ta’ żmien u l-ammont tal-flussi ta’ flus ibbażati fuq parametri referenzjarji ta’ dak l-oġġett jew strument finanzjarju. |
Data u tranżizzjoni effettivi
...
|
108G |
Interest Rate Benchmark Reform, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39 u l-IFRS 7, maħruġ f’Settembru 2019, żied il-paragrafi 102 A–102N. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2020. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din tiddivulga dan il-fatt. Entità għandha tapplika dawn l-emendi retrospettivament għal dawk ir-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba jew li kienu ddeżinjati wara, u għall-qligħ jew telf rikonoxxut f’introjtu komprensiv ieħor li kien jeżisti fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika dawn l-emendi għall-ewwel darba. |
Emendi għall- IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar
Jiżdiedu l-paragrafi 24H u 44DE–44DF u tiżdied subintestatura qabel il-paragrafu 24H.
Kontabilità għall-iħħeġġjar
...
Inċertezza li tirriżulta mir-riforma tal-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax
|
24H |
Għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar li għalihom entità tapplika l-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 6.8.4–6.8.12 tal-IFRS 9 jew il-paragrafi 102D–102N tal-IAS 39, entità għandha tiżvela:
|
Data u tranżizzjoni effettivi
...
|
44DE |
Interest Rate Benchmark Reform, li emenda l-IFRS 9, l-IAS 39 u l-IFRS 7, maħruġ f’Settembru 2019, żied il-paragrafi 24H u 44DF. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-emendi għall-IFRS 9 jew l-IAS 39. |
|
44DF |
Fil-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika Interest Rate Benchmark Reform l-ewwel darba, maħruġa f’Settembru 2019, entità mhix meħtieġa tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabbiltà, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabbiltà u Żbalji. |
(1) Ir-rapport, “Reforming Major Interest Rate Benchmarks”, huwa disponibbli fuq http://www.fsb.org/wp-content/uploads/r_140722.pdf.
(2) Ir-rapport, “Reforming Major Interest Rate Benchmarks”, huwa disponibbli fuq http://www.fsb.org/wp-content/uploads/r_140722.pdf.