|
1.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 402/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1791
tas-16 ta’ Novembru 2020
li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE (2) awtorizzat lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion, u mibjugħ fi Franza kontinentali, li tista’ tkun aktar baxxa mir-rata minima tad-dazju tas-sisa stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE (3) iżda mhux aktar minn 50 % anqas mir-rata tad-dazju tas-sisa standard nazzjonali fuq l-alkoħol. It-tnaqqis tad-dazju tas-sisa huwa limitat għal kwota annwali ta’ 144 000 ettolitru ta’ alkoħol pur. Dik l-awtorizzazzjoni tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2019, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li testendi l-perjodu tal-awtorizzazzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE, bi kwota ogħla għal perjodu ta’ seba’ snin, mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(3) |
Minħabba l-iskala żgħira tas-suq lokali, id-distilleriji fl-erba’ reġjuni ultraperiferiċi koperti minn dik l-awtorizzazzjoni jistgħu jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom biss jekk ikollhom aċċess suffiċjenti għas-suq fi Franza kontinentali, li huwa s-suq ewlieni għar-rum tagħhom (65 % tar-rum). Id-diffikultà li għandu r-rum “tradizzjonali” biex jikkompeti fis-suq tal-Unjoni hija kkaġunata minn żewġ parametri: kostijiet ogħla ta’ produzzjoni u taxxi ogħla għal kull flixkun peress li r-rum “tradizzjonali” jiġi tipikament ikkummerċjalizzat b’livelli ogħla ta’ saħħa alkoħolika u fi fliexken akbar. |
|
(4) |
Il-kostijiet ta’ produzzjoni tal-katina tal-valur tal-kannamieli-zokkor-rum fl-erba’ reġjuni ultraperiferiċi huma ogħla milli f’reġjuni oħra tad-dinja. B’mod partikolari, il-periferiċità, it-topografija u l-klima diffiċli ta’ dawk l-erba’ reġjuni ultraperiferiċi għandhom impatt konsiderevoli fuq il-kost tal-ingredjenti u tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-kostijiet lavorattivi huwa ħafna ogħla minn dawk f’pajjiżi ġirien peress li l-leġiżlazzjoni soċjali Franċiża hija applikabbli f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion. Dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi huma soġġetti wkoll għal standards ambjentali u ta’ sikurezza tal-Unjoni, li jinvolvu investimenti konsiderevoli u kostijiet li mhumiex marbuta direttament mal-produttività, minkejja li parti minn dawk l-investimenti hija kofinanzjata mill-fondi strutturali tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-distilleriji f’dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi huma iżgħar mid-distilleriji ta’ gruppi internazzjonali. Dan jiġġenera kostijiet ta’ produzzjoni ogħla għal kull unità ta’ produzzjoni. |
|
(5) |
Ir-rum “tradizzjonali” mibjugħ fi Franza kontinentali huwa tipikament ikkummerċjalizzat fi fliexken akbar (36 % tar-rum jinbiegħ fi fliexken li jesgħu litru) u b’livelli ogħla ta’ alkoħol (li jvarjaw minn 40° sa 59°) minn prodotti tal-kompetituri bbażati fuq ir-rum, li huma tipikament ikkummerċjalizzati fi fliexken ta’ 0,7 litru b’37,5°. Il-livelli ogħla tal-kontenut tal-alkoħol min-naħa tagħhom iwasslu għal dazji tas-sisa ogħla, “cotisation sur les boissons alcooliques” (magħruf ukoll bħala “vignette sécurité sociale”) (VSS) ogħla u, barra minn hekk, taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ogħla għal kull litru ta’ rum mibjugħ. Għaldaqstant, ir-rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa, li mhix aktar minn 50 % anqas mid-dazju tas-sisa standard nazzjonali fuq l-alkoħol, għadha proporzjonata mal-kostijiet addizzjonali kumulattivi li ġejjin mill-kostijiet ogħla ta’ produzzjoni kif ukoll mid-dazju tas-sisa, mill-VSS u mill-VAT ogħla. |
|
(6) |
Għaldaqstant, għandhom jitqiesu l-kostijiet żejda li jitnisslu mill-prattika ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ għaxar snin ta’ bejgħ tar-rum “tradizzjonali” b’livelli ogħla ta’ alkoħol u li, għalhekk, iwasslu għal taxxi ogħla. |
|
(7) |
Biex il-vantaġġ fiskali li jkopri kemm id-dazji tas-sisa armonizzati u l-VSS jiġi awtorizzat, dan jeħtieġ li jibqa’ proporzjonat biex ma jdgħajjifx l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inkluż is-salvagwardja ta’ kompetizzjoni mhux imxekkla fis-suq intern u fil-politiki ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(8) |
Sal-lum, il-vantaġġ fiskali ma kellux impatt fuq is-suq intern peress li s-sehem mis-suq tar-rum ‘tradizzjonali’ naqas bi 11 % f’dawn l-aħħar snin, minħabba l-konsum dejjem akbar ta’ xorb alkoħoliku bbażat fuq ir-rum. |
|
(9) |
Sabiex jiġi evitat li jkun hemm trażżin qawwi tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u biex tiġi ggarantita l-kontinwazzjoni tal-industrija tal-kannamieli-zokkor-rum u l-impjiegi li din l-industrija tipprovdi fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, jeħtieġ li l-kwota annwali tal-awtorizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE tiżdied u tiġi aġġornata. |
|
(10) |
Sabiex jiġi ggarantit li din id-Deċiżjoni ma ddgħajjifx is-suq intern, il-kwantitajiet massimi ta’ rum, li joriġinaw mid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej eliġibbli għall-miżura, għandhom jiġu ffissati għal 153 000 ettolitru ta’ alkoħol pur kull sena. |
|
(11) |
Peress li l-benefiċċju fiskali huwa limitat għal dak li huwa neċessarju biex ipatti għall-kostijiet addizzjonali, u peress li l-volumi kkonċernati huma żgħar u l-benefiċċju fiskali huwa limitat għall-konsum fi Franza kontinentali, il-miżura ma ddgħajjifx l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni. |
|
(12) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni għadhomx jiġu ssodisfati, jenħtieġ li Franza tressaq rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2025. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 110 TFUE, Franza hija awtorizzata testendi l-applikazzjoni fuq Franza kontinentali, għar-rum “tradizzjonali” prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique jew f’Réunion, ta’ rata tad-dazju tas-sisa anqas mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE u ta’ rata ta’ imposta imsejħa “cotisation sur les boissons alcooliques” (VSS) anqas mir-rata sħiħa applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 2
Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandha tapplika għar-rum kif iddefinit fil-punt 1(f) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sal-24 ta’ Mejju 2021 u għar-rum kif iddefinit fil-punt 1(g)(i) tal-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) mill-25 ta’ Mejju 2021, li jiġi prodott f’Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique u f’Réunion mill-kannamiela miġbura fil-post tal-manifattura, li jkollha kontenut ta’ sustanzi volatili għajr l-etanol u l-metanol li jkun ugwali għal 225 gramma jew li jaqbiżhom għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur u qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 40° jew aktar.
Artikolu 3
1. Ir-rati mnaqqsa tad-dazju tas-sisa u tal-VSS imsemmija fl-Artikolu 1 u applikabbli għar-rum imsemmi fl-Artikolu 2 għandhom ikunu limitati għal kwota annwali ta’ 153 000 ettolitru ta’ alkoħol pur.
2. Ir-rati mnaqqsa tad-dazju tas-sisa u tal-VSS imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkunu anqas mir-rata minima tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol stabbilita bid-Direttiva 92/84/KEE, iżda ma għandhomx ikunu aktar minn 50 % anqas mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE jew mir-rata sħiħa fuq l-alkoħol għall-VSS.
3. Il-vantaġġ fiskali kumulattiv awtorizzat f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikun aktar minn 50 % tar-rata sħiħa fuq l-alkoħol stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE.
Artikolu 4
Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025, Franza għandha tressaq rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 1 għadhomx jiġu ssodisfati. Ir-rapport ta’ monitoraġġ għandu jkun fih it-tagħrif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Opinjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE tal-20 ta’ Frar 2014 li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta’ ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/659/KE(ĠU L 59, 28.2.2014, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS
It-tagħrif li jrid jiddaħħal fir-rapport ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 4
1.
Kostijiet addizzjonali stmati. It-tagħrif għandu jingħata għal kull tip ta’ rum (“rhum agricole” u “rhum sucrerie”) li jibbenefikaw minn rata mnaqqsa tat-taxxi indiretti rilevanti. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 1 tal-inqas bit-tagħrif li ġej, fejn tagħrif bħal dan ikun disponibbli. It-tagħrif mogħti fit-Tabella 1 għandu jkun biżżejjed biex jiġi vvalutat il-kost addizzjonali li jħabbtu wiċċhom miegħu l-produtturi fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.Tabella 1
|
|
Guadeloupe (EUR) |
Il-Guyana Franċiża (EUR) |
Martinique (EUR) |
Réunion (EUR) |
Noti (3) |
||||||
|
Prezz tal-kannamiela (għal kull 100 kg) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Prezz tal-melassa (għal kull 100 kg) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Kost tal-merkanzija (għal kull kg) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Forza tax-xogħol (għal kull hlpa) (1) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Inputs oħra (għal kull hpla) (1) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Kostijiet tad-deprezzament |
|
|
|
|
|
||||||
|
Kostijiet tal-konformità |
|
|
|
|
|
||||||
|
Kostijiet oħra (2) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Noti mat-Tabella 1:
|
|||||||||||
2.
Sussidji oħra. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 2, jelenkaw il-miżuri l-oħra kollha ta’ għajnuna u ta’ appoġġ li jindirizzaw il-kostijiet operatorji addizzjonali tal-operaturi ekonomiċi marbuta mal-istatus tar-reġjuni ultraperifiċi.Tabella 2
|
Miżura ta’ għajnuna/appoġġ(1) |
Perjodu(2) |
Setturi fil-mira(3) |
Ammont tal-baġit f’EUR(4) |
Nefqa annwali, f’EUR (2019-2024)(5) |
Sehem tal-baġit attribwit għall-kumpens tal-kostijiet addizzjonali(6) |
Stima tan-numru ta’ ditti benefiċjarji(7) |
Noti(8) |
||||||||||||||||
|
[lista] |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
Noti mat-Tabella 2:
|
|||||||||||||||||||||||
3.
Impatt fuq il-baġit pubbliku. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 3 u jipprovdu l-ammont totali stmat (f’EUR) tat-taxxa mhux miġbura minħabba d-differenzjali tat-taxxa applikati.Tabella 3
|
|
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
|
Dħul mit-taxxa mitluf |
|
|
|
|
|
|
4.
Impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika globali. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 4 u jipprovdu kwalunkwe data li turi l-impatt tar-rata mnaqqsa tat-taxxi indiretti rilevanti fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi. L-indikaturi mitluba fit-Tabella jirreferu għall-prestazzjoni tas-settur tar-rum meta mqabbel mal-prestazzjoni ġenerali fl-ekonomija reġjonali. Jekk uħud mill-indikaturi ma jkunux disponibbli, għandha tiddaħħal data alternattiva ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni ekonomika globali tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.Tabella 4
|
Sena(1) |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
Noti(2) |
||||
|
Valur miżjud gross reġjonali |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Fis-settur tar-rum |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Fis-settur tal-kannamieli-zokkor-rum |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Impjieg fid-distilleriji lokali |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Impjieg fis-settur tal-kannamieli-zokkor-rum |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Rata tal-qgħad |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Għadd ta’ intrapriżi attivi |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Għadd ta’ produtturi tar-rum (inklużi l-SMEs) |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Żona ta’ kultivazzjoni tal-kannamiela (ha) |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - Franza kontinentali |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - reġjuni |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Għadd ta’ turisti - reġjuni |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Għadd ta’ turisti- distilleriji |
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Noti mat-Tabella 4:
|
|||||||||||
5.
Speċifikazzjonijiet tar-reġim. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 5 għal kull tip ta’ rum (“rhum agricole” u “rhum sucrerie”) u għal kull reġjun (Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique u Réunion). Jekk uħud mill-indikaturi ma jkunux disponibbli, għandha tiddaħħal data alternattiva ta’ rappurtar dwar l-ispeċifikazzjonijiet tar-reġim.Tabella 5
|
Kwantità (f’hlpa(1)) |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
||
|
Produzzjoni tar-rum |
|
|
|
|
|
|
||
|
Produzzjoni tar-rum tradizzjonali |
|
|
|
|
|
|
||
|
Bejgħ lokali tar-rum |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rum mibgħut lejn Franza kontinentali |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rum tradizzjonali mibgħut lejn Franza kontinentali |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rum tradizzjonali mibgħut bid-deroga |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rum mibgħut lejn Stati Membri oħra |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rum esportat lejn pajjiżi terzi |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rum bħala perċentwal tal-volum totali tal-esportazzjonijiet supplimentari tar-reġjuni ultraperifiċi (%) |
|
|
|
|
|
|
||
|
Sehem mir-rum tradizzjonali Franċiż fis-suq tar-rum ta’ Franza kontinentali (%) |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rata ta’ tkabbir tas-suq tar-rum ta’ Franza kontinentali (%) |
|
|
|
|
|
|
||
|
Rata ta’ tkabbir tal-ispirti ta’ Franza kontinentali (%) |
|
|
|
|
|
|
||
|
Nota mat-Tabella 5:
|
||||||||
6.
Irregolaritajiet. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jipprovdu tagħrif dwar kwalunkwe investigazzjoni dwar irregolaritajiet amministrattivi, dwar evażjoni mit-taxxi indiretti rilevanti, u dwar kuntrabandu tal-prodotti alkoħoliċi kkonċernati fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni. Dawn għandhom jipprovdu tagħrif dettaljat, inkluż tal-inqas tagħrif dwar in-natura tal-każ, il-valur u l-perjodu ta’ żmien.|
|
7.
Ilmenti. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jipprovdu tagħrif dwar jekk l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali rċevewx ilmenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni, jew mill-benefiċjarji jew inkella minn dawk li mhumiex benefiċjarji.|
|