13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 381/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1699

tat-12 ta’ Novembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1).

(2)

Fit-18 ta’ Ġunju 2020 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/849 (2).

(3)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-490/18 (3), Neda Industrial Group għandu jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 196, 19.6.2020, p. 8).

(3)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020, Neda Industrial Group vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-490/18, ECLI:EU:T:2020:318.


ANNESS

Fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK, Anness II, parti I, taqsima B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:

“47.

Neda Industrial Group”.