2.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1385

tal-1 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fis-27 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/458 (2).

(3)

Il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw persuna waħda jenħtieġ li jiġu estiżi b’perijodu ieħor ta’ sitt xhur u jenħtieġ li jitħassru l-entrati għal żewġ persuni.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 17, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrata 15 fl-Anness II sat-2 ta’ April 2021.

4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrata 20 fl-Anness IV sat-2 ta’ April 2021.”;

(2)

l-Anness II u l-Anness IV huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/458 tas-27 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 97, 30.3.2020, p. 13).


ANNESS

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness II (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)), l-entrata 14 (dwar SALEH ISSA GWAIDER, Agila) u l-entrata 16 (dwar ABU SAHMAIN, Nuri) jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni);

(2)

fl-Anness IV (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), l-entrata 19 (dwar SALEH ISSA GWAIDER, Agila) u l-entrata 21 (dwar ABU SAHMAIN, Nuri) jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni).