12.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 378/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1675

tal-11 ta’ Novembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu riċiklati jkunu riċiklati biss f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti ppubblikata skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Lista Ewropea hija stipulata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2).

(3)

Id-Danimarka għarrfet lill-Kummissjoni li faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (3) li tinsab fit-territorju tagħha ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Id-Danimarka pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti sabiex dik il-faċilità tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità.

(4)

In-Norveġja għarrfet lill-Kummissjoni li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (4) li tinsab fit-territorju tagħha ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. In-Norveġja pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti sabiex dik il-faċilità tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità.

(5)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Litwanja (5) skadiet fis-17 ta’ Marzu 2020 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mil-Litwanja li dik il-faċilità ma għadhiex tkompli bl-attivitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tneħħi dik il-faċilità.

(6)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Latvja (6) skadiet fil-11 ta’ Ġunju 2020 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mil-Latvja li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità sabiex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ma ġietx aġġornata. Għalhekk, il-faċilità ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tneħħi dik il-faċilità.

(7)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità oħra ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fir-Renju Unit (7) skadiet fit-2 ta’ Lulju 2020 u l-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni mir-Renju Unit dwar jekk l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti, ġietx aġġornata. Għalhekk, il-faċilità ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tneħħi dik il-faċilità.

(8)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità oħra ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fir-Renju Unit (8) skadiet fis-6 ta’ Ottubru 2020 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mir-Renju Unit li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet aġġornata qabel ma skadiet, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Madankollu, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-1 ta’ Frar 2020, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jibqgħu jiġu rriċiklati f’dik il-faċilità wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ fil-31 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dik il-faċilità fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata skont dan, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(9)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità oħra ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fir-Renju Unit se tiskadi fit-2 ta’ Novembru 2022. Madankollu, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-1 ta’ Frar 2020, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jibqgħu jiġu rriċiklati f’dik il-faċilità wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ fil-31 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dik il-faċilità fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata skont dan, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(10)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità oħra ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fir-Renju Unit (9) skadiet fit-3 ta’ Awwissu 2020 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mir-Renju Unit li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet aġġornata qabel ma skadiet, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk, u filwaqt li jitqies li r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 huwa applikabbli għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq bil-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, il-faċilità tista’ tibqa’ fil-Lista Ewropea wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni u sad-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni l-ġdida. Għalhekk jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dik il-faċilità fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata skont dan.

(11)

L-awtorizzazzjoni għal faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fi Spanja (10) skadiet fit-28 ta’ Lulju 2020 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni minn Spanja li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità sabiex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet aġġornata qabel ma skadiet, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk, jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dik il-faċilità fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata.

(12)

L-awtorizzazzjoni ta’ żewġ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fil-Litwanja (11) skadew fis-17 ta’ Marzu 2020 u fil-21 ta’ Mejju 2020, rispettivament, u l-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni mil-Litwanja li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil dawk il-faċilitajiet biex iwettqu r-riċiklaġġ tal-bastimenti ġew aġġornati qabel ma skadew, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dawk il-faċilitajiet fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata.

(13)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Portugall (12) skadiet fis-26 ta’ Lulju 2020 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mill-Portugall li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet aġġornata qabel ma skadiet f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk, jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dik il-faċilità fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata.

(14)

L-awtorizzazzjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fi Franza (13) se tiskadi fl-24 ta’ Mejju 2021 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni minn Franza li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet aġġornata, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk, jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dik il-faċilità fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, biex żewġ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fit-Turkija (14) jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li ngħataw jew li nġabru f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament biex iwettqu riċiklaġġ tal-bastimenti u biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet.

(16)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).

(3)  Jatob ApS

(4)  Fosen Gjenvinning AS

(5)  UAB “Armar” (post ta’ rmiġġ 127 A)

(6)  A/S “Tosmares kuģubūvētava”

(7)  Swansea Drydock Ltd

(8)  Able UK Limited

(9)  Harland and Wolff Heavy Industries Limited.

(10)  DDR VESSELS XXI, S.L.

(11)  UAB “APK” u UAB Vakarų refonda.

(12)  Navalria — Docas, Construções e Reparações Navais.

(13)  Les recycleurs Bretons.

(14)  Simsekler Gida Gemi Sokum Insaat Sanayi Ticaret Ltd.Sti. u Avsar Gemi Sokum San. Dis Tic. Ltd. Sti.


ANNESS

“ANNESS

IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA’ RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI SKONT L-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1257/2013

PARTI A

Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru

Isem il-faċilità

Metodu tar-riċiklaġġ

Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti  (1)

Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT  (2)

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea  (3)

IL-BELĠJU

NV Galloo Recycling Ghent

Scheepszatestraat 9

9000 Gent

Il-Belġju

Tel. +32 92512521

Posta elettronika: peter.wyntin@galloo.com

Laterali (rmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 265 metru

Wisa’: 37 metru

Pixka: 12,5-il metru

 

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum

34 000  (4)

il-31 ta’ Marzu 2025

ID-DANIMARKA

FAYARD A/S

Kystvejen 100

DK-5330 Munkebo

Id-Danimarka

www.fayard.dk

Tel. +45 75920000

Posta elettronika: fayard@fayard.dk

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 415-il metru

Wisa’: 90 metru

Pixka: 7,8 metri

Il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Permess Ambjentali tas-7 ta’ Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi kundizzjonijiet għas-sigħat ta’ operat, il-kundizzjonijiet ta’ operat speċjali, l-immaniġġjar u l-ħżin ta’ skart u kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f’baċir imbattal mill-ilma.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

0  (5)

is-7 ta’ Novembru 2023

Fornæs ApS

Rolshøjvej 12-16

8500 Grenaa

Id-Danimarka

www.fornaes.dk

Tel. +45 86326393

Posta elettronika: recycling@fornaes.dk

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 150 metru

Wisa’: 25 metru

Pixka: 6 metri

GT: 10 000

Il-muniċipalità ta’ Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f’faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

30 000  (4)

it-30 ta’ Ġunju 2021.

Jatob ApS

Langerak 12

9900 Frederikshavn

Id-Danimarka

www.jatob.dk

Tel. +45 86681689

Posta elettronika: post@jatob.dk mathias@jatob.dk

Laterali, skal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 150 metru

Wisa’: 30 metru

Pixka: 6 metri

Il-maniġġ u l-ħażna ta’ frazzjonijiet tal-iskart huma inklużi fl-Awtorizzazzjoni Ambjentali. Il-ħażna intermedja ta’ skart perikoluż tista’ sseħħ għal massimu ta’ sena fuq is-sit.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

13 000  (5)

id-9 ta’ Marzu 2025

Modern American Recycling Services Europe (M.A.R.S)

Sandholm 60

9900 Frederikshavn

Id-Danimarka

www.modernamericanrecyclingservices.com/

Posta elettronika: kim@mars-eu.dk

Skal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 290 metru Wisa’: 90 metru Pixka: 14-il metru

Il-kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta’ Marzu 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Frederikshavn

Il-Muniċipalità ta’ Frederikshavn għandha d-dritt talloka skart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti.

Il-faċilità ma għandhiex taħżen skart perikoluż għal aktar minn sena.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

0  (6)

it-23 ta’ Awwissu 2023

Smedegaarden A/S

Vikingkaj 5

6700 Esbjerg

Id-Danimarka

www.smedegaarden.net

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 170 metru

Wisa’: 40 metru

Pixka: 7,5 metri

 

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum

20 000  (4)

il-15 ta’ Settembru 2021

Stena Recycling A/S

Grusvej 6

6700 Esbjerg

Id-Danimarka

Tel. +45 20699190

Sit web:

www.stenarecycling.dk

Posta elettronika: jakob.kristensen@stenarecycling.com

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 40 metru Wisa’: 40 metru Pixka: 10 metri

Il-kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-5 ta’ Ottubru 2017 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg.

Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt talloka skart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum

0  (7)

is-7 ta’ Frar 2024

L-ESTONJA

BLRT Refonda Baltic OÜ

Kopli 103, 11712 Tallinn,

l-Estonja

Tel. +372 6102933

Faks: +372 6102444

Posta elettronika: refonda@blrt.ee

www.refonda.ee

Fil-wiċċ mal-moll u fil-baċir f’wiċċ l-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 197 metru

Wisa’: 32 metru

Pixka: 9,6 metri

GT: 28 000

Il-permess għall-iskart Nru L.JÄ/327249. Il-liċenzja tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż Nru 0222. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali, Immaniġġjar tal-iskart EP 4.4.6-1-13

Il-faċilità tista’ tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum.

21 852  (8)

il-15 ta’ Frar 2021

SPANJA

DDR VESSELS XXI, S.L.

Il-port ta’ “El Musel”

Gijon

Spanja

Tel. +34 630144416

Posta elettronika: abarredo@ddr-vessels.es

Rampa għaż-żarmar

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 169,9 metru

(Bastimenti b’daqs ikbar minn dan li waqt l-operat tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella li r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx jistgħu jiġu aċċettati skont ir-riżultat ta’ studju ddettaljat tal-vijabbiltà)

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Harbour Masters Office

0  (9)

it-28 ta’ Lulju 2025

FRANZA

Démonaval Recycling

ZI du Malaquis

Rue François Arago

76580 LE TRAIT

Tel. +33 769791280

Posta elettronika:

patrick@demonaval-recycling.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 140 metru

Wisa’: 25 metru

Fond: 5 metri

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent

0  (8)

il-11 ta’ Diċembru 2022

GARDET & DE BEZENAC Recycling/Groupe BAUDELET ENVIRONNEMENT – GIE MUG

616, Boulevard Jules Durand

76600 Le Havre

Franza

Tel. +33 235951634

Posta elettronika: infos@gardet-bezenac.com

Li jżomm f’wiċċ l-ilma u fl-iskal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 150 metru

Wisa’: 18-il metru

Fond: 7 metri

LDT: 7 000

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

16 000  (10)

it-30 ta’ Diċembru 2021

Grand Port Maritime de Bordeaux

152, Quai de Bacalan - CS 41320 - 33082 Bordeaux Cedex

Franza

Tel. +33 556905800

Posta elettronika: maintenance@bordeaux-port.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 240 metru

Wisa’: 37 metru

Fond: 17-il metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

18 000  (11)

il-21 ta’ Ottubru 2021

Les recycleurs Bretons

Zone Industrielle de Kerbriant - 29 610 Plouigneau

Franza

Tel. +33 298011106

Posta elettronika: navaleo@navaleo.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 225 metru

Wisa’: 34 metru

Fond: 27 metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

15 000  (12)

id-19 ta’ Ġunju 2025

L-ITALJA

San Giorgio del Porto S.p.A.

Calata Boccardo 8

16128 – Genova –

L-Italja

Tel.+39 10251561

Posta elettronika:

segreteria@sgdp.it;

sangiorgiodelporto@legalmail.it

www.sgdp.it

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 350 metru

Wisa’: 75 metru

Fond: 16-il metru

GT: 130 000

Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni espliċita

38 564  (9)

is-6 ta’ Ġunju 2023

IL-LATVJA

“Galaksis N”, Ltd.

Kapsedes street 2D,

Liepāja, LV – 3414

Il-Latvja

Tel. +371 29410506

Posta elettronika: galaksisn@inbox.lv

Laterali (rmiġġ fl-ilma), baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 165 metru

Wisa’: 22 metru

Fond: 7 metri

GT: 12 000

Ara l-permess nazzjonali Nru LI12IB0053

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol

0  (13)

is-17 ta’ Lulju 2024

IL-LITWANJA

UAB APK

Minijos 180 (rmiġġ 133 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Tel. +370 46 365776

Faks: +370 46 365776

Posta elettronika: uab.apk@gmail.com

Laterali (rmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 130 metru

Wisa’: 35 metru

Fond: 10 metri

GT: 3 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol

1 500  (14)

it-12 ta’ Marzu 2025

UAB Armar

Minijos 180 (rmiġġ 131 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Tel. +370 68532607

Posta elettronika: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com

Laterali (rmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 80 metru

Wisa’: 16-il metru

Fond: 5 metri

GT: 1 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol

3 910  (15)

id-19 ta’ April 2022

UAB Demeksa

Nemuno g. 42 A (rmiġġ 121), LT 93277 Klaipėda

Il-Litwanja

Tel. +370 63069903

Posta elettronika: uabdemeksa@gmail.com

Laterali (rmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 58 metru;

Wisa’: 16-il metru;

Fond: 5 metri;

GT: 3500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-64/2019

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol

0  (16)

it-22 ta’ Mejju 2024

UAB Vakarų refonda

Minijos 180 (rmiġġi 129, 130, 131 A, 131, 132, 133 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Tel. +370 46 483940/483891

Faks: +370 46 483891

Posta elettronika: refonda@wsy.lt

Laterali (rmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 230 metru

Wisa’: 55 metru

Fond: 14-il metru

GT: 70 000

Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol

20 140  (17)

it-30 ta’ April 2025

IN-NETHERLANDS

Damen Verolme Rotterdam B.V.

Prof. Gerbrandyweg 25

3197 KK Rotterdam-Botlek

In-Netherlands

Tel. +31 181234353

Posta elettronika: praveen.badloo@damen.com

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 405 metru

Wisa’: 90 metru

Fond: 11,6-il metru

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

52 000  (18)

il-21 ta’ Lulju 2021

Sagro Aannemingsmaatschappij Zeeland B.V.

Estlandweg 10

4455 SV Nieuwdorp

In-Netherlands

Tel. +31 113351710

Posta elettronika: slf@sagro.nl

Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 120 metru

Wisa’: 20 metru

Fond: 6 metri

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

15 000  (18)

it-28 ta’ Marzu 2024

Scheepssloperij Nederland B.V.

Havenweg 1; 3295 XZ s-Gravendeel

Postbus 5234; 3295 ZJ s-Gravendeel

In-Netherlands

Tel. +31 786736055

Posta elettronika: info@sloperij-nederland.nl

rmiġġ fl-ilma u skal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 200 metru

Wisa’: 33 metru

Fond: 6 metri

Għoli: 45 metru (Botlekbridge)

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent.

Azzjonijiet preparatorji li jsiru mal-moll, sakemm il-buq ikun jista’ jiġi rmunkat fuq l-iskal permezz ta’ winċ b’kapaċità ta’ ġbid ta’ 2 000 tunnellata.

Approvazzjoni espliċita

9 300  (7)

is-27 ta’ Settembru 2021

IN-NORVEĠJA

ADRS Decom Gulen

Indirizz tal-faċilità:

Sløvågen 2,

5960 Dalsøyra,

In-Norveġja

Indirizz tal-uffiċċju:

Statsminister Michelsens vei 38,

5230 Paradis,

In-Norveġja

https://adrs.no/

Laterali, skal, baċir imbattal mill-ilma/baċir mimli bl-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 360 metru

Wisa’: l-ebda limitu

Fond: l-ebda limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2 019,0501 .T

Approvazzjoni espliċita

0  (19)

l-1 ta’ Ottubru 2024

AF Offshore Decom

Raunesvegen 597,

5578 Nedre Vats

In-Norveġja

https://afgruppen.no/selskaper/af-offshore-decom/

Laterali

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 290 metru

Wisa’: l-ebda limitu

Fond: l-ebda limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2 005,0038 .T

Approvazzjoni espliċita

31 000  (19)

it-28 ta’ Jannar 2024

Green Yard AS

Angholmen,

4485 Feda,

In-Norveġja

www.greenyard.no

Baċir imbattal mill-ilma (ġewwa), skal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 230 metru

Wisa’: 25 metru

Fond: 20 metru

Ara l-permess nazzjonali Nru 2 018,0833 .T

L-operazzjonijiet ewlenin ta’ żarmar iridu jsiru fuq ġewwa.

L-uniċi operazzjonijiet ta’ żarmar u ta’ qtugħ li jitħallew jsiru fil-beraħ huma l-operazzjonijiet żgħar meħtieġa biex jitwaħħlu l-bastimenti mal-faċilità ta’ fuq ġewwa. Għal aktar dettalji ara l-permess.

Approvazzjoni espliċita

0  (14)

it-28 ta’ Jannar 2024

Fosen Gjenvinning AS

Stokksundveien 1432,

7177 Revsnes

In-Norveġja

Tel. +47 40039479

Posta elettronika: knut@fosengjenvinning.no

Laterali

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr riggijiet jew vapuri użati għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 150 metru

Wisa’: 20 metru

Fond: 7 metri

Ara l-permess nazzjonali Nru 2 006,0250 .T

Approvazzjoni espliċita

8 000  (16)

id-9 ta’ Jannar 2024

Kvaerner AS (Stord)

Eldøyane 59,

5411 Stord,

In-Norveġja

www.kvaerner.com

Laterali (rmiġġ fl-ilma), skal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 230 metru

Wisa’: l-ebda limitu

Fond: l-ebda limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2 013,0111 .T

Approvazzjoni espliċita

43 000  (20)

it-28 ta’ Jannar 2024

Lutelandet Industrihamn

Lutelandet Offshore AS

6964 Korssund,

In-Norveġja

www.lutelandetoffshore.com

Laterali

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: l-ebda limitu

Fond: l-ebda limitu

Ara l-permess nazzjonali

Nru 2 014,0646 .T

Approvazzjoni espliċita

14 000  (21)

it-28 ta’ Jannar 2024

Norscrap West AS

Hanøytangen 122,

5310 Hauglandhella,

In-Norveġja

www.norscrap.no

Laterali, skal li jżomm f’wiċċ l-ilma, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 150 metru

Wisa’: 34 metru

Fond: l-ebda limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2 017,0864 .T

Massimu ta’ 8 000 LDT fuq skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Il-bastimenti li jaqbżu t-8 000 LDT jeħtieġ li jitnaqqsu qabel ma jidħlu fl-iskal

Approvazzjoni espliċita

4 500  (22)

l-1 ta’ Marzu 2024

IL-PORTUGALL

Navalria - Docas, Construções e Reparações Navais

Porto Comercial, Terminal Sul, Apartado 39, 3811-901 Aveiro

Il-Portugall

Tel. +351 234378970, +351 232767700

Posta elettronika: info@navalria.pt

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 104 metri

Wisa’: 6,5 metri

Pixka: 6,5 metri

Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu AL Nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta’ Jannar 2016.

Id-dekontaminazzjoni u ż-żarmar isiru fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment. Il-pjan orizzontali għandu kapaċità nominali ta’ 700 tunnellata. Il-pjan inklinat għandu kapaċità nominali ta’ 900 tunnellata.

Approvazzjoni espliċita

1 900  (23)

is-26 ta’ Novembru 2020

IL-FINLANDJA

Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd)

Navirentie, 21110 Naantali

Il-Finlandja

Tel. +358 244511

Posta elettronika: try@turkurepairyard.com

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 250 metru

Wisa’: 40 metru

Pixka: 7,9 metri

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni espliċita

20 000  (12)

l-1 ta’ Ottubru 2023

IR-RENJU UNIT

Able UK Limited

Teesside Environmental Reclamation and Recycling Centre

Graythorp Dock

Tees Road

Hartlepool

Cleveland

TS25 2DB

Ir-Renju Unit

Tel. +44 1642806080

Posta elettronika: info@ableuk.com

Rmiġġ fl-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 337,5 metru

Wisa’: 120 metru

Pixka: 6,65 metri (9,5 m meta mħammel)

Is-sit huwa awtorizzat b’permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jimponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

95 490  (24)

il-31 ta’ Diċembru 2020

Dales Marine Services Ltd

Imperial Dry Dock

Leith

Edinburgh

EH6 7DR

Tel. +44 1314543380

Posta elettronika:

leithadmin@dalesmarine.co.uk; b.robertson@dalesmarine.co.uk

Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 165 metru

Wisa’: 21 metru

Pixka: 7,7 metri

Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja (Ref: WML L 1157331) li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275 (25)

il-31 ta’ Diċembru 2020

Harland and Wolff (Belfast) Ltd

Queen’s Island

Belfast

BT3 9DU

Tel. +44 2890534189

Faks +44 2890458515

Posta elettronika: Eoghan.Rainey@harland-wolff.com

Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 556 metru

Wisa’: 93 metru

Pixka: 7,5 metri

DWT: 550 000

Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/20/11 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

12 000  (26)

is-16 ta’ Ġunju 2025

PARTI B

Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz

Isem il-faċilità

Metodu tar-riċiklaġġ

Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti  (27)

Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT  (28)

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea  (29)

IT-TURKIJA

Avsar Gemi Sokum San. Dis Tic. Ltd. Sti.

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 5 Aliağa

İzmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182107–08–09

Posta elettronika: info@avsargemiltd.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr riggijiet

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 50 metru

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

54 224  (30)

it-2 ta’ Diċembru 2025

Isiksan Gemi Sokum Pazarlama Ve Tic. Ltd. Sti.

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 22 Aliağa

İzmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182165

Posta elettronika: info@isiksangemi.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 75 metru

Pixka: 17-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

91 851  (31)

is-7 ta’ Lulju 2024

EGE CELIK SAN. VE TIC. A.S.

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 10 Aliağa,

Izmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182162

Posta elettronika: pamirtaner@egecelik.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 50 metru

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu

55 503  (30)

it-12 ta’ Frar 2025

LEYAL GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET

LTD.

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 3-4 Aliağa,

Izmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182030

Posta elettronika: info@leyal.com.tr

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 100 metru

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

55 495  (32)

id-9 ta’ Diċembru 2023

LEYAL-DEMTAŞ GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET A.Ş.

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 25 Aliağa,

Izmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182065

Posta elettronika: demtas@leyal.com.tr

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 63 metru

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

50 350  (30)

id-9 ta’ Diċembru 2023

ÖGE GEMİ SÖKÜM İTH. İHR. TİC. SAN.AŞ.

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 23 Aliağa,

Izmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182105

Posta elettronika: oge@ogegemi.com

www.ogegemi.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 70 metru

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

62 471  (33)

it-12 ta’ Frar 2025

Simsekler Gida Gemi Sokum Insaat Sanayi Tic. Ltd.Sti

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 11-12 Aliağa,

Izmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182036

Posta elettronika: shipyard@simseklergroup.com.tr

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 95 metru

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

51 569  (34)

it-2 ta’ Diċembru 2025

Sök Denizcilik Tic. Ltd. Sti

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 8-9 Aliağa,

Izmir 35800,

It-Turkija

Tel. +90 2326182092

Posta elettronika: info@sokship.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: l-ebda limitu

Wisa’: 90 metru

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet skont liema topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma mressqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

66 167  (35)

it-12 ta’ Frar 2025

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

International Shipbreaking Limited, L.L.C

18601 R.L Ostos Road Brownsville TX, 78521

L-Istati Uniti

Tel. +1 9568312299

Posta elettronika: chris.green@internationalshipbreaking.com

robert.berry@internationalshipbreaking.com

Laterali (rmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 366 metru Wisa’: 48 metru Pixka: 9 metri

Il-kundizzjonijiet skont liema il-faċilità hija awtorizzata topera huma ddefiniti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali, mill-Kummissjoni ta’ Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta’ Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti.

L-Att dwar il-Kontroll ta’ Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta’ bastimenti b’bandiera barranija li fihom konċentrazzjonijiet ta’ PCB ta’ akbar minn 50 parti għal kull miljun.

Il-faċilità għandha żewġ rampi tal-iskal għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (rampa tal-iskal tal-Lvant u rampa tal-iskal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati biss fuq ir-rampa tal-iskal tal-Lvant.

Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti tal-Amerika marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti

120 000  (31)

id-9 ta’ Diċembru 2023


(1)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

(2)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

(3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

(4)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.

(5)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(6)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 200 000 LDT fis-sena.

(7)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 45 000 LDT fis-sena.

(8)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 15 000 LDT fis-sena.

(9)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.

(10)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 18 000 LDT fis-sena.

(11)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 23 000 LDT fis-sena.

(12)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.

(13)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 10 000 LDT fis-sena.

(14)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(15)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 6 000 LDT fis-sena.

(16)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena.

(17)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 45 000 LDT fis-sena.

(18)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.

(19)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena

(20)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.

(21)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 200 000 LDT fis-sena.

(22)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 100 000 LDT fis-sena.

(23)  Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 5 000 LDT fis-sena.

(24)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 230 000 LDT fis-sena.

(25)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 7 275 LDT fis-sena.

(26)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 300 000 LDT fis-sena.

(27)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

(28)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

(29)  L-inklużjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta’ dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(30)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.

(31)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.

(32)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 80 000 LDT fis-sena.

(33)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 90 000 LDT fis-sena.

(34)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.

(35)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.”