|
24.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/3 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/432
tat-23 ta’ Marzu 2020
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tad-definizzjoni tal-ħxejjex u l-lista ta’ ġeneri u speċijiet fl-Artikolu 2(1)(b)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/990 (2), li emendat l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/55/KE, id-definizzjoni ta’ “ħxejjex” qabel it-tabella f’dak l-Artikolu tħassret bi żball. Minħabba f’hekk, l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/55/KE ma għadux jinkludi definizzjoni ta’ “ħxejjex”, li hija parti essenzjali minn dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2002/55/KE tiġi kkoreġuta skont dan. |
|
(3) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li d-data ta’ traspożizzjoni stabbilita f’din id-Direttiva taqbel mad-data tat-traspożizzjoni stipulata fid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/990. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emenda tad-Direttiva 2002/55/KE
Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
(2) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/990 tas-17 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-lista tal-ġeneri u tal-ispeċijiet fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE, fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE u fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE (ĠU L 160, 18.6.2019, p. 14).
ANNESS
Fid-Direttiva 2002/55/KE, il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(b) |
“ħxejjex”: tfisser pjanti tal-ispeċijiet li ġejjin maħsuba għall-produzzjoni agrikola jew ortikulturali imma mhux għall-użu ornamentali: |
Allium cepa L.
|
— |
Grupp Cepa (Basal, Echalion) |
|
— |
Grupp Aggregatum (Shallot) |
Allium fistulosum L. (Basal tal-għenieqed - Japanese bunching onion jew Welsh onion)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Allium porrum L. (Kurrat)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Allium sativum L. (Tewm)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Allium schoenoprasum L. (Kurrat selvaġġ)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. (Maxxita)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Apium graveolens L.
|
— |
Grupp tal-Karfus |
|
— |
Grupp tas-Celeriac |
Asparagus officinalis L. (Asparagu Sfraġ)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Beta vulgaris L.
|
— |
Grupp tal-Pitravi (Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham) |
|
— |
Grupp tas-Selq (Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi) |
Brassica oleracea L.
|
— |
Grupp tal-Kaboċċi tal-Weraq |
|
— |
Grupp tal-Pastard |
|
— |
Grupp tal-Capitata (Kaboċċa Ħamra u Kaboċċa Bajda) |
|
— |
Grupp tal-Brussel Sprouts |
|
— |
Grupp tal-Ġdur |
|
— |
Grupp tal-Kaboċċi Mfelfla (Savoy) |
|
— |
Grupp tal-Brokkli (tat-tip kalabris jew tat-tip li jnibbet) |
|
— |
Grupp tal-Kaboċċi tat-Toskana |
|
— |
Grupp tal-Kaboċċi Portugiżi (Tronchuda) |
Brassica rapa L.
|
— |
Grupp tal-Kaboċċi Ċiniżi |
|
— |
Grupp tan-Nevew |
Capsicum annuum L. (Bżar aħmar jew Bżar ieħor)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Cichorium endivia L. (Indivja)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Cichorium intybus L.
|
— |
Grupp taċ-Ċikwejra Witloof |
|
— |
Grupp taċ-Ċikwejra tal-Weraq (Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana) |
|
— |
Grupp taċ-Ċikwejra Industrijali (Għerq) |
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai (Dulliegħ)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Cucumis melo L. (Bettieħ)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Cucumis sativus L.
|
— |
Grupp tal-Ħjar |
|
— |
Grupp tal-Ħjar Żgħir |
Cucurbita maxima Duchesne (Qara’ aħmar)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Cucurbita pepo L. (Qargħa bagħli, inkluż il-qargħa aħmar u l-qargħa arzella matur, jew Zukkini, inkluż il-qargħa arzella immatur)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Cynara cardunculus L.
|
— |
Grupp tal-Qaqoċċ |
|
— |
Grupp tal-Kardun |
Daucus carota L. (Karrotti u Karrotti għall-għalf)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Foeniculum vulgare Mill. (Bużbież)
|
— |
Grupp tal-Azoricum |
Lactuca sativa L. (Ħass)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Solanum lycopersicum L. (Tadam)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill
|
— |
Grupp tat-Tursin tal-Weraq |
|
— |
Grupp tat-Tursin tal-Għerq Kbir |
Phaseolus coccineus L. (Fażola ta’ Spanja)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Phaseolus vulgaris L.
|
— |
Grupp tal-Fażola Franċiża Żgħira |
|
— |
Grupp tal-Fażola Franċiża li tixxeblek |
Pisum sativum L.
|
— |
Grupp tal-Piżella Tonda |
|
— |
Grupp tal-Piżella Mkemmxa |
|
— |
Grupp tal-Piżella Ħelwa |
Raphanus sativus L.
|
— |
Grupp tar-Ravanell |
|
— |
Grupp tar-Ravanell Iswed |
Rheum rhabarbarum L. (Rabarbru)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Scorzonera hispanica L. (Scorzonera jew salsafja sewda)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Solanum melongena L. (Brunġiel)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Spinacia oleracea L. (Spinaċi)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Valerianella locusta (L.) Laterr. (Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Vicia faba L. (Ful)
|
— |
il-varjetajiet kollha |
Zea mays L.
|
— |
Grupp tal-Qamħirrum Ħelu |
|
— |
Grupp tal-Popcorn |
L-ibridi kollha tal-ispeċijiet u tal-Gruppi elenkati hawn fuq.”