11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 419/26 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2031
tal-10 ta’ Diċembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR). |
(2) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2), li emendat il-mandat tal-Missjoni biex tiġi ffukata fuq il-bini tal-kapaċità fis-Somalja u biddlet l-isem tal-Missjoni għal EUCAP Somalia. |
(3) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1942 (3), li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK biex EUCAP Somalia tiġi estiża u tingħata ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan l-ammont ta’ referenza finanzjarja ġie miżjud bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/663 (4). |
(4) |
Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku Olistiku u koordinat tal-involviment tal-PSDK fis-Somalja u fil-Qarn tal-Afrika, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jestendi l-EUCAP Somalia sal-31 ta’ Diċembru 2022 u li jemenda l-mandat tagħha. |
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 2 Dikjarazzjoni tal-Missjoni 1. L-EUCAP Somalja għandha tassisti lis-Somalja fit-tisħiħ tal-kapaċità tas-sigurtà marittima tagħha sabiex din tkun tista’ tinforza b’mod aktar effettiv il-liġi marittima. 2. Barra minn hekk, l-EUCAP Somalia għandha tassisti lis-Somalja fit-tisħiħ tal-kapaċità tal-pulizija tagħha sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tranżizzjoni Somalu għat-trasferiment tar-responsabbiltajiet ta’ sigurtà lill-awtoritajiet Somali. Artikolu 3 Objettivi u Kompiti 1. Sabiex titwettaq id-Dikjarazzjoni tal-Missjoni kif tinsab fl-Artikolu 2, l-EUCAP Somalja għandha:
2. Biex tikseb dawn l-objettivi, l-EUCAP Somalia għandha tappoġġa lill-awtoritajiet Somali fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni meħtieġa u fl-istabbiliment ta’ awtoritajiet ġudizzjarji billi:
3. Biex tikseb dawn l-objettivi, l-EUCAP Somalia għandha topera skont il-linji ta’ operat u l-kompiti stipulati fid-dokumenti ta’ ppjanar operazzjonali approvati mill-Kunsill. 4. L-EUCAP Somalja ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.”; |
(2) |
fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 87 780 000.”; |
(3) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej: “4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoopera mal-atturi internazzjonali l-oħra fir-reġjun, b’mod partikolari l-Uffiċċju Politiku tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għas-Somalja, l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità, il-Programm ta’ Żvilupp tan-NU, INTERPOL u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib ma’ Atalanta, il-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà Somali (EUTM Somalia) u l-programmi ta’ assistenza rilevanti tal-Unjoni.”; |
(4) |
fl-Artikolu 16, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2022.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 56).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/663 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 157, 19.5.2020, p. 1).