16.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1490

tat-12 ta’ Ottubru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-FSE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tal-proċeduri tar-riżoluzzjoni tat-tilwim u tal-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) (1) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/156/KE (2). Dan qiegħed jiġi applikat b’mod provviżorju mit-3 ta’ Settembru 2016.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 59(1) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-FSE għandu jadotta r-regolament tal-proċedura li jirregola l-proċeduri tar-riżoluzzjoni tat-tilwim.

(3)

Il-Kumitat tal-FSE, fil-laqgħa annwali tiegħu li jmiss, se jkun meħtieġ jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-proċeduri tar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri anness magħhom.

(4)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat tal-FSE, fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-proċeduri tar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri sa fejn din id-deċiżjoni tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-FSE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat tal-FSE stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, hija bbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE tal-adozzjoni tal-proċeduri tar-riżoluzzjoni tat-tilwim u tal-kodiċi ta’ kondotta tal-arbitri (3).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 59, 3.3.2009, p. 3

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/156/KE tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Côte d’Ivoire, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 59, 3.3.2009, p. 1).

(3)  Ara d-dokument ST 10612/20 hawnhekk: http://register.consilium.europa.eu