20.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 390/63


DEĊIŻJONI (UE) 2020/1736 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Novembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/298 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/56)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) (1) tistabiblixxi programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) għall-finijiet tal-politika monetarja. Jeħtieġ li jsir provvediment għad-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-PEPP fid-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (2).

(2)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Il-punt (d) tal-Artikolu 1 tad-Decizjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) huwa mibdul b’dan li gej:

“(d)

‘Id-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli’ tfisser id-dħul nett li jirriżulta minn xiri ta’ titoli mill-BĊE: (i) taħt l-SMP skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/5 (*1); (ii) taħt is-CBPP3 skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/8) (*2); (iii) taħt l-ABSPP skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/45; (iv) taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP) skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9) (*3); u (v) taħt il-programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) (*4).

-----

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Novembru 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2014 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24).