|
17.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 426/58 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2126
tas-16 ta’ Diċembru 2020
dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 fis-setturi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842, il-kalkoli rilevanti jeħtieġ jiġu bbażati fuq l-aktar data preċiża disponibbli. Għalhekk, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 u ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fis-sena 2020 huma stabbiliti fir-rieżami komprensiv li ġej. Dak ir-rieżami twettaq mill-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, f’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u fih data rieżaminata tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-snin 2005 u 2016 sal-2018 f’konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842. |
|
(2) |
Data preċiża bħad-data rieżaminata dwar l-inventarju, hija meħtieġa fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn installazzjonijiet stazzjonarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (“EU ETS”) kif derivat mir-Reġistru tal-Unjoni tal-emissjonijiet verifikati ta’ dawk l-installazzjonijiet (“ir-Reġistru”). Meta l-emissjonijiet tal-EU ETS tal-2005 fir-Reġistru ma jikkorrispondux mal-kamp ta’ applikazzjoni attwali tad-Direttiva 2003/87/KE jew tar-Regolament (UE) 2018/842, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rilevanti (4) adottati skont id-Direttiva 2003/87/KE jew id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif ukoll il-pjanijiet ta’ allokazzjoni nazzjonali u l-korrispondenza uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rispettivi, jintużaw biex tiġi pprovduta data komplementari dwar l-emissjonijiet. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-allokazzjonijiet annwali ddeterminati tal-emissjonijiet mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rapportati għal kull sena tal-perjodu mill-2021 sal-2030, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri jeħtieġ jiġu kkalkulati f’ekwivalenti għas-CO2 billi jiġu applikati l-istess valuri għall-potenzjali tat-tisħin globali, jiġifieri l-valuri stabbiliti fil-Grupp Intergovernattiv għall-ħames Rapport ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima u elenkati fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044 (6). |
|
(4) |
Metodoloġija b’ħames passi tapplika biex l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-sena 2030 tiġi kkalkulata f’konformità mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-2030 fir-rigward tal-livelli tagħhom tal-2005 speċifikati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/842. |
|
(5) |
L-ewwel nett, jiġi ddeterminat il-valur tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-2005. Il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet stazzjonarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE li eżistew fl-2005, titnaqqas mit-total rieżaminat ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-sena 2005. Għall-Istati Membri li ilhom jipparteċipaw fl-EU ETS minn wara l-2005, tapplika l-kwantità ta’ emissjonijiet tal-2005 kif iddeterminata fid-Deċiżjoni 2013/162/UE. L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fl-2013 hija riflessa bil-kalkolu tal-valur ekwivalenti tal-2005 tal-aġġustament korrispondenti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għall-2020 f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/634/UE. Kif meħtieġ mill-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/842, il-kalkolu jirrifletti wkoll it-tibdil fil-kopertura tal-installazzjoni bejn l-2005 u l-2012, bl-istess mod kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1471. |
|
(6) |
It-tieni nett, l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-sena 2030 hija kkalkulata billi jiġi applikat il-perċentwal stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/842 għall-valur tal-emissjonijiet ikkalkulat għall-2005. |
|
(7) |
It-tielet nett, il-kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 fis-snin 2016, 2017 u 2018 ta’ kull Stat Membru hija kkalkulata billi titnaqqas il-kwantità medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra verifikati minn installazzjonijiet stazzjonarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fis-snin 2016, 2017 u 2018 fl-Istat Membru rispettiv u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-avjazzjoni domestika mit-total rieżaminat tiegħu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018. |
|
(8) |
Ir-raba’ nett, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin 2021 sa 2029 huma kkalkulati. Huma stabbiliti fuq bażi ta’ trajettorja lineari li tibda fil-kwantità medja għas-snin 2016, 2017 u 2018 fil-ħames parti minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 u tispiċċa bl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tagħha għas-sena 2030. Għall-Greċja, il-Kroazja u l-Ungerija, it-trajettorja lineari tibda fl-2020 peress li din tirriżulta f’allokazzjoni iktar baxxa għal dawk l-Istati Membri. |
|
(9) |
Fl-aħħar nett, il-valuri li jirriżultaw tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet huma aġġustati. Il-kwoti tal-EU ETS relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn installazzjonijiet stazzjonarji esklużi mill-EU ETS f’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE, kif notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont dak l-Artikolu, u li b’hekk huma esklużi mil-limitu massimu tal-Unjoni skont dik id-Direttiva mill-2021 ’il quddiem, għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842. Sussegwentement, il-kwantitajiet imnaqqsa mil-limitu jiżdiedu mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri rilevanti għall-perjodu mill-2021 sal-2030. L-ammont tal-aġġustament speċifikat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/842 jiżdied mal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għas-sena 2021 għal kull Stat Membru elenkat f’dak l-Anness. |
|
(10) |
Il-kwantitajiet massimi totali għal ċerti Stati Membri wara t-tnaqqis tal-kwoti tal-EU ETS li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ Stat Membru bejn l-2021 u l-2030 f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842, huma ddeterminati bl-applikazzjoni tal-perċentwali notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament għall-valuri tal-valuri kkalkulati ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2005. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-valuri għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-2005 għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842 għandhom japplikaw kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842, aġġustata f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, għandha tapplika kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet totali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2018/842 li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, għandhom japplikaw kif stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
(3) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106); Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1471 tal-10 ta’ Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/162/UE biex tirrevedi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2017 sal-2020 (ĠU L 209, 12.8.2017, p. 53).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u l-linji gwida tal-inventarju u fir-rigward tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (ĠU L 230, 17.7.2020, p. 1).
ANNESS I
Il-valuri għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2005 għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842
|
Stat Membru |
Valur għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2005 f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 |
|
Il-Belġju |
81 605 589 |
|
Il-Bulgarija |
22 326 386 |
|
Iċ-Ċekja |
64 965 295 |
|
Id-Danimarka |
40 368 089 |
|
Il-Ġermanja |
484 694 619 |
|
L-Estonja |
6 196 136 |
|
L-Irlanda |
47 687 589 |
|
Il-Greċja |
62 985 180 |
|
Spanja |
241 979 192 |
|
Franza |
401 113 722 |
|
Il-Kroazja |
18 056 312 |
|
L-Italja |
343 101 747 |
|
Ċipru |
4 266 823 |
|
Il-Latvja |
8 597 807 |
|
Il-Litwanja |
13 062 124 |
|
Il-Lussemburgu |
10 116 187 |
|
L-Ungerija |
47 826 909 |
|
Malta |
1 020 601 |
|
In-Netherlands |
128 112 158 |
|
L-Awstrija |
56 991 984 |
|
Il-Polonja |
192 472 253 |
|
Il-Portugall |
48 635 827 |
|
Ir-Rumanija |
78 235 752 |
|
Is-Slovenja |
11 826 308 |
|
Is-Slovakkja |
23 137 112 |
|
Il-Finlandja |
34 439 858 |
|
L-Iżvezja |
43 228 505 |
ANNESS II
L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842, aġġustati f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament
|
Stat Membru |
Valur aġġustat tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 |
|||||||||
|
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
2030 |
|
|
Il-Belġju |
71 141 629 |
69 130 741 |
67 119 852 |
65 108 964 |
63 098 075 |
61 087 187 |
59 076 298 |
57 065 410 |
55 054 522 |
53 043 633 |
|
Il-Bulgarija |
27 116 956 |
25 159 860 |
24 805 676 |
24 451 491 |
24 097 307 |
23 743 123 |
23 388 939 |
23 034 755 |
22 680 571 |
22 326 386 |
|
Iċ-Ċekja |
65 984 531 |
60 913 974 |
60 283 497 |
59 653 019 |
59 022 541 |
58 392 064 |
57 761 586 |
57 131 109 |
56 500 631 |
55 870 153 |
|
Id-Danimarka |
32 127 535 |
31 293 868 |
30 460 202 |
29 626 535 |
28 792 868 |
27 959 201 |
27 125 535 |
26 291 868 |
25 458 201 |
24 624 534 |
|
Il-Ġermanja |
427 306 142 |
413 224 443 |
399 142 745 |
385 061 046 |
370 979 348 |
356 897 650 |
342 815 951 |
328 734 253 |
314 652 554 |
300 570 856 |
|
L-Estonja |
6 223 937 |
6 001 620 |
5 925 247 |
5 848 875 |
5 772 502 |
5 696 129 |
5 619 756 |
5 543 384 |
5 467 011 |
5 390 638 |
|
L-Irlanda |
43 479 402 |
42 357 392 |
41 235 382 |
40 113 372 |
38 991 362 |
37 869 352 |
36 747 342 |
35 625 332 |
34 503 322 |
33 381 312 |
|
Il-Greċja |
46 227 407 |
46 969 645 |
47 711 883 |
48 454 122 |
49 196 360 |
49 938 598 |
50 680 836 |
51 423 075 |
52 165 313 |
52 907 551 |
|
Spanja |
200 997 922 |
198 671 005 |
196 344 088 |
194 017 170 |
191 690 253 |
189 363 335 |
187 036 418 |
184 709 500 |
182 382 583 |
180 055 665 |
|
Franza |
335 726 735 |
326 506 522 |
317 286 309 |
308 066 096 |
298 845 883 |
289 625 670 |
280 405 456 |
271 185 243 |
261 965 030 |
252 744 817 |
|
Il-Kroazja |
17 661 355 |
16 544 497 |
16 576 348 |
16 608 198 |
16 640 049 |
16 671 899 |
16 703 749 |
16 735 600 |
16 767 450 |
16 799 301 |
|
L-Italja |
273 503 734 |
268 765 611 |
264 027 488 |
259 289 365 |
254 551 242 |
249 813 118 |
245 074 995 |
240 336 872 |
235 598 749 |
230 860 626 |
|
Ċipru |
4 072 960 |
3 980 718 |
3 888 477 |
3 796 235 |
3 703 993 |
3 611 752 |
3 519 510 |
3 427 269 |
3 335 027 |
3 242 785 |
|
Il-Latvja |
10 649 507 |
8 854 834 |
8 758 222 |
8 661 610 |
8 564 998 |
8 468 386 |
8 371 774 |
8 275 162 |
8 178 551 |
8 081 939 |
|
Il-Litwanja |
16 112 304 |
13 717 534 |
13 488 659 |
13 259 784 |
13 030 909 |
12 802 033 |
12 573 158 |
12 344 283 |
12 115 408 |
11 886 533 |
|
Il-Lussemburgu |
8 406 740 |
8 147 070 |
7 887 400 |
7 627 731 |
7 368 061 |
7 108 391 |
6 848 721 |
6 589 052 |
6 329 382 |
6 069 712 |
|
L-Ungerija |
49 906 277 |
43 342 400 |
43 484 478 |
43 626 556 |
43 768 634 |
43 910 712 |
44 052 791 |
44 194 869 |
44 336 947 |
44 479 025 |
|
Malta |
2 065 044 |
1 239 449 |
1 187 854 |
1 136 258 |
1 084 663 |
1 033 068 |
981 473 |
929 878 |
878 282 |
826 687 |
|
In-Netherlands |
98 513 233 |
96 677 516 |
94 841 800 |
93 006 083 |
91 170 366 |
89 334 649 |
87 498 932 |
85 663 215 |
83 827 498 |
81 991 781 |
|
L-Awstrija |
48 768 448 |
47 402 495 |
46 036 542 |
44 670 589 |
43 304 636 |
41 938 683 |
40 572 729 |
39 206 776 |
37 840 823 |
36 474 870 |
|
Il-Polonja |
215 005 372 |
204 376 828 |
201 204 624 |
198 032 420 |
194 860 216 |
191 688 012 |
188 515 807 |
185 343 603 |
182 171 399 |
178 999 195 |
|
Il-Portugall |
42 526 461 |
40 821 093 |
40 770 978 |
40 720 863 |
40 670 748 |
40 620 633 |
40 570 518 |
40 520 403 |
40 470 288 |
40 420 173 |
|
Ir-Rumanija |
87 878 093 |
76 914 871 |
76 884 391 |
76 853 912 |
76 823 433 |
76 792 954 |
76 762 474 |
76 731 995 |
76 701 516 |
76 671 037 |
|
Is-Slovenja |
11 403 194 |
11 107 762 |
10 991 138 |
10 874 515 |
10 757 891 |
10 641 268 |
10 524 644 |
10 408 021 |
10 291 397 |
10 174 774 |
|
Is-Slovakkja |
23 410 477 |
21 151 422 |
21 052 577 |
20 953 731 |
20 854 886 |
20 756 040 |
20 657 195 |
20 558 350 |
20 459 504 |
20 360 659 |
|
Il-Finlandja |
28 840 335 |
27 970 110 |
27 099 886 |
26 229 661 |
25 359 436 |
24 489 212 |
23 618 987 |
22 748 762 |
21 878 538 |
21 008 313 |
|
L-Iżvezja |
31 331 358 |
30 731 996 |
30 132 635 |
29 533 273 |
28 933 911 |
28 334 550 |
27 735 188 |
27 135 826 |
26 536 464 |
25 937 103 |
ANNESS III
Kwantitajiet totali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2018/842 li jistgħu jitqiesu għall-konformità ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament
|
Stat Membru |
Kwantità totali f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 |
|
Il-Belġju |
15 423 456 |
|
Id-Danimarka |
8 073 618 |
|
L-Irlanda |
19 075 035 |
|
Il-Lussemburgu |
4 046 475 |
|
Malta |
204 120 |
|
L-Awstrija |
11 398 397 |
|
Il-Finlandja |
6 887 972 |