|
18.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 430/21 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2140
tal-15 ta’ Diċembru 2020
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mil-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael minn naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/952 (2) u daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2020. |
|
(2) |
L-Artikolu 22 tal-Ftehim jistabbilixxi kumitat kompost mir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti (“il-Kumitat Konġunt”) biex jiżgura l-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim. |
|
(3) |
L-Artikolu 22(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt irid jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt, peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu ser ikollha effetti legali għall-Unjoni. Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 22 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (3).
2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet minuri fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KLOECKNER
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/952 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra (ĠU L 212 3.7.2020, p. 10).
(3) Ara d-dokument ST 13483/20 fuq http://register.consilium.europa.eu