28.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 438/51


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2214

tat-22 ta’ Diċembru 2020

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi porċina

(notifikata bid-dokument C(2020) 9551)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina. B’mod aktar partikolari, l-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka l-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina.

(2)

Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE sabiex ir-Renju Unit jiġi elenkat fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, jenħtieġ li dak il-pajjiż terz jiġi inkluż fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE jiġi emendat skont dan.

(4)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/137/UE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE tal-1 ta' Marzu 2012 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 29).


ANNESS

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/137/UE, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżvizzera:

“GB

Ir-Renju Unit  (*1)

 


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.