|
5.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/1 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/1151
tad-29 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE (3) huma skaduti u mhux ċari u jirriżultaw fi proċeduri amministrattivi onerużi bla bżonn kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi. L-ispejjeż għall-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw ma’ dawk il-proċeduri għandhom l-effett li jirrestrinġu l-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u medji fil-kummerċ tal-alkoħol u tax-xorb alkoħoliku fis-suq intern. Barra minn hekk, ir-referenzi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni li ma għadhiex li m’għadhomx fis-seħħ jeħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(2) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kondizzjonijiet li jiffissaw it-taxxi tas-sisa fuq il-birra, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-kejl tal-grad Plato. B’mod partikolari, rigward il-kejl tal-grad Plato għall-birra ħelwa jew aromatizzata, huwa importanti li jiġi speċifikat li l-ingredjenti tal-birra li ġew miżjuda wara l-fermentazzjoni jenħtieġ li jitqiesu wkoll għall-fini tal-kejl tal-grad Plato. Fid-dawl tad-diffikultajiet prattiċi marbuta mal-identifikazzjoni u l-kejl tal-estratt niexef tal-wort oriġinali tal-prodott lest, tali speċifikazzjoni hija meħtieġa u ġustifikata mill-ħtieġa li jiġi pprovdut approċċ armonizzat li jiżgura applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dawk ir-regoli mill-persuni taxxabbli kkonċernati u mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll l-effikaċja tas-superviżjoni fiskali kontra r-riskji tal-evażjoni, l-evitar jew l-abbuż. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel tal-metodoloġija armonizzata għall-kejl tal-grad Plato tal-birra, huwa xieraq li l-Istati Membri li fid-29 ta’ Lulju 2020, ma jiħdux kont tal-ingredjenti tal-birra li ġew miżjuda wara l-fermentazzjoni għall-finijiet tal-kejl tal-grad Plato, jitħallew ikomplu jużaw il-metodoloġija applikata bħalissa għal perijodu ta’ żmien tranżizzjonali. |
|
(4) |
Il-qawwa alkoħolika tal-birra li fuqha jistgħu jiġu applikati rati mnaqqsa għall-birra b’qawwa alkoħolika baxxa, ġeneralment tkun baxxa wisq biex tipprovdi xi inċentiv tanġibbli biex il-birriera jkunu innovattivi u joħolqu prodotti ġodda b’qawwa alkoħolika baxxa. Biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ birra b’qawwa alkoħolika baxxa, jenħtieġ li jiżdied il-livell limitu fejn jistgħu jiġu applikati r-rati mnaqqsa għall-birra b’qawwa alkoħolika baxxa. |
|
(5) |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa għall-birra u għall-alkoħol etiliku prodotti f’volumi żgħar minn produtturi żgħar u indipendenti. Biex jiġi evitat li xorb alkoħoliku ieħor jiġi ttrattat b’mod differenti mill-birra u mill-alkoħol etiliku, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll is-setgħa li japplikaw rati mnaqqsa għal xorb alkoħoliku ieħor prodott f’volumi żgħar minn produtturi żgħar indipendenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa għal prodotti intermedjarji u xorb iffermentat ieħor, b’kont meħud ta’ diversi kriterji, bħal qawwa alkoħolika tal-prodott lest jew il-kwantità u t-tip ta’ materja prima li tintuża biex tipproduċih. |
|
(6) |
Biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-istatus tagħhom bħala produtturi żgħar indipendenti fl-Istati Membri kollha, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-istabbiliment ta’ format ta’ ċertifikat uniformi li jikkonferma l-produzzjoni annwali tal-produttur żgħir indipendenti u l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 92/83/KEE. Jenħtieġ li dawn is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalkemm hija mixtieqa ċ-ċertifikazzjoni ta’ produtturi żgħar indipendenti mill-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-produttur żgħir indipendenti, huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv billi tiġi permessa l-awtoċertifikazzjoni mill-produttur żgħir indipendenti. Jenħtieġ li l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-produttur żgħir indipendenti jistabbilixxi l-kondizzjonijiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ tali dispożizzjonijiet u biex tiġi evitata kull evażjoni, l-evitar jew abbuż. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu r-rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fuq il-bażi taċ-ċertifikat maħruġ mill-Istati Membri l-oħra, ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, pereżempju r-riskju ta’ evażjoni, evitar jew abbuż. Jenħtieġ li l-Istati Membri li japplikaw limiti ogħla għal produtturi żgħar, ikollhom japplikaw l-istess limiti għal produtturi minn Stati Membri oħra. |
|
(7) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tas-settur tal-inbid fir-Repubblika ta’ Malta, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jitħalla japplika limitu ogħla b’rabta mal-mekkaniżmu ta’ rati mnaqqsa previst f’ din id-Direttiva għal produtturi tal-inbid żgħar indipendenti. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati japplikaw rata mnaqqsa ta’ alkoħol etiliku prodott f’distilleriji ta’ kultivaturi tal-frott minn frott (bħal tuffieħ, lanġas, karfa tal-għeneb u frott tal-bosk). |
|
(9) |
Fil-każ ta’ birra, inbid u xorb ieħor iffermentat, id-Direttiva 92/83/KEE tippermetti lill-Istati Membri biex jeżentaw mit-taxxa tas-sisa dawk il-prodotti magħmula d-dar li mhumiex prodotti għal finijiet kummerċjali. Madankollu, id-Direttiva 92/83/KEE ma tippermettix tali eżenzjoni fakultattiva għall-alkoħol etiliku prodott mill-frott (bħal tuffieħ, lanġas, karfa tal-għeneb u frott tal-bosk) għall-konsum privat. Billi diversi Stati Membri għandhom tradizzjoni twila ta’ prodotti bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li japplikaw rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet għal prodotti tal-alkoħol etiliku ta’ natura reġjonali u tradizzjonali, li mhumiex prodotti għal finijiet kummerċjali. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta għażla, li l-Istati Membri jkunu jistgħu, taħt kondizzjonijiet stretti, jeżentaw minn dazju jew japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għal volum limitat ta’ spirti tal-frott magħmula minn frott (bħal tuffieħ, lanġas, karfa tal-għeneb u frott tal-bosk) li jkunu mkabbra, forniti u jappartjenu lil individwu privat minn biċċa art li fuqha dak l-individwu privat ikollu titolu. L-Istati Membri li japplikaw dawn ir-rati mnaqqsa jew l-eżenzjonijiet jenħtieġ li jkunu obbligati jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż. Dawk il-miżuri jenħtieġ ikopru, pereżempju, ir-reġistrazzjoni ta’ individwi privati li jipproduċu t-tali xorb, ir-reġistrazzjoni ta’ apparati ta’ distillazzjoni inkluż id-daqs u l-post fejn jinsabu, ir-rapportar tal-volum tal-produzzjoni u miżuri oħra ta’ kontroll li jiżguraw il-konformità mal-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jkollhom ukoll rekwiżiti u proċeduri adegwati fis-seħħ sabiex jiżguraw il-kontroll tal-produzzjoni u tal-konsum u l-prevenzjoni ta’ effetti u ta’ bejgħ transkonfinali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu wkoll regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawn u jiżguraw li dawk il-penalitajiet jiġu implimentati. Filwaqt li l-għażla tal-penali tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(10) |
Minħabba li r-rati mnaqqsa jew l-eżenzjonijiet minn dazji tas-sisa fuq xorb magħmul id-dar m’għandhomx jiġu applikati minn Stat Membru flimkien mar-rati mnaqqsa għal alkoħol etiliku prodott minn distilleriji ta’ kultivaturi żgħar tal-frott u fid-dawl ta’ tradizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u arranġamenti relatati rigward distilleriji ta’ kultivaturi żgħar tal-frott fir-Repubblika tal-Bulgarija, ladarba dak l-Istat Membru ikun eżerċita l-għażla disponibbli rigward l-ispirti tal-frott distillati għall-unitajiet domestiċi tal-kultivaturi tal-frott minn distilleriji ta’ kultivaturi żgħar tal-frott, it-tali għażla għandha tkompli tibqa’ applikabbli għar-Repubblika tal-Bulgarija bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe għażla oħra li jiġu applikati rati jew eżenzjonijiet imnaqqsa. |
|
(11) |
Huwa xieraq li jiġu aġġornati r-referenzi għall-kodiċi tan-nomenklatura magħquda użati biex jiddeskrivu l-prodotti tal-alkoħol. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri, taħt għadd ta’ kondizzjonijiet, jitħallew jeżentaw mit-taxxa tas-sisa armonizzat il-prodotti koperti mid-Direttiva 92/83/KEE, meta prodotti bħal dawn jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel. |
|
(13) |
Huwa xieraq li tiġi aġġornata d-Direttiva 92/83/KEE fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa għal ċerti prodotti li jiġu ddistillati fir-Repubblika Ellenika f’imqatar tradizzjonali tar-ram mhux kontinwi u f’apparati sempliċi ta’ distillazzjoni tradizzjonali. |
|
(14) |
Biex jitnaqqas il-piż tal-konformità fuq l-operaturi ekonomiċi u biex tiżdied iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu riveduti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet għal kull tip ta’ alkoħol denaturalizzat. |
|
(15) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-eżenzjoni għall-alkoħol denaturalizzat kompletament, jeħtieġ li jiġu ċċarati aktar il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-alkoħol denaturalizzat kompletament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol kompletament denaturalizzat, li ġie denaturalizzat kompletament fi Stat Membru ieħor, f’konformità mal-metodu awtorizzat minn dak l-Istat Membru l-ieħor. Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali huwa meħtieġ ukoll li jiġu ċċarati l-proċeduri għan-notifika tal-bidliet għar-rekwiżiti għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol. |
|
(16) |
Biex jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-Istati Membri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni biex taċċetta jew tiċħad ir-rekwiżiti għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol notifikat mill-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
(17) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-eżenzjoni għall-alkoħol denaturalizzat parzjalment, jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-alkoħol denaturalizzat parzjalment, u li jiġi previst li l-manutenzjoni u t-tindif tat-tagħmir tal-manifattura huma parti mill-proċess ta’ manifattura u li għalhekk l-alkoħol denaturalizzat parzjalment li jintuża għall-proċess ta’ manifattura rispettiv huwa kopert minn dik l-eżenzjoni. Biex jitnaqqas l-użu frawdolenti ta’ dik l-eżenzjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(18) |
L-eżenzjonijiet għar-Renju Unit stabbiliti fir-rigward ta’ żewġ xarbiet alkoħoliċi speċifiċi kienu jirriflettu l-eżenzjonijiet previsti fil-leġislazzjoni nazzjonali tar-Renju Unit. Peress li dawk l-eżenzjonijiet mit-taxxa tas-sisa armonizzata tħassru fil-leġislazzjoni tar-Renju Unit, dawn ma baqgħux rilevanti u jenħtieġ li jitneħħew fil-livell tal-Unjoni. |
|
(19) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jitnaqqas il-piż tal-konformità fuq l-operaturi ekonomiċi u l-piż amministrattiv fuq l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(20) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 92/83/KEE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 92/83/KEE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “L-ingredjenti kollha tal-birra, inkluż dawk li jiżdiedu wara li titlesta l-fermentazzjoni, għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ kejl tal-grad Plato. Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li, fid-29 ta’ Lulju 2020, ma jiħdux kont tal-ingredjenti tal-birra miżjuda wara l-fermentazzjoni għall-finijiet ta’ kejl tal-grad Plato, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sal-31 ta’ Diċembru 2030.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa, li jistgħu jaqgħu taħt ir-rata minima, għal birra b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li ma teċċedix it-3,5 % vol.”. |
|
(3) |
fl-Artikolu 8, il-punt 2 il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a 1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju għall-inbid prodott minn produtturi tal-inbid żgħar u indipendenti fil-limiti segwenti:
2. Għall-finijiet tar-rati mnaqqsa t-terminu “produttur tal-inbid żgħir u indipendenti” għandu jfisser produttur tal-inbid li huwa legalment u ekonomikament indipendenti minn kwalunkwe produttur tal-inbid ieħor, li juża bini li jinsab fiżikament apparti minn dak ta’ kwalunkwe produttur tal-inbid ieħor u li ma joperax bil-liċenzja. Madankollu, jekk żewġ produtturi tal-inbid żgħar jew aktar jikkooperaw, u l-produzzjoni annwali tagħhom ikkombinata ma teċċedix l-1 000 ettolitru jew l-20 000 ettolitru, kif xieraq, dawk il-produtturi tal-inbid jistgħu jkunu ttrattati bħala produttur tal-inbid żgħir u indipendenti wieħed. 3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kwalunkwe rata mnaqqsa li jistgħu jintroduċu tapplika ugwalment għal inbid li jintbagħat fit-territorju tagħhom minn produtturi tal-inbid żgħar u indipendenti li jinsabu fi Stati Membri oħra. B’mod partikolari għandhom jassiguraw li l-ebda kunsinna individwali minn Stat Membru ieħor ma għandha qatt teħel iżjed dazju mill-ekwivalenti nazzjonali preċiż tagħhom.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 12, il-punt 2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ħlief kif previst fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 13a, l-Istati Membri għandhom jintaxxaw l-istess rata ta’ taxxa tas-sisa fuq il-prodotti kollha li huma intaxxabbli bid-dazju fuq xorb ieħor iffermentat mingħajr gass. B’mod simili, dawn għandhom jintaxxaw l-istess rata ta’ taxxa tas-sisa fuq il-prodotti kollha intaxxabbli bid-dazju fuq xorb ieħor iffermentat bil-gass. Dawn jistgħu japplikaw l-istess rata ta’ taxxa tas-sisa liż-żewġ tipi ta’ xorb l-oħra ffermentati mingħajr gass u lil xorb ieħor iffermentat bil-gass.”; |
|
(7) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a 1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju, li jistgħu jkunu differenzjati skont il-produzzjoni annwali tal-produtturi kkonċernati, għal xorb iffermentat ieħor magħmul minn produtturi żgħar indipendenti fil-limiti segwenti:
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, xorb iffermentat ieħor għandu jinkiseb mill-fermentazzjoni ta’ frott, frott tal-bosk, ħxejjex, soluzzjoni ta’ għasel fl-ilma jew mill-fermentazzjoni ta’ meraq frisk jew meraq ikkonċentrat miksub minn dan ta’ hawn fuq. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu ż-żieda ta’ kwalunkwe alkoħol jew xorb alkoħoliku ieħor għall-fini tal-produzzjoni ta’ xorb ieħor iffermentat. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, iż-żieda ta’ alkoħol użat sabiex jiddilwa jew iħoll ħwawar fid-doża strettament neċessarja sa fejn il-qawwa alkoħolika ma tiżdiedx b’aktar minn 1,2 % vol. ma għandhiex titqies bħala l-addizzjoni ta’ alkoħol għall-produzzjoni ta’ xorb ieħor iffermentat. Iż-żieda ta’ tali ħwawar ma għandhiex tibdel il-karattru tal-prodott oriġinali b’mod sinifikanti. 3. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal ċerti tipi ta’ xorb iffermentat ieħor. 4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “produttur żgħir u indipendenti” għandu jfisser produttur ta’ xorb iffermentat ieħor li huwa legalment u ekonomikament indipendenti minn kwalunkwe produttur ieħor ta’ xorb iffermentat ieħor, li juża bini li jinsab fiżikament apparti minn dak ta’ kwalunkwe produttur ieħor u li ma joperax bil-liċenzja. Madankollu, fejn żewġ produtturi żgħar jew iżjed jikkooperaw, u d-dħul annwali tagħhom ikkombinat ma jeċċedix il-15 000 ettolitru, dawk il-produtturi jistgħu jkunu trattati bħala produttur żgħir indipendenti wieħed. 5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kwalunkwe rata mnaqqsa li jintroduċu tapplika b’mod ugwali għal xorb iffermentat ieħor li jintbagħat fit-territorju tagħhom minn produtturi żgħar u indipendenti li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. B’mod partikolari dawn għandhom jassiguraw li l-ebda kunsinna individwali minn Stat Membru ieħor ma għandha qatt teħel iżjed dazju mill-ekwivalenti nazzjonali preċiż tagħha.”; |
|
(8) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/118/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (*), ir-referenzi għal “inbid” għandhom jitqiesu li japplikaw b’mod ugwali għal xorb ieħor iffermentat kif definiti f’din it-taqsima. (*) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE, ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).”;" |
|
(9) |
fl-Artikolu 18(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rata waħda mnaqqsa ta’ dazju lil prodotti intermedjari li huma definiti fl-Anness VII, Parti II, għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). (*) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).”;" |
|
(10) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “rtikolu 18a 1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju, li jistgħu jkunu differenzjati skont il-produzzjoni annwali tal-produtturi kkonċernati, għal prodotti intermedjarji magħmula minn produtturi żgħar u indipendenti fil-limiti segwenti:
2. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal ċerti tipi ta’ prodotti intermedjarji. 3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “produttur żgħir u indipendenti” għandu jfisser produttur ta’ prodotti intermedjarji li huwa legalment u ekonomikament indipendenti minn kull produttur ieħor ta’ prodotti intermedjarji, li juża bini li jinsab fiżikament apparti minn dak ta’ kwalunkwe produttur ieħor u li ma joperax bil-liċenzja. Madankollu, fejn żewġ produtturi żgħar jew iżjed jikkooperaw, u d-dħul annwali tagħhom ikkombinat ma jaqbiżx il-250 ettolitru, dawk il-produtturi jistgħu jkunu trattati bħala produttur żgħir indipendenti wieħed. 4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull rata mnaqqsa li jintroduċu tapplika b’mod ugwali għal prodotti intermedjarji li jintbagħtu fit-territorju tagħhom minn produtturi żgħar u indipendenti li jinsabu fi Stati Membri oħra. B’mod partikolari dawn għandhom jassiguraw li l-ebda kunsinna individwali minn Stat Membru ieħor ma għandha qatt teħel iżjed dazju mill-ekwivalenti nazzjonali preċiż tagħha.”; |
|
(11) |
L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 23 1. Ir-Repubblika Franċiża tista’ tapplika rata mnaqqsa, li tista’ titbaxxa għal taħt ir-rata minima iżda li m’għandiex tkun stabbilita għal aktar minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali tad-dazju fuq l-alkoħol etiliku, għar-rum kif definit fil-punt 1 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u magħmul miz-zokkor tal-kannamieli miġbur fil-post tal-manifattura kif jinsab fil-punt (13) tal-Anness I għal dak ir-Regolament, li jkollu kontenut ta’ sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u metiliku ugwali għal jew li jeċċedi l-225 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur, u qawwa attwali alkoħolika skont il-volum ugwali għal jew li teċċedi l-40 % vol. 2. Ir-Repubblika Ellenika tista’ tapplika rata mnaqqsa, li tista’ titbaxxa għal taħt ir-rata minima:
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).”;" |
|
(13) |
fit-Taqsima VI, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 23a 1. Soġġett għal tali kondizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sabiex jassiguraw l-applikazzjoni sempliċi tal-Artikoli 4, 9a, 13a, 18a u l-Artikolu 22(1), (2) u (3) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jipprovdu ċertifikat annwali għal produtturi żgħar u indipendenti stabbiliti fit-territorju tagħhom li jikkonferma l-produzzjoni totali annwali tagħhom imsemmija f’dawk l-Artikoli, kif applikabbli, u b’konferma tal-konformità tal-produttur żgħar indipendenti mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 4(2), 9a(2), 13a(4), 18a(3) u 22(2) ta’ din id-Direttiva, kif applikabbli. Id-dokument amministrattiv għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu IV jew V tad-Direttiva 2008/118/KE għandu jirreferi għal dan iċ-ċertifikat imsemmi f’dan il-paragrafu. 2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kondizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bl-iskop li jassiguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dan l-Artikolu u għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż, jippermettu li produtturi żgħar u indipendenti msemmija fl-Artikoli 4(1), 9a(1), 13a(1), 18a(1) u 22(1) stabbiliti fit-territorju tagħhom jiċċertifikaw huma stess il-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4(2), 9a (2), 13a(4), 18a(3) u 22(2), kif applikabbli, u l-produzzjoni totali annwali tagħhom imsemmija f’dawn l-Artikoli. 3. L-Istati Membri għandhom, taħt il-kondizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bl-iskop li jassiguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dan l-Artikolu u għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż, jirrikonoxxu ċ-ċertifikat għall-produtturi msemmija fl-Artikoli 4(1), 9a(1), 13a(1), 18a(1) u 22(1) maħruġ minn Stat Membru ieħor, ħlief f’ċirkostanzi ġġustifikati kif xieraq. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28a(2).”; |
|
(14) |
l-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 26 Ir-referenzi f’din id-Direttiva għal kodiċi NM għandhom ikunu għal kodiċi tal-nomenklatura magħquda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta’ Kummissjoni (UE) 2018/1602 (*), li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (**). (*) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1602 tal-11 ta’ Ottubru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in- nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 273, 31.10.2018, p. 1)." (**) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).”;" |
|
(15) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
l-Artikolu 28 jitħassar; |
|
(17) |
fit-Taqsima VIII, jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 28a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-“Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa”. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 28b Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Diċembru 2024. B’mod partikolari, ir-rapport għandu:
L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit dan ir-rapport. L-Istati Membri li japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 22(8) għandhom, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-ewwel sena mill-applikazzjoni tat-tali dispożizzjonijiet, jippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) tat-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva, jekk xieraq.”. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test tagħhom lill-Kummissjoni minnufih.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm tali referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Opinjoni tal-24 ta’ Ottubru 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 108.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).