|
1.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 402/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1804
tas-27 ta’ Novembru 2020
li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi
(notifikata bid-dokument C(2020) 8156)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li jridu jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (2) stabbiliet il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom għall-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet”. Il-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2020 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1134 (3). |
|
(4) |
Sabiex tiġi riflessa aħjar l-aħjar prattika fis-suq għal dan il-grupp ta’ prodotti u sabiex jitqiesu l-innovazzjonijiet li ġew introdotti sadanittant, huwa xieraq li jiġi stabbilit sett ġdid ta’ kriterji għat-“televiżjonijiet”. |
|
(5) |
Ir-Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (4) tat-30 ta’ Ġunju 2017, li jirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, ikkonkluda li hemm bżonn jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, inkluż ukoll ir-raggruppament ta’ gruppi ta’ prodotti li huma relatati mill-qrib ma’ xulxin, fejn dan ikun xieraq. |
|
(6) |
F’konformità ma’ dawk il-konklużjonijiet u wara li ġie kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li jiġu riveduti l-kriterji għall-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet”, inkluż l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-unitajiet tal-wiri esterni tal-kompjuter u għall-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar li huma koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 (5) u mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 (6). Sabiex tiġi riflessa dik l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, huwa wkoll xieraq li l-isem tal-grupp ta’ prodotti jiġi mmodifikat għal “Unitajiet tal-Wiri Elettroniċi”. |
|
(7) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (7) adottat fil-11 ta’ Marzu 2020 jistipula li r-rekwiżiti dwar id-durabbiltà, ir-riċiklabbiltà u l-kontenut riċiklat se jkunu inklużi b’mod aktar sistematiku fil-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. |
|
(8) |
Il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu l-prodotti li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li jistgħu jissewwew, li jistgħu jiġu żarmati faċilment (sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru tar-riżorsi mir-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja utli tagħhom), li jkollhom kontenut riċiklat minimu u li jkun jista’ jkun fihom ammont limitat biss ta’ sustanzi perikolużi. |
|
(9) |
Il-kriterji l-ġodda u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom għall-grupp ta’ prodotti jenħtieġ li jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2028, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dak il-grupp ta’ prodotti. |
|
(10) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE jenħtieġ li titħassar. |
|
(11) |
Jenħtieġ li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni lill-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għat-televiżjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/300/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex isiru konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti l-ġodda. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-produtturi jenħtieġ li jitħallew iressqu applikazzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/300/KE jew fuq il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni l-antika jenħtieġ li jitħallew jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ prodotti “unitajiet tal-wiri elettroniċi” għandu jinkludi t-televiżjonijiet, il-monitor u l-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“unità tal-wiri elettronika” tfisser skrin tal-wiri u l-elettronika assoċjata miegħu li l-funzjoni primarja tiegħu tkun il-wiri ta’ informazzjoni viżwali minn sorsi bil-wajer jew mingħajru; |
|
(2) |
“unità tal-wiri tas-sinjalar diġitali” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba primarjament għall-wiri pubbliku f’ambjenti li mhumiex ibbażati fuq desktop. L-ispeċifikazzjonijiet tagħha għandhom jinkludu l-karatteristiki kollha li ġejjin:
|
|
(3) |
“monitor” jew “monitor tal-kompjuter” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba għal persuna waħda biex taraha mill-viċin, ngħidu aħna fuq skrivanija; |
|
(4) |
“televiżjoni” tfisser unità tal-wiri elettronika maħsuba primarjament biex turi u tirċievi sinjali awdjoviżivi, u li tkun tikkonsisti minn unità tal-wiri elettronika u minn tuner/riċevitur wieħed jew aktar; |
|
(5) |
“tuner/riċevitur” tfisser ċirkwit elettroniku li jaqbad sinjal tax-xandir tat-televiżjoni, bħad-diġitali terrestri jew bis-satellita, iżda mhux unicast bl-internet, u jiffaċilita l-għażla ta’ stazzjon tat-televiżjoni minn grupp ta’ stazzjonijiet tan-netwerk. |
Artikolu 3
Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta’ prodotti “unitajiet tal-wiri elettroniċi”, dan għandu jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ dak il-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “unitajiet tal-wiri elettroniċi” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2028.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “unitajiet tal-wiri elettroniċi” għandu jkun “022”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2009/300/KE titħassar.
Artikolu 7
1. Minkejja l-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet”, kif definit fid-Deċiżjoni 2009/300/KE, għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2009/300/KE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet” imressqa fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew fi żmien xahrejn minn din id-data jistgħu jiġu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, inkella fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/300/KE. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kriterji li fuqhom jissejsu.
3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE li jingħataw abbażi ta’ applikazzjoni evalwata f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/300/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1134 tal-1 ta’ Lulju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/300/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 fir-rigward tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti, u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom (ĠU L 179, 3.7.2019, p. 25).
(4) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 241).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 1).
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final).
ANNESS
Kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi
QAFAS
Għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma mmirati lejn l-aqwa unitajiet tal-wiri elettroniċi, f’termini ta’ prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji jiffukaw fuq l-impatti ambjentali ewlenin assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawn il-prodotti u jippromwovu l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari.
B’mod partikolari, il-kriterji għandhom l-għan li jippromwovu prodotti li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li jistgħu jissewwew, li jistgħu jiġu żarmati faċilment (sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru tar-riżorsi mir-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja utli tagħhom), li għandhom kontenut minimu riċiklat u li jista’ jkun fihom biss ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi.
Għal dan l-għan, il-kriterji:
|
— |
jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-konsum tal-enerġija li jitolbu l-aqwa klassijiet disponibbli tal-effiċjenza enerġetika u jistabbilixxu limiti dwar il-konsum massimu tal-enerġija fil-modalità mixgħul; |
|
— |
jistabbilixxu rekwiżiti għall-ġestjoni tal-enerġija; |
|
— |
jirrikonoxxu u jippremjaw il-prodotti b’użu ristrett ta’ sustanzi perikolużi; |
|
— |
jistabbilixxu rekwiżiti biex jiġi żgurat kontenut minimu ta’ plastik riċiklat fil-fażi ta’ wara l-konsumatur; |
|
— |
jistabbilixxu rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-prodott jista’ jissewwa permezz ta’ disinn xieraq tal-prodott, u d-disponibbiltà ta’ manwal dwar it-tiswija, ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u ta’ spare parts; |
|
— |
jistabbilixxu rekwiżiti biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti u jimponu l-obbligu li tiġi provduta informazzjoni biex tittejjeb ir-riċiklabbiltà, tiġi limitata l-għażla tal-materjali u jiġi promoss disinn faċli għaż-żarmar; |
|
— |
jistabbilixxu rekwiżiti dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, jindirizzaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol matul il-manifattura u l-akkwist tal-landa, tat-tantalju, tat-tungstenu u tad-deheb minn żoni affettwati minn kunflitti u b’riskju għoli. |
L-importanza li l-unitajiet tal-wiri elettroniċi jintużaw u jintremew b’mod korrett biex iħallu inqas impatt tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom hija indirizzata wkoll bl-istabbiliment ta’ rekwiżiti dwar l-istruzzjonijiet tal-utent u l-informazzjoni tal-konsumatur.
Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-“unitajiet tal-wiri elettroniċi” huma kif ġej:
|
1. |
Konsum tal-enerġija |
|
1.1 |
Iffrankar tal-enerġija |
|
1.2 |
Ġestjoni tal-enerġija |
|
2. |
Sustanzi ristretti |
|
2.1 |
Sustanzi esklużi jew limitati |
|
2.2 |
Attivitajiet li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (GHG) fil-katina tal-provvista |
|
3. |
Possibbiltà ta’ tiswija u garanzija kummerċjali |
|
4. |
Ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja |
|
4.1 |
Għażla tal-materjal u informazzjoni biex tittejjeb ir-riċiklabbiltà |
|
4.2 |
Disinn għaż-żarmar u r-riċiklaġġ |
|
5. |
Responsabbiltà soċjali korporattiva |
|
5.1 |
Kundizzjonijiet tax-xogħol matul il-manifattura |
|
5.2 |
Akkwist ta’ “minerali mingħajr kunflitt” |
|
6. |
Kriterji ta’ informazzjoni |
|
6.1 |
Informazzjoni għall-utenti |
|
6.2 |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta |
Valutazzjoni u verifika: Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu/tagħha u/jew mill-fornitur(i) tagħhom, eċċ., kif xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni u l-verifiki minn korpi li huma akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.
Fejn xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħrajn minbarra dawk indikati għal kull kriterju, jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw il-konformità ma’ dawn il-kriterji.
Bidliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għall-prodotti li għalihom tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.
Bħala prerekwiżit, l-unità tal-wiri elettronika għandha tissodisfa r-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew tal-pajjiżi fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“Kontroll awtomatiku tal-luminożità” (“ABC”, Automatic Brightness Control) tfisser il-mekkaniżmu awtomatiku li, meta jkun attivat, jikkontrolla l-luminożità tal-unità tal-wiri elettronika bħala funzjoni tal-livell tad-dawl ambjentali li jdawwal il-parti ta’ quddiem tal-unità tal-wiri; |
|
(2) |
“prestabbilit” li tirreferi għal konfigurazzjoni speċifika, tfisser il-valur ta’ karatteristika speċifika kif ġiet ikkonfigurata fil-fabbrika u disponibbli meta l-klijent juża l-prodott għall-ewwel darba u wara li jagħmel azzjoni li treġġa’ lura l-konfigurazzjonijiet tal-fabbrika, jekk il-prodott jippermetti dan; |
|
(3) |
“fażi taż-żarmar” tfisser operazzjoni li tispiċċa bit-tneħħija ta’ part jew b’bidla ta’ għodda; |
|
(4) |
“fast start” jew “quick start” tfisser funzjoni mtejba ta’ riattivazzjoni li kapaċi ttemm it-tranżizzjoni f’“modalità mixgħul” f’ħin iqsar minn dak tal-funzjoni normali ta’ riattivazzjoni; |
|
(5) |
“Medda Dinamika Qawwija (HDR, High Dynamic Range)” tfisser metodu biex jiżdied il-proporzjon ta’ kuntrast tal-immaġini ta’ unità tal-wiri elettronika billi tintuża metadata ġġenerata matul il-ħolqien tal-materjal tal-video u li ċ-ċirkwiti ta’ ġestjoni tal-unità tal-wiri jinterpretaw biex jipproduċu proporzjon ta’ kuntrast u apparenza tal-kulur ipperċepiti minn għajn il-bniedem aktar realistiku minn dak miksub minn viżwalizzazzjonijiet mhux kompatibbli mal-HDR; |
|
(6) |
“LCD” tfisser display tal-kristalli likwidi; |
|
(7) |
“luminanza” tfisser il-kejl fotometriku tal-intensità luminuża għal kull unità tal-erja tad-dawl li tivvjaġġa f’direzzjoni partikolari, espressa f’unitajiet ta’ candelas għal kull metru kwadru (cd/m2). Sikwit jintuża t-terminu luminożità biex tiġi kwalifikata b’mod suġġettiv il-luminanza ta’ unità tal-wiri; |
|
(8) |
“konfigurazzjoni normali” jew “konfigurazzjoni dar”, “modalità standard”, jew, għat-televiżjonijiet, “modalità dar” tfisser konfigurazzjoni tal-iskrin tal-wiri li hija rrakkomandata lill-utent aħħari mill-manifattur mill-menu inizjali tas-set-up jew mill-konfigurazzjoni tal-fabbrika li l-unità tal-wiri elettronika għandha għall-użu maħsub tal-prodott. Din trid tipprovdi l-aħjar kwalità għall-utent aħħari f’ambjent tipiku domestiku jew ta’ uffiċċju. Il-konfigurazzjoni normali hija l-kundizzjoni li fiha jitkejlu l-valuri ddikjarati għall-modalità mitfi, standby, standby man-netwerk u fil-modalità mixgħul; |
|
(9) |
“modalità mixgħul” jew “modalità attiv” tfisser kundizzjoni li fiha l-unità tal-wiri elettronika tkun imqabbda ma’ sors tal-enerġija, tkun ġiet attivata, u tkun qed tipprovdi funzjoni tal-wiri waħda jew aktar tagħha; |
|
(10) |
“għodod proprjetarji” huma għodod li mhumiex disponibbli għax-xiri mill-pubbliku ġenerali jew li għalihom, kwalunkwe privattiva applikabbli mhijiex disponibbli għal liċenzja skont termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji; |
|
(11) |
“riċiklabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ prodott li jiġi riċiklat fi tmiem il-ħajja tiegħu, abbażi tal-prattiki attwali; |
|
(12) |
“spare parts” huma l-komponenti jew l-assemblaġġi kollha li jistgħu potenzjalment ifallu u/jew li huma mistennija li jeħtieġu sostituzzjoni fil-ħajja tas-servizz tal-prodott. Parts oħrajn li għandhom ħajja li normalment taqbeż il-ħajja tipika tal-prodott mhumiex spare parts; |
|
(13) |
“UHD” tfisser unità tal-wiri elettronika li tista’ tirċievi sinjal tal-UHD kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU-R) BT.2020, u li turih fuq l-iskrin f’riżoluzzjonijiet ta’ 3840 × 2160 (UHD-4K) u 7680 × 4320 (UHD-8K). |
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterju 1 — Konsum tal-enerġija
1.1 Iffrankar tal-enerġija
|
(a) |
L-unitajiet tal-wiri elettroniċi għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2013 għall-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika speċifikati kif ġej jew, alternattivament għal klassi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Sal-31 ta’ Marzu 2021:
Wara l-31 ta’ Marzu 2021: Waħda miż-żewġ klassijiet tal-enerġija ewlenin li għandhom mudelli rreġistrati (1) taħt il-bażi tad-data tal-prodotti (2) skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (3) għal riżoluzzjoni speċifika u t-tip ta’ wiri (televiżjonijiet, monitors jew wiri tas-sinjalar) fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE.
|
|
(b) |
Id-domanda massima għall-enerġija fil-modalità mixgħul f’konfigurazzjoni normali għandha tkun ≤ 64 W (125W għall-unitajiet tal-wiri tas-sinjalar diġitali, għal riżoluzzjonijiet tal-UHD u ogħla). |
Valutazzjoni u verifika : Għar-rekwiżit (a), l-applikant għandu jissottometti rapport tat-test għall-unità tal-wiri elettronika mwettaq f’konformità mal-metodi tal-kejl indikati fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2013. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta evidenza tal-klassijiet ewlenin fuq il-bażi tad-data EPREL (b’mudelli disponibbli għar-riżoluzzjoni u t-tip ta’ mudell ta’ wiri li jridu jingħataw ekotikketta) fid-data tal-applikazzjoni u mill-inqas kull sentejn matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tagħha. Għar-rekwiżit (b), l-applikant għandu jissottometti rapport tat-test għall-unità tal-wiri elettronika mwettaq f’konformità mal-metodi tal-kejl u l-kundizzjonijiet indikati fil-punti 1 u 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/2021.
|
Nota |
: |
Għall-unitajiet tal-wiri li jkollhom il-karatteristika HDR, il-kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti (a) u (b) għandu jsir fil-konfigurazzjoni normali, f’medda dinamika standard (SDR). |
1.2 Ġestjoni tal-enerġija
|
(a) |
Kontroll Manwali tal-Luminożità: l-unità tal-wiri elettronika għandha tippermetti lill-utent sabiex jaġġusta manwalment l-intensità tar-retroilluminazzjoni; |
|
(b) |
Kontroll awtomatiku tal-luminożità (ABC, Automatic Brightness Control): l-unitajiet tal-wiri elettroniċi bil-kontroll awtomatiku tal-luminożità (ABC) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jikkwalifikaw għal tnaqqis ta’ 10 % f’Pmkejla deskritt fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2021 (il-Punt 1 tat-Taqsima B); |
|
(c) |
Funzjonalità quick start: wara li tiġi attivata l-funzjonalità quick start (jekk l-apparat ikollu din il-karatteristika), l-apparat jaqleb awtomatikament lura għall-modalità standby jew għall-modalità mitfi bħala konfigurazzjoni prestabbilita mhux aktar tard minn sagħtejn wara l-aħħar attività tal-utent. |
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tiċċertifika li l-apparat intbagħat bil-konfigurazzjonijiet tal-ġestjoni tal-enerġija msemmija hawn fuq.
Għar-rekwiżit (b) l-applikant għandu jissottometti rapport tat-test għall-unità tal-wiri elettronika li juri li l-kundizzjonijiet deskritti ġew issodisfati. Il-kejl rilevanti għandu jitwettaq f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/2021.
Għar-rekwiżit (c), l-applikant għandu jippreżenta l-paġni rilevanti tad-dokumentazzjoni tal-prodott.
Kriterju 2 — Sustanzi ristretti
2.1 Sustanzi esklużi jew limitati
Il-preżenza fil-prodott, jew fis-subassemblaġġi u fil-parts komponenti definiti, ta’ sustanzi li huma identifikati f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)għall-klassijiet tal-periklu, il-kategoriji tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu assoċjati elenkati fit-Tabella 1 għandhom jiġu ristretti f’konformità mas-subkriterju 2.1. (a) u (c). Għall-finijiet ta’ dan il-kriterju, il-Lista ta’ Kandidati għal Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs) u l-klassijiet tal-periklu, il-kategoriji tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu assoċjati huma miġbura fit-Tabella 1. Is-subkriterju 2.1. (b) jillimita l-preżenza ta’ sustanzi speċifiċi.
Tabella 1
Ir-ragruppament tal-lista ta’ kandidati għal SVHCs u l-klassijiet tal-periklu, il-kategoriji tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu assoċjati
|
Perikli tal-Grupp 1 |
||||||||||
|
||||||||||
|
Perikli tal-Grupp 2 |
||||||||||
|
||||||||||
|
Perikli tal-Grupp 3 |
||||||||||
|
2.1(a) Restrizzjonijiet fuq is-Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)
Is-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li ġew identifikati f’konformità mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u inklużi fil-lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni ma għandhomx jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż skont il-piż). L-istess restrizzjoni għandha tapplika għas-subassemblaġġi li jiffurmaw parti mill-prodott li huma elenkati fit-Tabella 2. Ma għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit.
Tabella 2
Is-subassemblaġġ u l-parts komponenti li għalihom għandu japplika l-Kriterju 2.1(a)
|
Bords ta’ Ċirkwiti Stampati (Bords ta’ Wiring Stampati, motherboards sħaħ, bords tal-enerġija (unitajiet tal-provvista tal-enerġija) u bords tal-moduli) >10 cm2 |
|
Wiring/kejbils elettriċi (aggregati) |
|
Kejbils esterni (Kejbil tal-enerġija (Wajers tal-elettriku AC u DC), kejbil tal-modem u kejbil tal-LAN jekk applikabbli, kejbil HDMI u kejbil RCA) |
|
Housing estern (Qoxra ta’ wara, qoxra ta’ quddiem (dekorazzjoni tal-gwarniċ) u stands) |
|
Housing estern tar-remote control |
|
Retroilluminazzjoni LED (arranġamenti bil-LED) |
Fil-komunikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit lill-fornituri tas-subassemblaġġi/parts komponenti elenkati, l-applikanti jistgħu jagħmlu skrinjar minn qabel tal-Lista ta’ Kandidati ta’ REACH billi jużaw il-lista tas-sustanzi dikjarabbli tal-IEC 62474 . (6) L-iskrinjar għandu jkun ibbażat fuq l-identifikazzjoni tal-potenzjal għall-preżenza ta’ sustanzi fil-prodott.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiġbor id-dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta’ preżenza tal-SVHCs fil-limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat jew ogħla għall-prodott u s-subassemblaġġi identifikati fit-Tabella 2. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta’ Kandidati li ppubblikat l-ECHA (7) fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Fejn id-dikjarazzjonijiet isiru abbażi ta’ skrinjar minn qabel tal-lista ta’ kandidati bl-użu tal-IEC 62474, l-applikant għandu jipprovdi wkoll il-lista skrinjata mogħtija lill-fornituri tas-subassemblaġġ. Il-verżjoni tal-lista tas-sustanzi dikjarabbli IEC 62474 użata għandha tirrifletti l-aħħar verżjoni tal-lista tal-kandidati.
Id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu pprovduti wkoll direttament lill-korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-applikant.
2.1(b) Restrizzjonijiet fuq il-preżenza ta’ sustanzi speċifiċi
Is-sustanzi perikolużi speċifikati fit-Tabella 3 ma għandhomx jiżdiedu jew jiġu ffurmati intenzjonalment fis-subassemblaġġi u fil-parts komponenti speċifikati fil-limiti ta’ konċentrazzjoni stipulati jew f’konċentrazzjonijiet ogħla.
Tabella 3
Restrizzjonijiet fuq is-sustanzi li għandhom japplikaw għas-subassemblaġġi u għall-parts komponenti
|
Grupp ta’ sustanzi |
L-ambitu tar-restrizzjoni (sustanzi u subassemblaġġi/parts komponenti) |
Limiti ta’ konċentrazzjoni (fejn applikabbli) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-eżenzjoni 8b f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) relatata mal-użu tal-kadmju f’kuntatti elettriċi ma għandhiex tkun permessa. |
0,01 % w/w Metodu ta’ ttestjar: IEC 62321-5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-komposti tal-istabbilizzatur tal-organotin li ġejjin, ikklassifikati taħt il-perikli tal-Grupp 1 u 2, ma għandhomx ikunu preżenti fil-kejbils esterni:
|
mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-housing estern tal-unità tal-wiri ma għandux ikun fih il-koloranti li ġejjin: Iż-żebgħat ażo li jistgħu jinferqu fl-ammini aril karċinoġeniċi elenkati fl-Appendiċi 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u/jew il-komposti koloranti inklużi fil-lista tas-sustanzi dikjarabbli IEC 62474. |
mhux applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi (PAHs) ikklassifikati taħt il-perikli tal-Gruppi 1 u 2 ma għandhomx ikunu preżenti f’konċentrazzjonijiet daqs jew aktar mil-limiti individwali tal-konċentrazzjoni u mill-għadd totali tal-limiti tal-konċentrazzjoni f’kull faċċata esterna tal-uċuħ tal-plastik jew tal-lastiku magħmulin mill-bniedem ta’: Kejbils esterni Housing estern tar-remote control Parts tal-lastiku tar-remote control Il-preżenza u l-konċentrazzjoni tal-PAHs li ġejjin għandhom jiġu vverifikati: Il-PAHs ristretti mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006:
PAHs addizzjonali soġġetti għal restrizzjoni:
|
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni individwali għall-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom ikunu ta’ 1 mg/kg Il-limitu totali tal-konċentrazzjoni għat-18-il PAHs elenkati ma għandux ikun akbar minn 10 mg/kg Metodu ta’ ttestjar: AfPS GS 2014:01 PAK. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-prodotti bijoċidali maħsuba biex jipprovdu funzjoni antibatterika ma għandhomx jiġu inkorporati fil-Housing estern u fil-parts tal-lastiku tar-remote control. |
mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-eżenzjoni 3 f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE relatata mal-użu tal-merkurju fil-bozoz fluworexxenti bil-katodu kiesaħ u fil-bozoz fluworexxenti bl-elettrodi esterni (CCFL u EEFL) ma għandhiex tkun permessa. |
mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-arseniku u l-komposti tiegħu ma għandhomx jintużaw fil-manifattura tal-ħġieġ tal-unità tal-wiri LCD u tal-ħġieġ li jgħatti l-iskrin. |
0,0050 % w/w |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-parts tal-plastik >25g ma għandux ikun fihom polimeri klorinati. Nota: Għal dan is-subrekwiżit speċifiku, il-housing tal-kejbils tal-plastik mhuwiex ikkunsidrat bħala “part tal-plastik”. |
mhux applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-ftalat tad-diisononil (DINP), il-ftalat tad-diisodeċil (DIDP) ma għandhomx jintużaw fil-kejbils tal-elettriku esterni. |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet tal-konformità u rapporti ta’ testijiet f’konformità mar-rekwiżiti fit-Tabella 3. Ir-rapporti tat-testijiet, fejn meħtieġ, għandhom ikunu validi fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-mudell tal-produzzjoni rilevanti u għall-fornituri assoċjati kollha. Fejn is-subassemblaġġi jew il-parts komponenti bl-istess speċifikazzjonijiet tekniċi joriġinaw minn għadd ta’ fornituri differenti, għandhom jitwettqu testijiet fejn applikabbli fuq parts minn kull fornitur. Id-dikjarazzjonijiet/ir-rapporti tat-testijiet jistgħu jiġu pprovduti wkoll direttament lill-korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-applikant.
2.1(c) Restrizzjonijiet fuq sustanzi kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008
Ir-ritardanti tal-fjammi u l-plastifikanti li huma assenjati kwalunkwe waħda mill-klassijiet tal-periklu, il-kategoriji tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu assoċjati elenkati fit-Tabella 1; f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ma għandhomx jiżdiedu intenzjonalment mas-subassemblaġġi u mal-parts komponenti definiti fit-Tabella 4 fil-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,10 % jew ogħla (piż skont il-piż).
Tabella 4
Subassemblaġġi u parts komponenti li għalihom għandu japplika l-Kriterju 2.1(c)
|
Parts li fihom ritardanti tal-fjammi |
||||||
|
||||||
|
Parts li fihom il-plastifikanti |
||||||
|
Derogi għall-użu ta’ ritardanti tal-fjammi u plastifikanti perikolużi
L-użu ta’ ritardanti tal-fjammi u plastifikanti li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fi kwalunkwe klassi tal-periklu, kategorija tal-periklu u kodiċi tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu assoċjat elenkati fit-Tabella 1 huwa derogat mir-rekwiżiti tal-Kriterju 2.1(c) diment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Tabella 5.
Tabella 5
Derogi għar-restrizzjonijiet fuq sustanzi kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008u l-kundizzjonijiet applikabbli
|
Tip ta’ sustanza/taħlita |
Applikabbiltà |
Il-klassi tal-periklu, il-kategorija tal-periklu u l-kodiċi tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu derogati u l-kundizzjonijiet għad-deroga |
|
Ritardanti tal-fjammi |
Bords ta’ Ċirkwiti Stampati |
Ir-ritardanti tal-fjammi kklassifikati taħt il-perikli tal-Grupp 3 u t-TBBPA (ikklassifikati mal-Grupp 2) huma derogati għall-użu. |
|
Kejbils esterni |
Ir-ritardant tal-fjammi u s-sinerġista tiegħu kklassifikat taħt il-periklu tal-Grupp 3 u t-triossidu tal-antimonju (Sb2O3) ikklassifikat taħt il-perikli tal-Grupp 2 huma derogati għall-użu. |
|
|
Housing estern tal-unità tal-wiri |
Ir-ritardanti tal-fjammi u s-sinerġisti tagħhom ikklassifikati taħt il-perikli ta’ Grupp 2 u 3 huma derogati għall-użu. |
|
|
Plastifikanti |
Kejbils esterni, wiring elettriku intern u housing estern tal-unità tal-wiri |
Il-plastifikanti kklassifikati taħt il-perikli tal-Grupp 3 huma derogati għall-użu. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-Kriterju 2.1(c). Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata mil-lista tar-ritardanti tal-fjammi, tal-plastifikanti u tal-addittivi tal-metall u tal-kisjiet użati fis-subassemblaġġi u l-parts komponenti elenkati fit-Tabella 4 flimkien mal-SDS li jappoġġjaw il-klassifikazzjoni tal-periklu jew in-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tagħhom.
Għas-sustanzi derogati u t-taħlitiet elenkati fit-Tabella 5, l-applikant għandu jipprovdi prova li l-kundizzjonijiet kollha tad-deroga huma ssodisfati. Meta jkunu meħtieġa rapporti tat-testijiet, dawn għandhom ikunu validi fiż-żmien tal-applikazzjoni għal mudell ta’ produzzjoni.
Id-dikjarazzjonijiet/ir-rapporti tat-testijiet jistgħu jiġu pprovduti wkoll direttament lill-korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-applikant.
2.2 Attivitajiet li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (GHG) fil-katina tal-provvista
L-applikant għandu jiġbor l-informazzjoni li ġejja mingħand il-fornituri tal-unitajiet tal-wiri LCD tagħhom li permezz tagħha għandhom juru l-attivitajiet tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG mill-proċess ta’ produzzjoni, inkluża l-prestazzjoni tas-sistemi ta’ tnaqqis li jkunu installaw:
|
(a) |
L-ispeċifikazzjoni ta’ liema mill-gassijiet b’effett ta’ serra fluworinati (F-GHGs) ikunu qegħdin jintużaw u liema qegħdin jitnaqqsu; |
|
(b) |
L-intensità annwali tal-emissjonijiet ta’ F-GHGs (f’kg CO2eq għal kull m2 ta’ unitajiet tal-wiri b’pannelli ċatti (arranġament bil-ħġieġ) prodotti) fis-siti kollha tal-manifattura għall-aktar sena reċenti; |
|
(c) |
Indikazzjoni tal-qerda jew tal-effiċjenzi tat-tneħħija (DREs) ta’ sistemi ta’ tnaqqis installati għal kull wieħed mill-F-GHGs li jintużaw. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ li jkun fiha l-informazzjoni ta’ hawn fuq mingħand il-fornituri tal-unità tal-wiri tagħhom lill-korp kompetenti. Id-dokumentazzjoni tista’ tiġi pprovduta wkoll direttament lill-korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-applikant.
Kriterju 3—Possibbiltà ta’ tiswija u garanzija kummerċjali
|
(a) |
Disinn għat-tiswija:
|
|
(b) |
Manwal tat-tiswija: l-applikant għandu jipprovdi struzzjonijiet ċari dwar iż-żarmar u t-tiswija (eż., kopja stampata jew elettronika, video) u jagħmilhom disponibbli pubblikament mingħajr ebda kost addizzjonali, biex ikun jista’ jkun hemm żarmar mhux distruttiv ta’ prodotti bl-għan li jiġu sostitwiti komponenti jew parts ewlenin għal aġġornamenti jew tiswijiet; |
|
(c) |
Servizz ta’ tiswija / Informazzjoni: l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fl-istruzzjonijiet għall-utent jew fis-sit web tal-manifattur biex l-utent ikun jaf fejn għandu jmur biex jikseb tiswijiet u servisjar professjonali tal-unità tal-wiri elettronika, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt kif xieraq u l-prezz rakkomandat tal-ispare parts mill-manifattur. Matul il-perjodu ta’ garanzija msemmi f’(e) dan jista’ jkun limitat għall-fornituri ta’ servizzi awtorizzati tal-applikant; |
|
(d) |
Disponibbiltà tal-ispare parts: l-applikant għandu jiżgura li l-ispare parts oriġinali jew kompatibbli b’mod retroattiv (dawk imsemmija f’(a) (i) u dawk inklużi fl-Anness II (D. Rekwiżiti tal-effiċjenza tal-materjali. Il-Punt 5 (a) Disponibbiltà tal-partijiet ta’ rikambju) tar-Regolament (UE) 2019/2021, bħala minimu) ikunu disponibbli għall-pubbliku għal mill-inqas tmien snin wara t-tmiem tal-produzzjoni tal-mudell; |
|
(e) |
Garanzija kummerċjali: mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali tal-bejjiegħ skont il-liġi nazzjonali dwar il-garanziji legali u kummerċjali, l-applikant ma għandu jipprovdi bl-ebda kost addizzjonali garanzija kummerċjali minima ta’ tliet snin matul liema żmien għandu jiżgura li l-prodotti jkunu konformi mal-kuntratt tal-bejgħ. Din il-garanzija għandha tinkludi ftehim ta’ servizz bi ġbir u radd lura għal każijiet fejn it-tiswija ma tkunx saret fuq il-post; |
|
(f) |
L-informazzjoni dwar it-tiswija, l-ispare parts u l-garanzija kummerċjali għandha tiġi pprovduta f’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà meta tintalab, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà fid-Direttiva (UE) 2019/882. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dawn ir-rekwiżiti lill-korp kompetenti. Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi:
|
(a) |
Dijagramma kompożita li turi kif il-parts tal-casing, ix-xażi u l-assemblaġġi elettriċi/elettroniċi jiġu mmuntati fil-prodott; |
|
(b) |
Kopja tal-garanzija kummerċjali; |
|
(c) |
Kopja tal-manwal tat-tiswija; |
|
(d) |
Kopja tal-istruzzjonijiet għall-utent; |
|
(e) |
Lista pubblika ta’ negozjanti awtorizzati tal-ispare parts. |
Kriterju 4— Ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja
4.1 Għażla tal-materjal u informazzjoni biex tittejjeb ir-riċiklabbiltà
|
(a) |
Riċiklabbiltà tal-plastik:
|
|
(b) |
Informazzjoni biex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ:
|
|
(c) |
Kontenut irriċiklat: Il-prodott għandu jkun fih bħala medja minimu ta’ 10 % ta’ plastik riċiklat fil-fażi ta’ wara l-konsumatur, imkejjel bħala perċentwal tal-plastik totali (skont il-piż) fil-prodott li jeskludi l-Bords ta’ Wiring Stampati. Fejn il-kontenut riċiklat ikun ogħla minn 25 %, fil-kaxxa tat-test li takkumpanja l-Ekotikketta tista’ ssir dikjarazzjoni (ara l-Kriterju 6.2). Il-prodotti b’casing tal-metall huma eżentati minn dan is-subkriterju. |
Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi dijagramma kompożita tal-unità tal-wiri elettronika f’format bil-miktub jew awdjo-viżiv. Din għandha tidentifika l-parts tal-plastik akbar minn 25 gramma skont il-piż tagħhom, il-kompożizzjoni tal-polimeri tagħhom, u l-marki tagħhom tal-ISO 11469 u 1043. Id-dimensjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-immarkar għandhom jintwerew u, fejn japplikaw l-eżenzjonijiet, għandhom jingħataw ġustifikazzjonijiet tekniċi.
L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti għaż-żarmar u l-irkupru disponibbli għall-operaturi professjonisti u s-sit web fejn tinsab.
L-applikant għandu jivverifika r-riċiklabbiltà billi jipprovdi evidenza li l-plastik, kemm individwalment kif ukoll ikkombinat, ma għandux impatt fuq il-karatteristiki tekniċi tal-plastik riċiklati li jirriżulta b’tali mod li ma jistax jerġa’ jintuża fi prodotti elettroniċi. Dan jista’ jinkludi:
|
— |
Dikjarazzjoni minn riċiklatur tal-plastik bl-esperjenza jew operatur ta’ trattament awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
|
— |
Ir-riżultati tat-testijiet minn laboratorju indipendenti jew minn riċiklatur tal-plastik bl-esperjenza; |
|
— |
Il-letteratura teknika rieżaminata bejn il-pari u l-industrija applikabbli għall-Ewropa. |
L-applikant għandu jipprovdi verifika minn parti terza u traċċabilità għall-kontenut riċiklat wara l-konsum. Jista’ jintuża ċertifikat tar-riċiklaturi skont l-iskema ta’ ċertifikazzjoni EuCertPlast jew ekwivalenti biex jappoġġa l-verifika.
4.2 Disinn għaż-żarmar u r-riċiklaġġ
|
(a) |
Għall-parts fil-mira li ġejjin, kif rilevanti għall-prodott, għandu jsir żarmar manwali minn persuna waħda (jiġifieri mhux aktar minn konnessjoni snap-on waħda għandha tinħall fl-istess ħin) bl-użu ta’ għodod disponibbli kummerċjalment użati b’mod wiesa’ (jiġifieri tnalji, tornaviti, cutters u mrietel kif definit fl-ISO 5742, ISO 1174, ISO 15601):
|
|
(b) |
Mill-inqas wieħed mill-komponenti fakultattivi li ġejjin (jekk applikabbli) għandu jkun possibbli wkoll li jiġi żarmat manwalment bl-użu ta’ għodod komuni disponibbli kummerċjalment:
|
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi:
Rapport tat-test li jagħti dettalji dwar is-sekwenza taż-żarmar, inkluż deskrizzjoni dettaljata tal-passi, l-għodod u l-proċeduri speċifiċi taż-żarmar, għall-komponenti elenkati f’(a) u għall-komponenti fakultattivi magħżula minn (b).
Kriterju 5 — Responsabbiltà soċjali korporattiva
5.1 Kundizzjonijiet tax-xogħol matul il-manifattura
Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Patt Globali tan-NU (il-Pilastru 2), il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, l-applikant għandu jikseb verifika minn parti terza appoġġata minn awditi fuq il-post li l-prinċipji applikabbli inklużi fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u d-dispożizzjonijiet supplimentari ta’ hawn taħt identifikati ġew rispettati fl-impjant(i) tal-immuntar finali għall-prodott.
Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:
|
a) |
It-Tħaddim tat-Tfal:
|
|
b) |
Ix-Xogħol Furzat u Obbligatorju:
|
|
c) |
Il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u d-Dritt ta’ Negozjar Kollettiv:
|
|
d) |
Diskriminazzjoni:
|
Dispożizzjonijiet supplimentari:
|
a) |
Ħinijiet tax-xogħol:
|
|
b) |
Remunerazzjoni:
|
|
c) |
Saħħa u Sigurtà:
|
F’postijiet fejn id-dritt għal-libertà tal-assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv huwa ristrett bil-liġi, il-kumpanija mhux ser tirrestrinġi lill-ħaddiema milli jiżviluppaw mekkaniżmi alternattivi biex jesprimu l-ilmenti tagħhom u jipproteġu d-drittijiet tagħhom rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg, u għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-impjegati li magħhom tista’ tidħol fi djalogu dwar kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
Il-proċess tal-awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati ta’ organizzazzjonijiet indipendenti tal-industrija esterni f’oqsma lokali madwar is-siti, inklużi trade unions, organizzazzjonijiet tal-komunità, NGOs u esperti tax-xogħol. Għandhom isiru konsultazzjonijiet sinifikanti ma’ mill-inqas żewġ partijiet ikkonċernati minn żewġ subgruppi differenti.
Matul il-perjodu ta’ validità tal-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jippubblika r-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditi (inkluż dettalji dwar (a) kemm hemm u kemm huma serji l-vjolazzjonijiet ta’ kull dritt tax-xogħol u tal-istandard tal-OHS; (b) strateġija għar-rimedju – fejn ir-rimedju jinkludi l-prevenzjoni għal kull kunċett tal-UNGP; (c) il-valutazzjoni tal-kawżi ewlenin tal-vjolazzjonijiet persistenti li jirriżultaw mill-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati – min ġie kkonsultat, liema kwistjonijiet tqajmu, kif dan influwenza l-pjan ta’ azzjoni korrettiva), online sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-prestazzjoni tagħhom lill-konsumaturi interessati.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant juri l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti billi jipprovdi kopja tal-verżjoni l-aktar reċenti tal-kodiċi ta’ kondotta tagħhom li trid tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifikati hawn fuq u mar-rapporti ta’ awditu ta’ appoġġ għal kull impjant finali tal-assemblaġġ tal-prodott għall-mudell(i) li jrid(u) jiġi(u) ekotikkettat(i) flimkien ma’ link fuq l-internet għal fejn tista’ tinstab il-pubblikazzjoni tar-riżultati u s-sejbiet online.
L-awditi fuq il-post minn partijiet terzi għandhom jitwettqu minn awdituri kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-siti tal-manifattura industrijali mal-istandards soċjali jew mal-kodiċijiet ta’ kondotta jew, f’pajjiżi fejn il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-ispezzjoni tax-xogħol, 1947 (Nru 81) ġiet ratifikata u s-superviżjoni tal-ILO tindika li s-sistema nazzjonali ta’ spezzjoni tax-xogħol hija effettiva u l-ambitu tas-sistema ta’ spezzjoni jkopri l-oqsma elenkati hawn fuq (11) , minn spettur(i) tax-xogħol maħtur(a) minn awtorità pubblika.
Ċertifikazzjonijiet validi minn skemi ta’ partijiet terzi jew proċessi ta’ spezzjoni li, flimkien jew parzjalment, jawditjaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO elenkati u d-dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ħinijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjoni u s-saħħa u sikurezza u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni, għandhom jiġu aċċettati. Dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ma għandux ikollhom aktar minn 12-il xahar.
5.2 Akkwist ta’ “minerali mingħajr kunflitt”
L-applikant għandu jappoġġa l-akkwist responsabbli tal-landa, it-tantalju, it-tungstenu u l-minerali mhux maħduma tagħhom u deheb minn żoni affettwati minn kunflitti u minn żoni ta’ riskju kbir billi:
|
(i) |
jimxi b’diliġenza dovuta skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli; u |
|
(ii) |
jippromwovi produzzjoni u kummerċ responsabbli tal-minerali f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni b’riskju għoli għall-minerali identifikati li jintużaw fil-komponenti tal-prodott f’konformità mal-Gwida tal-OECD. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti flimkien mal-informazzjoni ta’ prova li ġejja:
|
— |
rapport li jiddeskrivi l-attivitajiet ta’ diliġenza dovuta tagħhom tul il-katina tal-provvista għall-erba’ minerali identifikati. Dokumenti ta’ prova bħal ċertifikazzjonijiet ta’ konformità maħruġa mill-iskema tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu aċċettati wkoll. |
|
— |
Identifikazzjoni ta’ komponent(i) li fihom il-minerali identifikati, u l-fornitur(i) tagħhom, kif ukoll is-sistema tal-katina tal-provvista jew il-proġett użat għal akkwist responsabbli. |
Kriterju 6 — Kriterji ta’ informazzjoni
6.1 Informazzjoni għall-utenti
Il-prodott għandu jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għall-utent, li tipprovdi pariri dwar l-użu u r-rimi ambjentali xieraq tal-prodott.
L-imballaġġ u/jew id-dokumentazzjoni li jakkumpanjaw il-prodott għandhom jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt (telefown u/jew posta elettronika) u referenza għall-informazzjoni online għall-konsumaturi li jkollhom mistoqsijiet jew li jkunu jeħtieġu parir speċifiku dwar l-użu jew ir-rimi tal-unità tal-wiri elettronika. Bħala minimu, l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja (fejn applikabbli):
|
(a) |
Konsum tal-enerġija: Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/2013. Id-domanda massima għall-enerġija f’kull modalità operattiva. Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet dwar kif tintuża l-modalità tal-iffrankar tal-enerġija tat-tagħmir u informazzjoni li l-effiċjenza enerġetika tnaqqas il-konsum tal-enerġija u b’hekk tiffranka l-flus billi tnaqqas il-kontijiet tal-elettriku; |
|
(b) |
L-indikazzjonijiet li ġejjin dwar kif jitnaqqas il-konsum tal-enerġija:
|
|
(c) |
Il-konnettività tan-netwerk: Informazzjoni dwar kif jiġu diżattivati l-funzjonijiet tan-netwerking; |
|
(d) |
Il-pożizzjoni tal-iswiċċ li jitfi kompletament; |
|
(e) |
Informazzjoni li l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodott tnaqqas l-impatti ambjentali ġenerali; |
|
(f) |
L-indikazzjonijiet li ġejjin dwar kif ittawwal il-ħajja tal-prodott:
|
|
(g) |
Struzzjonijiet dwar tmiem il-ħajja għar-rimi xieraq tal-prodott f’faċilitajiet għall-iskart goff jew permezz ta’ skemi ta’ teħid lura mill-bejjiegħa skont kif ikun applikabbli, li għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
(h) |
Informazzjoni li l-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE bi spjegazzjoni qasira dwar xi jfisser dan flimkien ma’ indikazzjoni li aktar informazzjoni dwar l-Ekotikketta tista’ tinstab fuq is-sit web http://www.ecolabel.eu; |
|
(i) |
Kwalunkwe verżjoni stampata tal-istruzzjonijiet/tal-manwal(i) tat-tiswija għandu jkun fiha kontenut irriċiklat u ma għandux ikun fiha karta bbliċjata bil-kloru. Sabiex jiġu ffrankati r-riżorsi, għandhom jiġu ppreferuti l-verżjonijiet online. |
Valutazzjoni u verifika: L-applikanti għandhom jiddikjaraw il-konformità tal-prodott ma’ dawn ir-rekwiżiti lill-korp kompetenti u għandhom jipprovdu link għall-verżjoni online jew kopja tal-istruzzjonijiet għall-utent / manwal tat-tiswija lill-korp kompetenti.
6.2 Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha tlieta mit-testi li ġejjin:
|
(a) |
effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija; |
|
(b) |
restrizzjoni ta’ sustanzi perikolużi; |
|
(c) |
iddisinjata biex tkun faċli li tissewwa u tiġi rriċiklata; |
|
(d) |
fiha xy % plastik riċiklat fil-fażi ta’ wara l-konsumatur (meta jkun hemm aktar minn 25 % biss bħala perċentwal tal-plastik totali). |
L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża sew il-logo tal-Ekotikketta tal-UE pprovdut fil-Linji Gwida tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata b’immaġni/disinn b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ tal-prodott li turi b’mod ċar it-tikketta, in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, fejn rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.
(1) Iż-żewġ klassijiet tal-enerġija ewlenin iridu jiġbru mill-inqas 25 mudell irreġistrat li jridu jiġu kkunsidrati għal riżoluzzjoni u tip ta’ wiri speċifiċi (televiżjonijiet, monitors u wiri tas-sinjalar). Fil-każ li ma jintlaħaqx il-minimu ta’ 25 mudell irreġistrat għal ċertu riżoluzzjoni u tip ta’ wiri, iż-żewġ klassijiet tal-enerġija ewlenin li għandhom mudelli rreġistrati (indipendentement mill-għadd ta’ mudelli rreġistrati) japplikaw għal din ir-riżoluzzjoni u t-tip ta’ wiri speċifiċi.
(2) https://ec.europa.eu/info/energy-climate-change-environment/standards-tools-and-labels/products-labelling-rules-and-requirements/energy-label-and-ecodesign/product-database_en
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.07.2017, p. 1)
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(6) Il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), IEC 62474: “Material declaration for products of and for the electrotechnical industry, http://std.iec.ch/iec62474
(7) ECHA, Candidate List of substances of very high concern for Authorisation, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table
(8) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(9) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(10) Social Accountability International, Social Accountability 8000 International Standard, http://www.sa-intl.org
(11) Ara ILO NORMLEX (http://www.ilo.org/dyn/normlex/en) u l-gwida ta’ sostenn fil-manwal tal-utent.