30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1585

tad-29 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta’ Ottubru 2021 u jenħtieġ li l-informazzjoni dwar żewġ persuni fiżiċi tiġi emendata.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 hija emendata kif ġej:

(1)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2021.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, l-entrati 1 u 2 taħt l-intestatura “Lista tal-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

“1.

Godefroid BIZIMANA

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 23.4.1968

Post tat-twelid: Nyagaseke, Mabayi, Cibitoke

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Fil-31 ta’ Diċembru 2019, is-Sur Bizimana ġie promoss għall-grad ta’ Kap Kummissarju tal-Pulizija. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza u atti ta’ repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta’ April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.

2.

Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA

Ġeneru: Raġel

Data tat-Twelid: 1.8.1970

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761

Ministru għall-Intern, l-Iżvilupp tal-Komunità u s-Sigurtà Pubblika minn Ġunju 2020. Eks kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali bejn Mejju 2013 u Novembru 2019 u eks Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence bejn Novembru 2019 u Ġunju 2020. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza, atti ta’ vjolenza, atti ta’ repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti mis-26 ta’ April 2015 ’ il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta’ April 2015 fid-distretti ta’ Nyakabiga u Musaga f’Bujumbura.”