|
21.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 431/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2020/2164
tal-15 ta’ Diċembru 2020
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fid-19 ta' Settembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1591 (2), li taħtar lis-Sur Christopher REYNOLDS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Somalia mill-10 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2031 (3) , li testendi l-mandat ta' EUCAP Somalia sal-31 ta' Diċembru 2022, |
|
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Christopher REYNOLDS bħala Kap tal-Missjoni EUCAP Somalia jiġi estiż mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Christopher REYNOLDS bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) huwa b'dan estiż għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L187, 17.7.2012, p. 40.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/1591 tad-19 ta' Settembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2019) (ĠU L 248, 27.9.2019, p. 65).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2031 tal-10 ta' Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 419, 11.12.2020, p. 26).