19.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/29 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1513
tal-15 ta’ Ottubru 2020
dwar ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja
(Notifikata bid-dokument C(2020) 7014)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ħnieżer u tisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered ma’ popolazzjonijiet oħra ta’ ħnieżer selvaġġi u ma’ azjendi agrikoli tal-ħnieżer. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. B’mod partikolari, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi ċerti miżuri li jridu jittieħdu wara li jkun ġie kkonfermat każ wieħed jew aktar tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi. |
(4) |
Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni attwali fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fit-territorju tagħha, wara li feġġ każ ta’ din il-marda fl-istat ta’ Brandenburg ta’ dak l-Istat Membru federali, u f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, ħadet għadd ta’ miżuri li jinkludu l-istabbiliment taż-żona infettata, li fiha japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ dik il-marda. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1270 (4) ġiet adottata wara li ġiet stabbilita ż-żona infettata fil-Ġermanja, f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE. |
(6) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn lill-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li tiġi identifikata fil-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja, f’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. |
(7) |
Għaldaqstant, iż-żona infettata fil-Ġermanja jenħtieġ li tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(8) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1270 jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġermanja għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita minn dak l-Istat Membru, fejn japplikaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1270 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2020.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1270 tal-11 ta’ Settembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Ġermanja (ĠU L 297I, 11.9.2020, p. 1).
ANNESS
Iż-żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fil-Ġermanja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Id-data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||
Landkreis Oder-Spree
|
It-30 ta’ Novembru 2020 |
||||||||||||||||||||||||
Landkreis Dahme-Spreewald
|
It-30 ta’ Novembru 2020 |
||||||||||||||||||||||||
Landkreis Spree-Neiße
|
It-30 ta’ Novembru 2020 |