20.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 390/60 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1735 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Novembru 2020
li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2248 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2020/55)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) (1) tistabbilixxi programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) għall-finijiet tal-politika monetarja. |
(2) |
Kif huwa l-każ għal dawk l-istrumenti mixtrija bħala parti mill-programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji stabbilit mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9) (2), l-istrumenti ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali u aġenziji rikonoxxuti u strumenti ta’ dejn sostituti maħruġa minn korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji li jinxtraw bħala parti mill-PEPP stabbiliti skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 (BĊE/2020/17) għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul fbir-rata ta’ referenza ddefinita fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/36). (3) |
(3) |
Assi assenjabbli ġdid ġie stabbilit biex tiġi żgurata konsistenza fi ħdan l-iskema tad-dħul monetarju. |
(4) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda fl-24 ta’ Ġunju 2020 li faċilitajiet li jipprovdu likwidità f’euro minn banek ċentrali tal-Eurosistema ma’ banek ċentrali mhux tal-Eurosistema għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mill-miżuri ta’ risposta tal-BĊE għall-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-marda tal-coronavirus tal-2019 (COVID-19). Id-dħul iġġenerat mill-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’euro lill-banek ċentrali mhux tal-Eurosistema għandu jiġi kondiviż bejn il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati membri li l-munita tagħhom hija l-euro bħala parti mill-iskema ta’ dħul monetarju u l-bilanċi relevanti għandhom jiġu inklużi fid-definizzjoni ta’ assi assenjabbli stabbilita fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36). |
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3(1)(b)(iii) huwa mibdul b’dan li ġej:
(*1) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12)." (*2) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).”;" |
2. |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2020.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Novembru 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26).
ANNESS
L-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) hija emendata kif ġej:
1. |
fit-Taqsima A, jiddaħħal il-paragrafu 9a li ġej:
|
2. |
fit-Taqsima A, qed jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:
|