30.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 399/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1779

tas-27 ta’ Novembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi u apparati simili, sistemi ta’ provvista permezz ta’ binarju elettriku għal apparati ta’ illuminazzjoni, apparati ta’ illuminazzjoni f’każ ta’ emerġenza, swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili, salvaviti, swiċis ta’ prossimità, sorsi tal-enerġija tal-iwweldjar bl-ark u apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li hu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.

(3)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C326/02) (3): EN 60947-5-2:2007; u EN 60974-1:2012. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin u emenda għalihom: EN IEC 60947-5-2:2020, għal switchgear u controlgear (apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkuwitu u elementi ta’ swiċċjar - swiċis ta’ prossimità); u EN IEC 60974-1:2018 u EN IEC 60974-1:2018/A1:2019, għal apparati ta’ saldatura bl-ark (għejun ta’ enerġija għall-iwweldjar).

(4)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u Cenelec emendaw l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4): EN 60598-2-22:2014 għal apparati ta’ illuminazzjoni f’każ ta’ emerġenza; u EN 60947-2:2017 għal switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60598-2-22:2014/A1:2020; u EN 60947-2:2017/A1:2020. Is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni (2018/C326/02): EN 60335-2-78:2003 għal barbikjus li jintużaw fil-beraħ; EN 60335-2-82:2003 għal magni ta’ divertiment u għal magni li jagħtu servizz personali; EN 60335-2-105:2005 għal kabini għal doċoċ multifunzjonali; EN 60570:2003 għal sistemi ta’ provvista permezz ta’ binarju elettriku għal apparati ta’ illuminazzjoni; u EN 61010-1:2010 għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin u standard korrettorju: EN 60335-2-78:2003/A11:2020; EN 60335-2-82:2003/A2:2020; EN 60335-2-105:2005/A2:2020; EN 60570:2003/A2:2020; EN 61010-1:2010/A1:2019 u EN 61010-1:2010/A1:2019/AC:2019-04.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi u l-korrezzjoni għalihom jikkonformawx mat-talba M/511.

(6)

L-istandards armonizzati EN IEC 60947-5-2:2020, EN IEC 60974-1:2018 kif emendati bi EN IEC 60974-1:2018/A1:2019, EN 60335-2-78:2003 kif emendat bi EN 60335-2-78:2003/A11:2020, EN 60335-2-82:2003 kif emendat bi EN 60335-2-82:2003/A2:2020, EN 60335-2-105:2005 kif emendat bi EN 60335-2-105:2005/A2:2020, EN 60570:2003 kif emendat bi EN 60570:2003/A2:2020, EN 60598-2-22:2014 kif emendat bi EN 60598-2-22:2014/A1:2020, EN 60947-2:2017 kif emendat bi EN 60947-2:2017/A1:2020 u EN 61010-1:2010 kif emendat bi EN 61010-1:2010/A1:2019 u kkoreġut bi EN 61010-1:2010/A1:2019/AC:2019-04, u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe standards oħra li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jissodisfaw l-objettivi ta’ sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard ta’ emenda jew korrezzjoni rilevanti għalihom.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I tagħha, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(8)

Is-CEN u s-Cenelec abbozzaw ukoll ir-rettifika EN 60669-1:2018/AC:2020-02 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60669-1:2018 għal swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili, li r-referenza tiegħu hija inkluża fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. Peress li r-rettifika tintroduċi korrezzjonijiet tekniċi għal dak l-istandard u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi inkluża flimkien mar-referenza tar-rettifika fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(9)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew riveduti, emendati jew ikkoreġuti, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standards emendatorji jew ta’ korrezzjoni għalihom li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 60947-5-2:2007; EN 60974:-1/A2:2012; EN 60335-2-78:2003; EN 60335-2-82:2003; EN 60335-2-105:2005; EN 60570:2003; u EN 61010-1:2010. L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

(10)

Jeħtieġ li jiġu rtirati wkoll ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60669-1:2018, EN 60598-2-22:2014 u EN 60947-2:2017, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard ta’ emenda jew korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew ikkoreġuti jew emendati. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(11)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 60947-5-2:2020, EN IEC 60974-1:2018 kif emendati bi EN IEC 60974-1:2018/A1:2019, EN 60335-2-78:2003 kif emendat bi EN 60335-2-78:2003/A11:2020, EN 60335-2-82:2003 kif emendat bi EN 60335-2-82:2003/A2:2020, EN 60335-2-105:2005 kif emendat bi EN 60335-2-105:2005/A2:2020, EN 60570:2003 kif emendat bi EN 60570:2003/A2:2020, EN 60598-2-22:2014 kif emendat bi EN 60598-2-22:2014/A1:2020, EN 60947-2:2017 kif emendat bi EN 60947-2:2017/A1:2020, EN 61010-1:2010 kif emendat bi EN 61010-1:2010/A1:2019 u kkoreġut bi EN 61010-1:2010/A1:2019/AC:2019-04, u EN 60669-1:2018 kif emendat bi EN 60669-1:2018/AC:2020-02, u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe standards oħra li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi għall-istandards armonizzati EN 60947-5-2:2007, EN 60974-1:2012, EN 60598-2-22:2014, EN 60947-2:2017, EN 60335-2-78:2003, EN 60335-2-82:2003, EN 60335-2-105:2005, EN 60570:2003, EN 61010-1:2010 u EN 60669-1:2018, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew korrettorju ieħor għalihom ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1) u (3) tal-Anness I għandhom japplikaw mit-30 ta’ Mejju 2022.

Il-punt (5) tal-Anness I għandu japplika mit-30 ta’ Mejju 2021.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C326/02) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela 14;

(2)

tiddaħħal ir-ringiela 14a li ġejja:

“14a.

EN 60598-2-22:2014

Apparati ta’ illuminazzjoni - Parti 2-22: Rekwiżiti partikolari - Apparati ta’ illuminazzjoni f’każ ta’ emerġenza

EN 60598-2-22:2014/AC:2015

EN 60598-2-22:2014/AC:2016-05

EN 60598-2-22:2014/AC:2016-09

EN 60598-2-22:2014/A1:2020”;

(3)

titħassar ir-ringiela 17;

(4)

tiddaħħal ir-ringiela 17a li ġejja:

“17a.

EN 60947-2:2017

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx - Parti 2: Salvaviti

EN 60947-2:2017/A1:2020”;

(5)

titħassar ir-ringiela 44;

(6)

tiddaħħal ir-ringiela 44 a li ġejja:

“44 a.

EN 60669-1:2018

Swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 60669-1:2018/AC:2018-11

EN 60669-1:2018/AC:2020-02”;

(7)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza għall-istandard

“66.

EN 60335-2-78:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-78: Rekwiżiti partikolari għal barbikjus li jintużaw fil-beraħ

EN 60335-2-78:2003/A1:2008

EN 60335-2-78:2003/A11:2020

67.

EN 60335-2-82:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-82: Rekwiżiti partikolari għal magni ta’ divertiment u għal magni li jagħtu servizz personali

EN 60335-2-82:2003/A1:2008

EN 60335-2-82:2003/A2:2020

68.

EN 60335-2-105:2005

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-105: Rekwiżiti partikolari għal kabini għal doċoċ multifunzjonali

EN 60335-2-105:2005/A11:2010

EN 60335-2-105:2005/A1:2008

EN 60335-2-105:2005/A2:2020

69.

EN 60570:2003

Sistemi ta’ provvista permezz ta’ binarju elettriku għal apparati ta’ illuminazzjoni

EN 60570:2003/A1:2018

EN 60570:2003/A2:2020

70.

EN IEC 60947-5-2:2020

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Part 5-2: Apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkuwitu u elementi ta’ swiċċjar – Swiċis ta’ prossimità

71.

EN IEC 60974-1:2018

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 1: Għejun ta’ enerġija għall-iwweldjar

EN IEC 60974-1:2018/A1:2019

72.

EN 61010-1:2010

Rekwiżiti ta’ sigurtà għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 61010-1:2010/A1:2019

EN 61010-1:2010/A1:2019/AC:2019-04”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza għall-istandard

Data tal-irtirar

“65.

EN 60335-2-78:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-78: Rekwiżiti partikolari għal barbikjus li jintużaw fil-beraħ

EN 60335-2-78:2003/A1:2008

It-30 ta’ Mejju 2022

66.

EN 60335-2-82:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-82: Rekwiżiti partikolari għal magni ta’ divertiment u għal magni li jagħtu servizz personali

EN 60335-2-82:2003/A1:2008

It-30 ta’ Mejju 2022

67.

EN 60335-2-105:2005

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-105: Rekwiżiti partikolari għal kabini għal doċoċ multifunzjonali

EN 60335-2-105:2005/A11:2010

EN 60335-2-105:2005/A1:2008

It-30 ta’ Mejju 2022

68.

EN 60570:2003

Sistemi ta’ provvista permezz ta’ binarju elettriku għal apparati ta’ illuminazzjoni

EN 60570:2003/A1:2018

It-30 ta’ Mejju 2022

69.

EN 60947-5-2:2007

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Part 5-2: Apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkuwitu u elementi ta’ swiċċjar – Swiċis ta’ prossimità

EN 60947-5-2:2007/A1:2012

It-30 ta’ Mejju 2022

70.

EN 60974-1:2012

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 1: Għejun ta’ enerġija għall-iwweldjar

It-30 ta’ Mejju 2022]

71.

EN 61010-1:2010

Rekwiżiti ta’ sigurtà għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

It-30 ta’ Mejju 2022”.