|
25.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/40 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1334 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Settembru 2020
li taħtar kapijiet ta’ unitajiet ta’ xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet delegati rigward is-setgħat superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2019/323 (BĊE/2020/42)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/322 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar id-delegazzjoni tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
|
(2) |
Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li taħtar kap ta' unità ta' xogħol wieħed jew aktar biex jieħu jew jieħdu deċiżjonijiet abbażi ta' deċiżjoni ta' delega. |
|
(3) |
L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta’ destinatarji li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fil-ħatra ta' kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/323 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/5) (3) tispeċifika l-kapijiet tal-unitajiet ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet delegati skont i-Deċiżjoni (UE) 2019/322 (BĊE/2019/4). |
|
(5) |
L-Artikolu 10.1 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (4) jipprovdi li l-Bord Eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar in-numru, l-isem u l-kompetenza rispettivi ta’ kull waħda mill-unitajiet ta' xogħol tal-BĊE. |
|
(6) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2020, se jsiru bidliet organizzattivi fis-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, inkluż il-ħolqien ta’ żewġ oqsma ta’ ħidma addizzjonali, ir-ridistribuzzjoni tal-kompiti u l-għoti ta’ isem ġdid lill-oqsma ta’ ħidma. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni (UE) 2019/323 (BĊE/2019/5) mhux se tibqa’ tirrifletti l-istruttura organizzattiva tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE. |
|
(7) |
Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali. |
|
(8) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/323 (BĊE/2019/5) għandha titħassar. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Deċiżjonijiet iddelegati dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali
Deċiżjonijiet iddelegati skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/322 (BĊE/2019/4) jiġu adottati minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:
|
(a) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Banek Sistemiċi u Internazzjonali, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp rilevanti taħt superviżjoni titwettaq mid-Direttorat Ġenerali Banek Sistemiċi u Internazzjonali; |
|
(b) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti tkun imwettqa mid-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Universali u Diversifikati; |
|
(c) |
id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinjifikanti, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp rilevanti taħt superviżjoni titwettaq mid-Direttorat Ġenerali Istituzzjonijiet Speċjalizzati u Istituzzjonijiet Inqas Sinjifikanti. |
Artikolu 2
Revoka u dħul fis-seħħ
1. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/323 (BĊE/2019/5) hija mħassra.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2020.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Settembru 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.
(3) Deċiżjoni (UE) 2019/323 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/5) (ĠU L 55, 25.2.2019, p. 16).
(4) Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 005 P. 46 - 50).