29.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 359/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/...

tat-28 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal kits għall-waterproofing, ETICs, ġonot għall-pontijiet tat-toroq, kits għall-bini tal-injam, prodotti ritardanti tan-nar u prodotti għall-bini oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiki essenzjali tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika (korpi VT) fasslet u adottat 25 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:

—

kisi bl-isprej akustiku bbażat fuq legant organiku bbażat fuq l-ilma;

—

kits għall-waterproofing tas-soqfa applikati bħala likwidu;

—

kits ta’ kopertura impermeabbli applikati bħala likwidu għall-art u/jew il-ħitan ta’ wetrooms;

—

folji flessibbli applikati minn qabel għall-waterproofing, kompletament inkollati;

—

kits ta’ kopertura impermeabbli, abbażi ta’ folji flessibbli, għall-art u/jew il-ħitan ta’ wetrooms;

—

kits ta’ kopertura impermeabbli, abbażi ta’ bords impermeabbli, għall-art u/jew il-ħitan ta’ wetrooms;

—

sistemi tal-iżolament termali esterni b’materjali kompożiti (ETICS), b’kisi;

—

bord tal-iżolament termali magħmula minn fowm tal-poliuretan riġidu ppressat;

—

kits ta’ rivestiment — unitajiet prefabbrikati għall-iżolament estern tal-ħitan u l-apparat għat-twaħħil tagħhom;

—

kavilji għal ġonot strutturali taħt tagħbija statika u kważi statika;

—

ġonot tal-espanjoni “plug” flessibbli tal-asfalt għall-pontijiet tat-toroq;

—

ġonot tal-espansjoni “nosing” għall-pontijiet tat-toroq;

—

ġonot tal-espansjoni “mat” għall-pontijiet tat-toroq;

—

ġonot tal-espansjoni “cantilever” għall-pontijiet tat-toroq;

—

ġonot tal-espansjoni appoġġati għall-pontijiet tat-toroq;

—

ġonot tal-espansjoni modulari għall-pontijiet tat-toroq;

—

pannelli li jieħdu t-tagħbija bbażati fuq injam prefabbrikat b’rinvestiment rinforzat;

—

elementi tal-bini tal-ġebel magħmulin mit-tafal irriċiklat;

—

karbonat tal-kalċju fin bħala addittiv attiv b’funzjoni ta’ legant katalitiku għall-konkos;

—

elementi ta’ fissaġġ marbutin għall-użu fil-konkos;

—

ankraġġ injettat għall-bords tal-iżolament termali;

—

elementi ta’ fissaġġ għal “push-pull props” għal elementi prefabbrikati ta’ ħitan/kolonni;

—

kits għall-bini tal-injam;

—

Sistemi CRM (Compost Reinforced Mortar) għar-rinforz ta’ strutturi tal-konkos u tal-ġebel;

—

prodotti ritardanti tan-nar.

(4)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk, huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“030219-00-0501

Kisi bl-isprej akustiku bbażat fuq legant organiku bbażat fuq l-ilma

030350-00-0402

Kits għall-waterproofing tas-soqfa applikati bħala likwidu

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 005’)

030352-00-0503

Kits ta’ kopertura impermeabbli applikati bħala likwidu għall-art u/jew il-ħitan ta’ wetrooms

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 022-1’)

030378-00-0605

Folji flessibbli applikati minn qabel għall-waterproofing, kompletament inkollati

030436-00-0503

Folji flessibbli applikati minn qabel għall-waterproofing, kompletament inkollati

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 022-2’)

030437-00-0503

Kits ta’ kopertura impermeabbli, abbażi ta’ bords impermeabbli, għall-art u/jew il-ħitan ta’ wetrooms

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 022-3’)

040083-00-0404

Sistemi tal-Iżolament Termali Esterni b’Materjali Kompożiti (ETICS), b’kisi

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 004’)

040419-00-1201

Bord tal-iżolament termali magħmula minn fowm tal-poliuretan riġidu ppressat

040914-00-0404

Kits ta’ rivestiment — unitajiet prefabbrikati għall-iżolament estern tal-ħitan u l-apparat għat-twaħħil tagħhom

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 017’)

050019-00-0601

Kavilji għal ġonot strutturali taħt tagħbija statika u kważi statika

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 030’)

120093-00-0107

Ġonot tal-espanjoni ‘plug’ flessibbli tal-asfalt għall-pontijiet tat-toroq

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 032-3’)

120109-00-0107

Ġonot tal-espansjoni ‘nosing’ għall-pontijiet tat-toroq

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 032-4’)

120110-00-0107

Ġonot tal-espansjoni ‘mat’ għall-pontijiet tat-toroq

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 032-5’)

120111-00-0107

Ġonot tal-espansjoni ‘cantilever’ għall-pontijiet tat-toroq

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 032-6’)

120112-00-0107

Ġonot tal-espansjoni appoġġati għall-pontijiet tat-toroq

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 032-7’)

120113-00-0107

Ġonot tal-espansjoni modulari għall-pontijiet tat-toroq

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 032-8’)

140022-00-0304

Pannelli li jieħdu t-tagħbija bbażati fuq injam prefabbrikat b’rinvestiment rinforzat

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 019’)

170005-00-0305

Elementi tal-bini tal-ġebel magħmulin mit-tafal irriċiklat

260020-00-0301

Karbonat tal-kalċju fin bħala addittiv attiv b’funzjoni ta’ legant katalitiku għall-konkos

330499-01-0601

Elementi ta’ fissaġġ marbutin għall-użu fil-konkos

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 001-5’ u EAD 330499-00-0601)

331433-00-0601

Ankraġġ injettat għall-bords tal-iżolament termali

332277-00-0601

Elementi ta’ fissaġġ għal ‘push-pull props’ għal elementi prefabbrikati ta’ ħitan/kolonni

340308-00-0203

Kits għall-bini tal-injam

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 007’)

340392-00-0104

Sistemi CRM (Compost Reinforced Mortar) għar-rinforz ta’ strutturi tal-konkos u tal-ġebel

350865-00-1106

Prodotti ritardanti tan-nar.

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 028’)”