|
4.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 366/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1630
tat-3 ta’ Novembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku, tal-apparat elettrodomestiku, tal-għodod elettriċi u ta’ apparat simili, tat-tagħmir tad-tidwil elettriku u ta’ tagħmir simili, tat-tagħmir multimedjali, u tal-switchgear u l-controlgear
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li hu konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)7641 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u għar-reviżjoni ta’ standards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4): EN 55011:2009, EN 55014-1:2006, EN 55015:2013 u EN 55032:2012. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi għalihom: EN 55011:2016, EN 55011:2016/A1:2017 u EN 55011:2016/A11:2020 għat-tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku; EN 55014-1:2017 u EN 55014-1:2017/A11:2020 għall-apparat elettrodomestiku, l-għodod elettriċi u apparat simili; EN IEC 55015:2019 u EN IEC 55015:2019/A11:2020 għat-tagħmir tad-tidwil elettriku u tagħmir simili; u EN 55032:2015 u EN 55032:2015/A11:20 għat-tagħmir multimedjali. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-Cenelec emendaw l-istandard armonizzat EN 62026-2:2013, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 62026-2:2013/A1:2019. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641. |
|
(6) |
L-istandards armonizzati EN 55011:2016 kif emendat bi EN 55011:2016/A1:2017 u EN 55011:2016/A11:2020, EN 55014-1:2017 kif emendat bi EN 55014-1:2017/A11:2020, EN IEC 55015:2019 kif emendat bi EN IEC 55015:2019/A11:2020, EN 55032:2015 kif emendat bi EN 55032:2015/A11:2020, u EN 62026-2:2013 kif emendat bi EN 62026-2:2013/A1:2019 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/30/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi għal dawk l-istandards armonizzati, flimkien mal-istandards emendatorji rilevanti tagħhom, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 (6) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/30/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards, flimkien mar-referenzi tal-istandards emendatorji rilevanti tagħhom, jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(8) |
Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, flimkien mar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti li jemendawhom jew li jikkoreġuhom, jiġu rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 55011:2009 kif emendat bi EN 55011:2009/A1:2010, EN 55014-1:2006 kif emendat bi EN 55014-1:2006/A1:2009 u EN 55014-1:2006/A2:2011, EN 55015:2013, EN 55032:2012 kif ikkoreġut bi EN 55032:2012/AC:2013, u EN 62026-2:2013. |
|
(9) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, huwa xieraq li dawk ir-referenzi, flimkien mar-referenzi tal-istandards rilevanti li jemendawhom jew li jikkoreġuhom, jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(10) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 55011:2016 kif emendat bi EN 55011:2016/A1:2017 u EN 55011:2016/A11:2020, EN 55014-1:2017 kif emendat bi EN 55014-1:2017/A11:2020, EN IEC 55015:2019 kif emendat bi EN IEC 55015:2019/A11:2020, EN 55032:2015 kif emendat bi EN 55032:2015/A11:2020, u EN 62026-2:2013 kif emendat bi EN 62026-2:2013/A1:2019, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti li ġejjin, flimkien mar-referenzi tal-istandards rilevanti li jemendawhom jew li jikkoreġuhom, jiġi differit: EN 55011:2009 kif emendat bi EN 55011:2009/A1:2010, EN 55014-1:2006 kif emendat bi EN 55014-1:2006/A1:2009 u EN 55014-1:2006/A2:2011, EN 55015:2013, EN 55032:2012 kif ikkoreġut bi EN 55032:2012/AC:2013, u EN 62026-2:2013. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7641 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-kompatibilità elettromanjetika.
(4) ĠU C 246, 13.7.2018, p. 1.
(5) ĠU C 246, 13.7.2018, p. 1.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 tal-5 ta’ Awwissu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-kompatibilità elettromanjetika abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 6.8.2019, p. 27).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Numru ta’ |
Referenza tal-istandard |
|
“10. |
EN 55011:2016 Tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku — Karatteristiċi tad-disturbi tal-frekwenza tar-radju — Limiti u metodi tal-kejl EN 55011:2016/A1:2017 EN 55011:2016/A11:2020 |
|
11. |
EN 55014-1:2017 Kompatibilità elettromanjetika — Rekwiżiti għall-apparat elettrodomestiku, l-għodod elettriċi u apparat simili — Parti 1: Emissjoni EN 55014-1:2017/A11:2020 |
|
12. |
EN IEC 55015:2019 Limiti u metodi ta’ kejl tal-karatteristiċi ta’ disturbi tar-radju tat-tagħmir tad-tidwil elettriku u ta’ tagħmir simili EN IEC 55015:2019/A11:2020 |
|
13. |
EN 55032:2015 Kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir multimedjali — Rekwiżiti tal-Emissjonijiet EN 55032:2015/A11:2020 |
|
14. |
EN 62026-2:2013 Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx — Interfaċċa bejn l-apparat u t-tagħmir ta’ kontroll (CDIs) — Parti 2: Interfaċċa ma’ attwaturi u sensuri (AS-i) EN 62026-2:2013/A1:2019”. |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
Numru ta’ |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“7. |
EN 55011:2009 Tagħmir industrijali, xjentifiku u mediku — Karatteristiċi tad-disturbi tal-frekwenza tar-radju — Limiti u metodi tal-kejl EN 55011:2009/A1:2010 |
l-4 ta’ Mejju 2022 |
|
8. |
EN 55014-1:2006 Kompatibilità elettromanjetika — Rekwiżiti għall-apparat elettrodomestiku, l-għodod elettriċi u apparat simili — Parti 1: Emissjoni EN 55014-1:2006/A1:2009 EN 55014-1:2006/A2:2011 |
l-4 ta’ Mejju 2022 |
|
9. |
EN 55015:2013 Limiti u metodi ta’ kejl tal-karatteristiċi ta’ disturbi tar-radju tat-tagħmir tad-tidwil elettriku u ta’ tagħmir simili |
l-4 ta’ Mejju 2022 |
|
10. |
EN 55032:2012 Kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir multimedjali — Rekwiżiti tal-Emissjonijiet EN 55032:2012/AC:2013 |
l-4 ta’ Mejju 2022 |
|
11. |
EN 62026-2:2013 Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx — Interfaċċa bejn l-apparat u t-tagħmir ta’ kontroll (CDIs) — Parti 2: Interfaċċa ma’ attwaturi u sensuri (AS-i) |
l-4 ta’ Mejju 2022”. |