31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/49 |
DIRETTIVA (UE) 2020/1057 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2020
li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Sabiex jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li, minn naħa jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u min-naħa l-oħra, kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u għall-kompetizzjoni ġusta għall-operaturi tat-trasport bit-triq (‘operaturi’). Billi r-rata ta’ mobbiltà tal-forza tax-xogħol fis-settur tat-trasport bit-triq hija għolja, huma meħtieġa regoli speċifiċi għas-settur biex jiżguraw bilanċ bejn il-libertà tal-operaturi li jipprovdu servizzi transfruntiera, il-moviment liberu tal-merkanzija, kundizzjonijiet adegwati ta’ xogħol u protezzjoni soċjali għax-xufiera. |
(2) |
Fid-dawl tar-rata għolja ta’ mobbiltà inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq, jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi, li ħafna minnhom huma intrapriżi żgħar, ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli amministrattivi sproporzjonati jew kontrolli diskriminatorji li jillimitaw bla bżonn il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera. Għall-istess raġuni, kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata kif ukoll ġustifikata, b’kont meħud tal-ħtieġa li jkunu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali adegwati għax-xufiera u li jkun iffaċilitat l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nazzjonali u dawk barranin. |
(3) |
Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċilitar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(4) |
Wara li evalwaw l-effikaċja u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni fis-settur tat-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni u nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom, fosthom dawk fir-rigward tal-użu ta’ kumpaniji fantażma. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta’ diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, u dan joħloq piż amministrattiv kbir għax-xufiera u għall-operaturi. Dan joħloq inċertezza legali, li hija ta’ ħsara għall-kundizzjonijiet soċjali u dawk tax-xogħol tax-xufiera u għall-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ġusta għall-operaturi fis-settur. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li d-Direttivi 96/71/KE (4) u 2014/67/UE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu applikati korrettament, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi marbuta mal-istazzjonar tax-xufiera. |
(6) |
Il-Kummissjoni, fil-proposta tagħha tat-8 ta’ Marzu 2016 għar-reviżjoni tad-Direttiva 96/71/KE, irrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari fis-settur tat-trasport bit-triq li huwa mobbli ħafna u indikat li dawk il-kwistjonijiet ikun li aħjar jiġu indirizzati permezz ta’ leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tat-trasport bit-triq. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi u proporzjonata tad-Direttiva 96/71/KE fis-settur tat-trasport bit-triq, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu l-partikolaritajiet tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq u li jipprovdu bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà għall-operaturi li jipprovdu servizzi transfruntiera. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, fid-Direttiva 96/71/KE, u dwar l-infurzar ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, fid-Direttiva 2014/67/UE, japplikaw għas-settur tat-trasport bit-triq u jenħtieġ li jkunu suġġetti għar-regoli speċifiċi stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(8) |
Billi s-settur tat-trasport huwa ta’ natura mobbli ħafna, ix-xufiera mhumiex ġeneralment stazzjonati fi Stat Membru ieħor b’kuntratt ta’ servizz għal żmien twil kif ġieli jkun il-każ f’setturi oħra. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi ċċarat taħt liema ċirkostanzi r-regoli dwar l-istazzjonar fit-tul fid-Direttiva 96/71/KE ma japplikawx għal tali xufiera. |
(9) |
Jenħtieġ li regoli bilanċjati speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar ikunu bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn ix-xufier u s-servizz pprovdut, u t-territorju ta’ Stat Membru ospitanti. Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ dawk ir-regoli jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ trasport skont il-grad ta’ konnessjoni mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti. |
(10) |
Meta xufier iwettaq operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża (‘l-Istat Membru ta’ stabbiliment’) lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz jew lura lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment, in-natura tas-servizz hija marbuta mill-qrib mal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Huwa possibbli li xufier iwettaq diversi operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali matul vjaġġ wieħed. Dan ikun jikkostitwixxi restrizzjoni sproporzjonata għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport transfruntiera bit-triq jekk ir-regoli dwar l-istazzjonar, u għalhekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg garantiti fl-Istat Membru ospitanti, ikunu japplikaw għal tali operazzjonijiet bilaterali. |
(11) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat li t-trasport internazzjonali fi tranżitu tul it-territorju ta’ Stat Membru ma jikkostitwix sitwazzjoni ta’ stazzjonar. Dawn l-operazzjonijiet huma karatterizzati mill-fatt li x-xufier jgħaddi mill-Istat Membru mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella’ jew iniżżel passiġġieri u għalhekk ma jkunx hemm rabta sinifikanti bejn l-attivitajiet tax-xufiera u l-Istat Membru ta’ tranżitu. Għaldaqstant, il-kwalifikazzjoni tal-preżenza tax-xufier fi Stat Membru bħala fi tranżitu ma taffettwax il-waqfiet, pereżempju, għal raġunijiet iġjeniċi. |
(12) |
Meta xufier ikun involut f’operazzjoni tat-trasport ikkombinata, in-natura tas-servizz ipprovdut matul il-parti inizjali jew finali tal-vjaġġ hija marbuta mill-qrib mal-Istat Membru ta’ stabbiliment jekk dik il-parti tal-vjaġġ waħidha tkun operazzjoni ta’ trasport bilaterali. B’kuntrast, meta l-operazzjoni ta’ trasport f’dik il-parti tal-vjaġġ titwettaq fl-Istat Membru ospitanti jew bħala operazzjoni ta’ trasport internazzjonali mhux bilaterali, hemm konnessjoni suffiċjenti mat-territorju ta’ Stat Membru ospitanti u għalhekk jenħtieġ li r-regoli dwar l-istazzjonar japplikaw. |
(13) |
Meta xufier iwettaq tipi oħra ta’ operazzjonijiet, b’mod partikolari operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jew operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali mhux bilaterali, ikun hemm konnessjoni suffiċjenti mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti. Ir-rabta teżisti fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ kif definit fir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 (6) u (KE) Nru 1073/2009 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi l-operazzjoni ta’ trasport kollha kemm hi ssir fi Stat Membru ospitanti u s-servizz huwa b’hekk marbut mill-qrib mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti. Operazzjoni ta’ trasport internazzjonali mhux bilaterali hija karatterizzata mill-fatt li x-xufier ikun involut fit-trasport internazzjonali barra mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża responsabbli għall-istazzjonar. Is-servizzi mwettqa huma għalhekk marbuta mal-Istati Membri ospitanti kkonċernati minflok mal-Istat Membru ta’ stabbiliment. F’dawk il-każijiet, regoli speċifiċi għas-settur huma meħtieġa biss fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, f’konformità mad-Direttiva 2014/67/UE, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE, li huma stabbiliti b’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali, jew bi ftehimiet kollettivi jew b’deċiżjoni arbitrali li, fit-territorji tagħhom, ikunu ġew iddikjarati universalment applikabbli jew li b’mod ieħor japplikaw f’konformità mal-Artikolu 3(1) u (8) tad-Direttiva 96/71/KE, isiru disponibbli b’mod aċċessibbli u trasparenti lill-impriżi ta’ trasport minn Stati Membri oħra u lix-xufiera stazzjonati. Dan jenħtieġ li jinkludi, fejn ikun rilevanti, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg stabbiliti permezz ta’ ftehimiet kollettivi li ġeneralment ikunu applikabbli għall-impriżi simili kollha fiż-żona ġeografika kkonċernata. L-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li, b’mod partikolari, tkopri l-elementi kostitwenti tar-rimunerazzjoni li tkun saret obbligatorja b’dawn l-istrumenti. F’konformità mad-Direttiva 2014/67/UE, irid jitfittex l-involviment tas-sħab soċjali. |
(15) |
L-operaturi tal-Unjoni qed iħabbtu wiċċhom ma’ kompetizzjoni li qiegħda dejjem tikber minn operaturi bbażati f’pajjiżi terzi. Għalhekk huwa tal-akbar importanza li jiġi żgurat li l-operaturi tal-Unjoni ma’ jbatux minn diskriminazzjoni. Skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 96/71/KE, l-impriżi stabbiliti fi Stat li mhux membru m’għandhomx jingħataw trattamenti aktar favorevoli minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru. Jenħtieġ li dan il-prinċipju japplika wkoll fir-rigward ta’ regoli speċifiċi dwar l-istazzjonar previsti f’dik id-Direttiva. Jenħtieġ, b’mod partikolari, li japplika meta operaturi ta’ pajjiżi terzi jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport skont ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jagħtu aċċess għas-suq tal-Unjoni. |
(16) |
Is-sistema multilaterali ta’ kwoti tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (‘ECMT’) hija waħda mill-istrumenti ewlenin li jirregolaw l-aċċess għas-suq tal-Unjoni minn operaturi ta’ pajjiżi terzi u l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi minn operaturi tal-Unjoni. L-għadd ta’ permessi allokati lil kull pajjiż membru tal-ECMT jiġi deċiż kull sena. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligu tagħhom li ma jiddiskriminawx kontra impriżi tal-Unjoni, inkluż meta jiġu miftiehma l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq tal-Unjoni fl-ECMT. |
(17) |
Is-setgħa li jiġi nnegozjat u konkluż il-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta’ Ekwipaġġi ta’ Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (‘AETR’) hija tal-Unjoni bħala parti mill-kompetenzi esklużivi esterni tagħha. Jenħtieġ li l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), tallinja l-mekkaniżmi ta’ kontroll, li jistgħu jintużaw biex jiġi kkontrollat li impriżi minn pajjiż terz jirrispettaw ir-regoli soċjali nazzjonali u tal-Unjoni, mal-mekkaniżmi ta’ kontroll li japplikaw għall-impriżi tal-Unjoni. |
(18) |
Inqalgħu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE u r-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE għas-settur tat-trasport bit-triq li huwa mobbli ħafna. Miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw inċertezza tad-dritt u piż amministrattiv kbir fuq l-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport transfruntiera bit-triq, b’effetti kollaterali negattivi għall-impjiegi u l-kompetittività tal-operaturi. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll jiġu armonizzati. Dan jevita wkoll li l-operaturi jbatu minn dewmien bla bżonn. |
(19) |
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-operaturi mhux residenti fl-Unjoni, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll speċifiċi, filwaqt li jsir l-aħjar użu mill-għodod ta’ kontroll bħat-takografu diġitali. Sabiex il-konformità mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva u fid-Direttiva 96/71/KE tiġi mmonitorjata, u fl-istess ħin biex titnaqqas il-kumplessità ta’ dak il-kompitu, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jimponu biss fuq l-operaturi r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll speċifikati f’din id-Direttiva, li huma adattati għas-settur tat-trasport bit-triq. |
(20) |
L-impriżi tat-trasport jeħtieġu ċertezza legali dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom. Dawk ir-regoli u r-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu ċari, jinftiehmu u jkunu aċċessibbli faċilment għall-impriżi tat-trasport, u jenħtieġ li jippermettu li jitwettqu kontrolli effikaċi. Huwa importanti li regoli ġodda ma jintroduċux piż amministrattiv bla bżonn u li dawn iqisu kif xieraq l-interessi tal-intrapriżi żgħar u medji. |
(21) |
Il-piż amministrattiv u l-kompiti ta’ ġestjoni tad-dokumenti merfugħ mix-xufiera jenħtieġ li jkun raġonevoli. Għaldaqstant, filwaqt li ċerti dokumenti jenħtieġ li jkunu disponibbli fil-vetturi għall-ispezzjoni waqt kontrolli mal-ġenb tat-triq, dokumenti oħra jenħtieġ li jsiru disponibbli mill-operaturi permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u, fejn meħtieġ, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ stabbiliment tal-operatur. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw il-qafas ta’ assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri stabbilit fid-Direttiva 2014/67/UE. |
(22) |
Sabiex jiffaċilitaw il-kontroll tal-konformità mar-regoli dwar l-istazzjonar stabbiliti f’din id-Direttiva, l-operaturi jenħtieġ li jippreżentaw dikjarazzjoni tal-istazzjonament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn jistazzjonaw xufiera. |
(23) |
Sabiex jonqos il-piż amministrattiv fuq l-operaturi, jeħtieġ li l-proċess li bih id-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonament jintbagħtu u jiġu aġġornati jiġi ssimplifikat. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa interfaċċa pubblika multilingwi, li l-operaturi jkollhom aċċess għaliha u li permezz tagħha jistgħu jippreżentaw u jaġġornaw l-informazzjoni dwar l-istazzjonar u jippreżentaw dokumenti rilevanti oħra lill-IMI, skont kif meħtieġ. |
(24) |
Billi f’xi Stati Membri s-sħab soċjali jaqdu rwol kruċjali fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jipprovdu lis-sħab soċjali nazzjonali bl-informazzjoni rilevanti li tkun ġiet kondiviża permezz tal-IMI, għall-iskop waħdieni ta’ kontroll tal-konformità mar-regoli dwar l-istazzjonar b’rispett tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta lis-sħab soċjali permezz ta’ mezzi oħra barra mill-IMI. |
(25) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni biex tispeċifika l-funzjonalitajiet tal-interfaċċja pubblika konnessa mal-IMI. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(26) |
L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol u tal-mistrieħ huwa kruċjali għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u għall-prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta min-nuqqas ta’ konformità. Għalhekk, huwa mixtieq li l-ambitu tar-rekwiżiti uniformi eżistenti ta’ infurzar stabbiliti fid-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jiġi estiż sabiex jinkludi l-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stabbiliti fid-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
(27) |
Minħabba s-serje ta’ data meħtieġa biex jitwettqu kontrolli tal-konformità mar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol stabbiliti fid-Direttiva 2002/15/KE, il-firxa tal-kontrolli mal-ġenb tat-triq tiddependi fuq l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ teknoloġija li tippermetti li jkun koprut perijodu ta’ żmien suffiċjenti. Il-kontrolli mal-ġenb tat-triq jenħtieġ li jkunu limitati għal dawk l-aspetti li jistgħu jiġu kkontrollati b’mod effiċjenti permezz tat-takografi u tagħmir ta’ reġistrazzjoni relatat abbord, u jenħtieġ li kontrolli komprensivi jitwettqu biss fil-bini tal-impriża. |
(28) |
Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq jitwettqu b’effiċjenza u b’ħeffa, bil-ħsieb li l-kontrolli jitlestew fl-iqsar żmien possibbli u b’dewmien minimu għax-xufier. Jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn l-obbligi tal-operaturi u l-obbligi tax-xufiera. |
(29) |
Jenħtieġ li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri tiġi promossa aktar permezz ta’ kontrolli miftiehma, u jenħtieġ li l-Istati Membri jaraw li din il-kooperazzjoni tiġi estiża għall-kontrolli fil-bini tal-impriża. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li l-ambitu tal-attivitajiet tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), ikopri d-Direttiva 2006/22/KE, tista’ taqdi rwol importanti biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu l-kontrolli miftiehma u tista’ tappoġġa sforzi ta’ edukazzjoni u taħriġ. |
(30) |
Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ regoli soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq instabet li kienet insuffiċjenti, u wasslet biex l-infurzar transfruntiera jkun aktar diffiċli, ineffiċjenti u inkonsistenti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal komunikazzjoni effettiva u assistenza reċiproka, inkluż l-iskambju ta’ data dwar każijiet ta’ ksur u informazzjoni dwar prattiki tajba fil-qasam tal-infurzar. |
(31) |
Bil-ħsieb li titrawwem kooperazzjoni amministrattiva effikaċi u skambju effettiv ta’ fehmiet, ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jeżiġi l-interkonnessjoni mill-Istati Membri tar-reġistri elettroniċi nazzjonali (NER) tagħhom permezz tas-sistema tar-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU). L-informazzjoni aċċessibbli permezz ta’ dik is-sistema fil-kontrolli mal-ġenb tat-triq jenħtieġ li tiġi estiża. |
(32) |
Biex tiffaċilita u ttejjeb l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri, biex tiżgura applikazzjoni aktar uniformi tar-regoli soċjali fis-settur tat-trasport u biex tiffaċilita l-konformità tal-operaturi mar-rekwiżiti amministrattivi meta dawn jistazzjonaw ix-xufiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa moduli ġodda, wieħed jew aktar, għall-IMI. Importanti li l-IMI tippermetti l-kontrolli tal-validità tad-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonament jitweqqtu waqt kontrolli mal-ġenb tat-triq. |
(33) |
L-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ kooperazzjoni amministrattiva u assistenza reċiproka effettivi jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Jenħtieġ li l-iskambju ta’ informazzjoni permezz tal-IMI jikkonforma wkoll mar-Regolament (UE) Nru 1024/2012. |
(34) |
Sabiex jittejbu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-infurzar, tajjeb li jiġu żviluppati l-karatteristiċi u li jiġi estiż l-użu tas-sistemi nazzjonali eżistenti tal-klassifikazzjoni tar-riskju. L-aċċess għad-data fis-sistemi tal-klassifikazzjoni tar-riskju jippermetti lill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jimmira aħjar il-kontrolli lejn l-operaturi mhux konformi. Formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża tat-trasport jenħtieġ li tikkontribwixxi għal trattament aktar ġust tal-operaturi waqt il-kontrolli. |
(35) |
Minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jenħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2006/22/KE ikunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(36) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/22/KE, jenħtieġ li setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni biex iżżid il-persentaġġ minimu ta’ ġranet maħduma mix-xufiera vverifikati mill-Istati Membri għal 4 %; biex tkompli tiċċara d-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-istatistiċi li għandhom jiġu miġbura; biex taħtar korp għall-promozzjoni attiva tal-iskambju ta’ data, ta’ esperjenzi u ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri; biex tistabbilixxi formula komuni għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju għal impriża; biex tistabbilixxi linji gwida dwar l-aqwa prattika ta’ infurzar; biex tistabbilixxi approċċ komuni għar-reġistrar u l-kontroll ta’ perijodi ta’ xogħol ieħor u għar-reġistrar u l-kontroll ta’ perijodi ta’ mill-anqas ġimgħa waħda li matula xufier ma jkunx fil-vettura u ma jkunx jista’ jwettaq xi attivitajiet b’dik il-vettura; u biex tippromwovi approċċ komuni għall-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva, biex tħeġġeġ koerenza fl-approċċ bejn awtoritajiet tal-infurzar u interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u biex tiffaċilita djalogu bejn is-settur tat-trasport u l-awtoritajiet tal-infurzar.. B’mod partikolari, meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-iżvilupp ta’ formula komuni għall-kalkolu ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għal impriża, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura trattament ugwali tal-impriżi meta tqis il-kriterji speċifikati f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(37) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fl-aħjar prattika fir-rigward tal-kontrolli u t-tagħmir standard li jrid ikun disponibbli lill-unitajiet ta’ infurzar u sabiex jiġu stabbiliti jew aġġornati l-piż tas-serjetà tal-ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar, rispettivament, tal-Annessi I u II u l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(38) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2006/22/KE tiġi emendata skont dan. |
(39) |
Ċerti regoli speċjali dwar l-istazzjonar huma indirizzati lill-impriżi tat-trasport u dawn ibatu l-konsegwenzi ta’ kwalunkwe ksur ta’ dawk ir-regoli li jikkommettu. Madankollu, sabiex jiġi evitat abbuż minn impriżi b’kuntratt ta’ servizzi ta’ trasport minn operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu wkoll regoli ċari u prevedibbli dwar sanzjonijiet kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjoniera, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi f’każijiet fejn dawn kienu jafu, jew, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha rilevanti messhom kienu jafu, li s-servizzi tat-trasport li kkummissjonaw kienu jinvolvu ksur tar-regoli speċjali dwar l-istazzjonar. |
(40) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għall-ħaddiema u għan-negozji, jeħtieġ li jsir progress lejn infurzar intelliġenti u li jingħata l-appoġġ kollu possibbli għall-introduzzjoni u l-użu sħiħ ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni tar-riskji. |
(41) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-applikazzjoni u tal-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fuq is-settur tat-trasport bit-triq u tippreżenta rapport dwar ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, fejn xieraq. |
(42) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri biex min naħa jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u min-naħa l-oħra, kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u għall-kompetizzjoni ġusta għall-operaturi, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba fl-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(43) |
Il-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw mid-data ta’ 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Id-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) għandha tapplika għas-settur tat-trasport bit-triq, f’konformità mal-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Direttiva, mit-2 ta’ Frar 2022, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Regoli speċifiċi dwar l-istazzjonar tax-xufiera
1. Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva 96/71/KE b’rabta mal-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u tad-Direttiva 2014/67/UE b’rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta’ kontroll għall-istazzjonar ta’ dawk ix-xufiera.
2. Dawn ir-regoli speċifiċi japplikaw għax-xufiera impjegati minn intrapriżi stabbiliti fi Stat Membru li jieħdu l-miżura tranżnazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE.
3. Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jwettaq operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija.
Għall-fini ta’ din id-Direttiva, operazzjoni ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija tfisser il-moviment ta’ merkanzija, abbażi ta’ kuntratt ta’ trasport, mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, jew minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment.
Mit-2 ta’ Frar 2022, li hija d-data li minnha x-xufiera huma meħtieġa, skont l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, li jirreġistraw manwalment id-data dwar il-qsim tal-fruntieri, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjoni għall-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward tal-merkanzija stabbilita fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu anki meta, minbarra li jwettaq operazzjoni ta’ trasport bilaterali, ix-xufier iwettaq attività waħda ta’ tagħbija u/jew ħatt fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi li x-xufier jgħaddi minnhom, dment li x-xufier ma jgħabbix merkanzija u jħottha fl-istess Stat Membru.
Meta operazzjoni ta’ trasport bilaterali li tibda mill-Istat Membru ta’ stabbiliment u li matulha ma tkun twettqet ebda attività addizzjonali tkun segwita minn operazzjoni ta’ trasport bilaterali lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment, l-eżenzjoni għal attivitajiet addizzjonali stabbilita fit-tielet subparagrafu għandha tapplika għal massimu ta’ żewġ attivitajiet addizzjonali ta’ tagħbija u/jew ħatt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu.
L-eżenzjonijiet għall-attivitajiet addizzjonali stabbiliti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss sad-data li minnha jridu jitwaħħlu għall-ewwel darba takografi intelliġenti li jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-attivitajiet addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru, skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1)ta’ dak ir-Regolament. Minn dik id-data l-eżenzjonijiet għall-attivitajiet addizzjonali stabbiliti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss għax-xufiera li jużaw vetturi li jkollhom takografi intelliġenti, kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dak ir-Regolament.
4. Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jwettaq operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ passiġġieri.
Għall-fini ta’ din id-Direttiva, operazzjoni ta’ trasport bilaterali fit-trasport internazzjonali okkażjonali jew regolari ta’ passiġġieri, fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, hija meta xufier iwettaq kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
jiġbor passiġġieri fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u jniżżilhom fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz; |
(b) |
jiġbor passiġġieri fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u jniżżilhom fl-Istat Membru ta’ stabbiliment; jew |
(c) |
jiġbor u jniżżel passiġġieri fl-Istat Membru ta’ stabbiliment għall-fini tat-twettiq ta’ eskursjonijiet lokali fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. |
Mit-2 ta’ Frar 2022, li tkun id-data li minnha x-xufiera jkunu meħtieġa, skont l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, li jirreġistraw manwalment id-data dwar il-qsim tal-fruntieri, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjoni għall-operazzjonijiet tat-trasport bilaterali fir-rigward ta’ passiġġieri stabbilita fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu wkoll meta, minbarra t-twettiq ta’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali, ix-xufier jiġbor passiġġieri darba u/jew iniżżel passiġġieri darba fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi li x-xufier jgħaddi minnhom, dment li x-xufier ma joffrix servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bejn żewġ postijiet fi ħdan l-Istat Membru li jkun għadda minnu. L-istess għandu japplika għall-vjaġġ ta’ ritorn.
L-eżenzjoni għal attivitajiet addizzjonali stabbilita fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tapplika biss sad-data li minnha jridu jitwaħħlu għall-ewwel darba takografi intelliġenti li jikkonformaw mar-rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-attivitajiet addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru, skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. Minn dik id-data l-eżenzjoni għall-attivitajiet addizzjonali stabbilita fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tapplika biss għax-xufiera li jużaw vetturi li jkollhom takografi intelliġenti, kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dak ir-Regolament.
5. Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jiġi kkunsidrat bħala stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta x-xufier jgħaddi minn territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella’ jew iniżżel passiġġieri.
6. Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux ikun ikkunsidrat stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jkun qed iwettaq il-parti tal-vjaġġ inizjali jew finali ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinata kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE (20), jekk il-parti tal-vjaġġ waħidha tikkonsisti f’operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, kif definiti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
7. Xufier li jwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ kif definit fir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 għandu jitqies bħala stazzjonat skont id-Direttiva 96/71/KE.
8. Stazzjonament għandu, għall-fini tal-Artikolu 3(1a) tad-Direttiva 96/71/KE, jitqies bħala li jintemm meta x-xufier iħalli l-Istat Membru ospitanti fit-twettiq tat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija jew passiġġieri. Dak il-perijodu ta’ stazzjonar m’għandux jiġi kumulat ma’ perijodi ta’ stazzjonar preċedenti fil-kuntest ta’ tali operazzjonijiet internazzjonali mwettqa mill-istess xufier jew minn xufier ieħor li huwa jissostitwixxi.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mad-Direttiva 2014/67/UE, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE, li huma stabbiliti f’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali, jew bi ftehimiet kollettivi jew b’sentenza ta’ arbitraġġ li, fit-territorji tagħhom, ikunu ġew iddikjarati universalment applikabbli jew li b’mod ieħor japplikaw f’konformità mal-Artikolu 3(1) u (8) tad-Direttiva 96/71/KE, isiru disponibbli b’mod aċċessibbli u trasparenti lill-impriżi ta’ trasport minn Stati Membri oħra u lix-xufiera stazzjonati. L-informazzjoni rilevanti għandha, b’mod partikolari, tkopri l-elementi kostitwenti tar-remunerazzjoni magħmula obbligatorji minn tali strumenti, inkluż, fejn rilevanti, bi ftehimiet kollettivi li huma ġeneralment applikabbli għall-impriżi simili kollha fiż-żona ġeografika kkonċernata.
10. Impriżi ta’ trasport stabbiliti fi Stat mhux Membru ma għandhomx jingħataw trattament aktar favorevoli minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru, inkluż meta jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport skont ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jagħtu aċċess għas-suq tal-Unjoni jew partijiet minnu.
11. B’deroga mill-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll li ġejjin fir-rigward tal-istazzjonar tax-xufiera:
(a) |
obbligu li l-operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor jippreżenta dikjarazzjoni tal-istazzjonament lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru li x-xufier ikun stazzjonat fih mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonament, billi juża formola standard multilingwi tal-interfaċċa pubblika konnessa mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012; dik id-dikjarazzjoni tal-istazzjonament għandha tikkonsisti mill-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
obbligu għall-operatur li jiżgura li x-xufier ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu fuq karta jew f’forma elettronika u obbligu biex ix-xufier iżomm u jagħmel disponibbli meta jkun mitlub mal-ġenb tat-triq:
|
(c) |
obbligu li l-operatur jibgħat permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI, wara l-perijodu ta’ stazzjonar, fuq talba diretta tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikun seħħ l-istazzjonament, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punt (b) (ii) u (iii) ta’ dan il-paragrafu kif ukoll dokumentazzjoni relatata mar-remunerazzjoni tax-xufier fir-rigward tal-perijodu tal-istazzjonar, il-kuntratt tal-impjieg jew dokument ekwivalenti fit-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE (21), l-iskedi bil-ħinijiet tax-xogħol tax-xufier, u prova ta’ ħlas. |
L-operatur għandu jibgħat id-dokumentazzjoni permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI mhux aktar tard minn tmien ġimgħat mid-data tat-talba. Jekk l-operatur jonqos milli jissottometti d-dokumentazzjoni mitluba f’dak il-perijodu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-istazzjonament jistgħu jitolbu, permezz tal-IMI, l-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment, f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/67/UE. Meta ssir talba għal assistenza reċiproka bħal din, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tal-operatur għandu jkollhom aċċess għad-dikjarazzjoni tal-istazzjonament u għal informazzjoni rilevanti oħra mressqa mill-operatur permezz tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ stabbiliment għandhom jiżguraw li jipprovdu d-dokumentazzjoni mitluba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar l-istazzjonament permezz tal-IMI fi żmien 25 jum ta’ xogħol mill-jum tat-talba għal assistenza reċiproka.
Biex ikun aċċertat jekk xufier m’għandux jitqies stazzjonat skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss bħala miżura ta’ kontroll obbligu għax-xufier li jżomm u jqiegħed għad-dispożizzjoni, fejn mitlub f’kontroll mal-ġenb tat-triq, fuq karta jew f’forma elettronika, l-evidenza tat-trasport internazzjonali rilevanti, bħal nota ta’ konsenja elettronika (e-CMR) jew l-evidenza msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, u r-reġistrazzjonijiet tat-takografu, kif imsemmija fil-punt (b) (iii) ta’ dan il-paragrafu.
12. Għall-finijiet ta’ kontroll, l-operatur għandu jżomm id-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonament imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 11 aġġornati fl-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI.
13. L-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonament għandha tinżamm fir-repożitorju tal-IMI għall-fini ta’ kontrolli għal perijodu ta’ 24 xahar.
Stat Membru jista’ jippermetti lill-awtorità kompetenti li tipprovdi lis-sħab soċjali permezz ta’ mezzi oħra milli l-IMI b’informazzjoni rilevanti disponibbli fl-IMI sa fejn meħtieġ għall-fini tal-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-istazzjonar u f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, dment li:
(a) |
l-informazzjoni tkun relatata ma’ stazzjonament fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
l-informazzjoni tintuża esklussivament għall-fini tal-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar; u |
(c) |
kwalunkwe ipproċessar tad-data jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. |
14. Sat-2 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-funzjonalitajiet tal-interfaċċa pubblika konnessa mal-IMI. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).
15. L-Istati Membri għandhom jevitaw dewmien bla bżonn fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll li jistgħu jaffettwaw it-tul taż-żmien u d-dati tal-istazzjonament.
16. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jagħtu assistenza reċiproka u l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009.
Artikolu 2
Emendar tad-Direttiva 2006/22/KE
Id-Direttiva 2006/22/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali relatata ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE”; |
(2) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 (*1) u (UE) Nru 165/2014 (*2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).” (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1)." (*2) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1)." (*3) Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).”;" |
(3) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
il-ħames paragrafu tal-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-Kummissjoni għandha, jekk tkun meħtieġa, tiċċara ulterjorment, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-definizzjonijiet tal-kategoriji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).”; |
(5) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Kontrolli miftiehma L-Istati Membri għandhom, tal-anqas sitt darbiet fis-sena, iwettqu kontrolli miftiehma mal-ġenb tat-triq fuq xufiera u vetturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jorganizzaw kontrolli miftiehma fil-bini tal-impriżi. Dawn il-kontrolli miftiehma għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet tal-infurzar ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, kull waħda topera fit-territorju tagħha.”; |
(6) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-kontrolli fil-bini tal-impriża għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta’ trasport u ta’ impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll mal-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014 jew tad-Direttiva 2002/15/KE.”; |
(7) |
l-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Skambju ta’ informazzjoni “1. Informazzjoni li ssir disponibbli bilateralment skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tiġi skambjata ukoll bejn il-korpi nominati notifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva:
2. Stat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba minn Stat Membru ieħor skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 fi żmien 25 jum ta’ xogħol minn meta tasal it-talba. Jista’ jiġi miftiehem limitu ta’ żmien iqsar bi qbil reċiproku bejn l-Istati Membri. F’każijiet urġenti jew f’każijiet li jeħtieġu biss konsultazzjoni sempliċi tar-reġistri, bħal reġistri ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi pprovduta fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol. Meta l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mill-wasla tat-talba. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja aktar it-talba. Meta l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba ma jkunx jista’ jissostanzja aktar it-talba, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jista’ jiċħad it-talba. Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma’ talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b’dan fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mill-wasla tat-talba u jipprovdi raġunijiet biex jiġġustifika debitament dik id-diffikultà jew l-impossibbiltà. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu ma’ xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni. Fil-każ ta’ dewmien persistenti fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat il-ħaddiem, il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata u għandha tieħu l-miżuri xierqa. 3. L-iskambju ta’ informazzjoni previst f’dan l-Artikolu għandu jiġi implimentat permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘IMI’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). Dan ma japplikax għall-informazzjoni li l-Istati Membri jiskambjaw permezz ta’ konsultazzjoni diretta tar-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). (*4) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (‘ir-Regolament tal-IMI’) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1)." (*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).”;" |
(9) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
l-Artikoli 12 sa 15 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 12 Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 13 Miżuri ta’ implimentazzjoni Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni b’mod partikolari b’wieħed mill-għanijiet li ġejjin:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-Direttiva. Artikolu 14 Negozjati ma’ pajjiżi terzi Ladarba din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, l-Unjoni għandha tibda negozjati mal-pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jkunu applikati regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Sakemm jiġu konklużi dawn in-negozjati, l-Istati Membri għandhom jinkludu data dwar kontrolli fuq vetturi minn pajjiżi terzi fl-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Artikolu 15 Aġġornament tal-Annessi Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15a biex temenda l-Annessi I u II biex tintroduċi l-adattazzjonijiet meħtieġa biex jiġu riflessi l-iżviluppi fl-aħjar prattika. (*6) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
(12) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 15a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(3) u fl-Artikolu 15 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*7). 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
(13) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Emendar tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“13. |
Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali marbuta ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (*9): l-Artikolu 8. |
14. |
Id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (*10): l-Artikolu 1(14). |
Artikolu 4
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 5
Pieni u sanzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjoniera, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta’ konformità ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 1, fejn kienu jafu, jew, fid-dawl taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, suppost kellhom ikunu jafu, li s-servizzi tat-trasport li huma kkummissjonaw kienu jinvolvu ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 1 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji.
Artikolu 6
Infurzar intelliġenti
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/67/UE u sabiex l-obbligi previsti fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva jiġu infurzati aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija ta’ infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom. Dik l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi klassifikati bħala ta’ riskju għoli, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE.
Artikolu 7
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
2. Wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva fuq bażi regolari u tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom, jekk ikun xieraq, ikunu akkumpanjati bi proposti rilevanti.
Artikolu 8
Taħriġ
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-għoti ta’ edukazzjoni u taħriġ lill-awtoritajiet tal-infurzar, billi jibnu fuq skemi ta’ infurzar eżistenti.
Min iħaddem għandu jkun responsabbli biex jiżgura li x-xufiera tiegħu jiksbu għarfien dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li joħorġu minn din id-Direttiva.
Artikolu 9
Traspożizzjoni
1. Sat-2 ta’ Frar 2022, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-2 ta’ Frar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D.M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
J. KLOECKNER
(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-7 ta’ April 2020 (ĠU C 149, 5.5.2020, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2020 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).
(4) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tależerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).
(13) Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).
(14) Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(16) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(18) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(19) Id-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 16).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-oġġetti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta’ Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).