17.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 427/17


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2112

tas-16 ta’ Diċembru 2020

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjonijiet 93/455/KEE, 1999/246/KE u 2007/24/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tad-deni klassiku tal-ħnieżer, tal-influwenza avjarja u tal-marda ta’ Newcastle

(notifikata bid-dokument C(2020) 9307)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (2),u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva 92/46/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 72(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (4),u b’mod partikolari l-Artikolu 62(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/455/KEE (5) tapprova l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/246/KE (6) tapprova l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer għall-Istati Membri elenkati fl-Anness tagħha.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/24/KE (7) jistabbilixxi l-lista tal-Istati Membri li approvaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-influwenza avjarja u tal-marda ta’ Newcastle.

(4)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttivi 92/66/KEE, 2001/89/KE, 2003/85/KE u 2005/94/KE kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ. Għal dik ir-raġuni, ir-referenzi għar-Renju Unit fl-Annessi tad-Deċiżjonijiet 93/455/KEE, 1999/246/KE u 2007/24/KE jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(5)

Għalhekk, l-Annessi tad-Deċiżjonijiet 93/455/KEE, 1999/246/KE u 2007/24/KE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(6)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 93/455/KEE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 1999/246/KE, fil-lista, l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) (*)

Artikolu 3

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/24/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(2)   ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(3)   ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(4)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/455/KEE tat-23 ta’ Lulju 1993 li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (ĠU L 213, 24.8.1993, p. 20).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/246/KE tat-30 ta’ Marzu 1999 li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (ĠU L 93, 8.4.1999, p. 24).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/24/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 li tapprova l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 26).


ANNESS I

“ANNESS

Il-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer tal-Istati Membri (1) li ġejjin huma approvati:

Il-Belġju

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Irlanda

L-Italja

Il-Lussemburgu

In-Netherlands

L-Awstrija

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)


(1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.


ANNESS II

“ANNESS

Lista tal-Istati Membri (1) msemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi

Pajjiż

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Iċ-Ċekja

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

MT

Malta

NL

In-Netherlands

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SE

L-Iżvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

UK(NI)

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)


(1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”