26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1555

tat-22 ta’ Ottubru 2020

li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mir-Repubblika tal-Latvja,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta’ Settembru 2020.

(2)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (2). Siġġu fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għar-Repubblika tal-Latvja kien baqa’ vakanti u kien jeħtieġ li jimtela’ b’deċiżjoni ta’ ħatra sussegwenti, li tapplika b’mod retroattiv mill-21 ta’ Settembru 2020.

(3)

Permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Settembru 2020, ir-Repubblika tal-Latvja kkonfermat in-nomina tas-Sa Katrīna LEITĀNE għall-ħatra bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodumill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, sabiex tikkompleta l-lista tal-membri tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Katrīna LEITĀNE, Representative of the National Youth Council of Latvia, hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-21 ta’ Settembru 2020.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

(2)   ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1.