|
27.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/5 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1222
tal-24 ta’ Awwissu 2020
dwar l-approvazzjoni ta’ dwal estern tal-vetturi effiċjenti li juża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-NEDC skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-manifatturi Toyota Motor Europe, Opel Automobile GmbH–PSA, FCA Italy S.p.A., Automobiles Citroën, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA, Audi AG, Ford-Werke GmbH, Jaguar Land Rover Ltd., Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Škoda Auto a.s., BMW AG, Renault SA, Honda Motor Europe Ltd, Volkswagen AG u Volkswagen AG Nutzfahrzeuge ppreżentaw applikazzjoni konġunta (“l-applikazzjoni”) għall-approvazzjoni, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ta’ dawl effiċjenti esterna bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl (“dawl LED estern effiċjenti”) bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna li jistgħu jaħdmu bil-petrol, bid-diżil u b’ċerti fjuwils alternattivi. |
|
(2) |
L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (2) kif ukoll il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (4). Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn rapport ta’ verifika mwettaq minn korp indipendenti u ċċertifikat. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għal iffrankar tal-emissjonijiet ta’ CO2 li ma jistax jintwera bil-kejl imwettaq skont iċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (“it-test NEDC”) kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5). |
|
(4) |
L-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl biex titjieb l-effiċjenza tat-tidwil estern tal-vettura diġà ġie approvat għal ċerti dwal esterni ta’ karozzi tal-passiġġieri permezz tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE (6), (UE) 2015/206 (7), (UE) 2016/160 (8) u (UE) 2016/587 (9) (imsejħa flimkien “id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni ta’ approvazzjoni mgħoddija”) bħala teknoloġija innovattiva biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 b’mod li mhux kopert mill-kejl li jsir bħala parti mit-test NEDC. |
|
(5) |
Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-qafas tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-approvazzjoni mgħoddija, kif ukoll fuq ir-rapporti u l-informazzjoni pprovduti mal-applikazzjoni, intwera b’mod sodisfaċenti u konklużiv li dawl LED estern effiċjenti jew kombinazzjonijiet xierqa tiegħu jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 u jipprovdu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ mill-inqas 1 g ta’ CO2/km meta mqabbel mal-istess sett ta’ dwal esterni ta’ linja bażi. |
|
(6) |
Minbarra d-dawl estern tal-vettura li għalih diġà ġie approvat l-użu ta’ dwal LED effiċjenti fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni mgħoddija, l-applikazzjoni tirreferi wkoll għall-użu ta’ dwal LED esterni effiċjenti fid-dwal għall-kantunieri, dwal li jimmarkaw it-truf tal-vettura u li jimmarkaw il-ġnub. Billi dawk id-dwal ma jinxtegħlux waqt il-kejl imwettaq bħala parti mit-test NEDC, huwa xieraq li jiġi approvat l-użu ta’ dwal LED esterni effiċjenti wkoll f’dak id-dwal. |
|
(7) |
L-applikazzjoni tistabbilixxi metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ dwal LED esterni ta’ effiċjenza għolja f’medda ta’ dwal tal-vetturi għall-użu f’vetturi kummerċjali ħfief imħaddma b’magni b’kombustjoni interna li jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew b’E85. |
|
(8) |
Meta titqies id-disponibbiltà limitata tal-E85 fis-suq tal-Unjoni kollu kemm hu, mhuwiex xieraq li għall-finijiet tal-metodoloġija tal-ittestjar issir distinzjoni ta’ dan il-fjuwil bħala differenti mill-petrol. |
|
(9) |
L-applikanti pprovdew studji li jsostnu li x-xejriet tal-użu ta’ vetturi kummerċjali ħfief u dawk tal-karozzi tal-passiġġieri, fir-rigward tal-użu tad-dawl tal-vetturi estern, huma simili biżżejjed biex jippermettu li tiġi applikata l-istess metodoloġija għall-vetturi kummerċjali ħfief bħal dik stabbilita fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni mgħoddija. |
|
(10) |
Madankollu, fir-rigward ta’ fanali għall-kantunieri, il-fanali tal-liwi statiku, id-dwal li jimmarkaw it-trufijiet tal-forma u d-dwal li jimmarkaw il-ġnub, li ma ġewx koperti mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni mgħoddija, l-applikanti pproponew li jiġu inklużi fatturi ta’ użu speċifiku u valuri tal-konsum tal-enerġija fil-metodoloġija tal-ittestjar. Minħabba li l-fatturi tal-użu u l-valuri tal-konsum tal-enerġija proposti mill-applikanti għal dawk id-dwal jirriżultaw f’valuri li jistgħu jitqiesu konservattivi, huwa xieraq li dawk il-fatturi u valuri jiżdiedu mal-metodoloġija tal-ittestjar. |
|
(11) |
Il-metodoloġija għandha tkun ikkumplimentata wkoll biex ikun żgurat li tista’ titqies il-preżenza ta’ sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS) użati fi dwal b’raġġ baxx. |
|
(12) |
B’kont meħud ta’ dawk iż-żidiet, jenħtieġ li l-metodoloġija tal-ittestjar titqies bħala xierqa biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ teknoloġija innovattiva f’vetturi kummerċjali ħfief. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ dwal LED esterni effiċjenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li, għal dak il-għan, il-manifatturi jiżguraw li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u li l-iffrankar ġie ddeterminat skont il-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(14) |
Sabiex jiġi ffaċilitat użu usa’ tat-teknoloġija innovattiva f’vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika darba għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 minn diversi sistemi ta’ dwal LED esterni permezz ta’ applikazzjoni waħda ta’ ċertifikazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li fejn tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva l-użu esklussiv ta’ dawk is-sistemi ta’ dwal LED esterni effiċjenti li joffru l-ogħla effiċjenza. |
|
(15) |
Hija r-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tivverifika bir-reqqa li l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ teknoloġija innovattiva kif speċifikat f’din id-Deċiżjoni jkunu ġew issodisfati. Jekk tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità responsabbli tal-approvazzjoni tat-tip tiżgura li l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni jiġu rreġistrati f’rapport tat-test u li dan jinżamm flimkien mar-rapport ta’ verifika u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba. |
|
(16) |
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li jrid jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), hemm bżonn li jiġi attribwit kodiċi individwali għat-teknoloġija innovattiva. |
|
(17) |
Mill-2021, il-konformità tal-manifatturi mal-miri tal-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi tagħhom għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (11). L-iffrankar ta’ CO2 mit-teknoloġija innovattiva ċċertifikata b’referenza għal din id-Deċiżjoni jista’ għalhekk jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifatturi għas-sena kalendarja 2020 biss, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Teknoloġija innovattiva
L-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl effiċjenti f’dawl estern tal-vetturi huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631 għall-użu f’vetturi kummerċjali ħfief imħaddma minn magni b’kombustjoni interna li jistgħu jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E85, jew kombinazzjoni ta’ dawk il-fjuwils, fejn jintuża f’wieħed jew f’diversi minn dawn id-dwal esterni tal-vettura:
|
(a) |
Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx (inkluża sistema Adattiva tad-Dawl ta’ Quddiem); |
|
(b) |
Fanal ta’ quddiem b’raġġ għoli; |
|
(c) |
Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem; |
|
(d) |
Fanal għaċ-ċpar ta’ quddiem; |
|
(e) |
Fanali għaċ-ċpar ta’ wara; |
|
(f) |
Fanal tal-indikatur tat-tidwir ta’ quddiem; |
|
(g) |
Fanal tal-indikatur tat-tidwir ta’ wara; |
|
(h) |
Fanal tal-pjanċi; |
|
(i) |
Fanal tar-rivers; |
|
(j) |
Fanal għall-kantunieri; |
|
(k) |
Dawl ta’ Liwi Statiku; |
|
(l) |
Dwal li jindikaw it-trufijiet tal-forma; |
|
(m) |
Dwal tal-markaturi tal-ġenb. |
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2
1. Manifattur jista’ japplika għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ dawl LED estern effiċjenti wieħed jew aktar b’referenza għal din id-Deċiżjoni.
2. Il-manifattur għandu jiżgura li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ġew issodisfati.
3. Fejn l-iffrankar ikun ġie ċċertifikat skont l-Artikolu 3, il-manifattur għandu jiżgura li l-iffrankar iċċertifikat ta’ CO2 u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) jiġu rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-vetturi kkonċernati.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2
1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-iffrankar ta’ CO2 miksub mill-użu tat-teknoloġija innovattiva jkun ġie ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
2. Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 minn diversi sistemi ta’ dwal estern ta’ effiċjenza għolja msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward ta’ verżjoni waħda ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mis-sistemi ta’ dwal LED estern ta’ effiċjenza għolja li ġew ittestjati trendi l-inqas iffrankar ta’ CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti. Dak il-valur għandu jintuża għall-finijiet tal-paragrafu 4.
3. Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew fjuwil flessibbli, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 kif ġej:
|
(a) |
għal vetturi bifjuwil li jużaw il-petrol u fjuwils gassużi, il-valur ta’ ffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-fjuwils LPG jew CNG; |
|
(b) |
għall-vetturi fjuwil flessibbli li jużaw il-petrol u l-E85, il-valur tal-iffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-petrol. |
4. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 iċċertifikat li jkun ġie ddeterminat skont il-paragrafi 1 u 2, u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.
5. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni f’rapport tat-test u dan iżżommu flimkien mar-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 2(2), u għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba.
6. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar ta’ CO2 biss, jekk issib li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, u jekk l-iffrankar ta’ CO2 miksub ikun 1 g CO2/km jew aktar, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
1. It-teknoloġija innovattiva approvata b’din id-Deċiżjoni tingħata l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni 34.
2. L-iffrankar ta’ CO2 rreġistrat skont ir-referenza għal dak il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni jista’ jitqies biss għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi għas-sena kalendarja 2020.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
(4) https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/206 tad-9 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tad-dawl effiċjenti fuq barra tad-Daimler AG bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 52).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta’ Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17).
(10) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
ANNESS
Metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 għad-Dawl LED Estern Effiċjenti taħt l-NEDC għall-użu f’vetturi kummerċjali ħfief
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ CO2 (id-diossidu tal-karbonju) li jrid jiġi attribwit għall-użu ta’ dawl estern effiċjenti tal-vetturi li juża kombinazzjoni waħda jew xierqa ta’ dwal LED, minn dawk elenkati fl-Artikolu 1, għall-użu fil-vetturi kummerċjali N1 li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna.
2. KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti UN/ECE Nru (1), 6 (2), 7 (3), 19 (4), 23 (5), 38 (6), 48 (7), 91 (8) 100 (9), 112 (10), 119 (11) u 123 (12) (1). Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 6.1.4 tar-Regolament UN/ECE Nru 112 u l-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tal-istess Regolament.
Għas-sistema adattiva tad-dawl ta’ quddiem (AFS) b’raġġ baxx li taqa’ fi ħdan mill-inqas tnejn mill-Klassijiet C, E, V jew W kif definit fir-Regolament UN/ECE Nru 123 (ara t-tabella 1), il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir bl-intensità LED ta’ kull klassi (Pk), fejn k tikkorrispondi għal kull klassi speċifikata fit-tabella 1 kif definit fir-Regolament UN/ECE 123.
Jekk ikun hemm qbil mas-servizz tekniku li l-Klassi C hija l-intensità ta’ LED rappreżentattiva/medja għall-applikazzjoni tal-vettura, il-kejlijiet tal-konsum tal-enerġija għandhom isiru bl-istess mod bħal għal kwalunkwe dawl LED estern ieħor inkluż fil-kombinazzjoni.
Tabella 1
Klassijiet ta’ AFS b’Raġġ baxx
|
Klassi |
Ara l-punt 1.3 u n-nota f’qiegħ il-paġna 2 tar-Regolament UN/ECE Nru 123 |
% ta’ Intensità tal-LED |
Modalità ta’ Attivazzjoni (*1) |
|
C |
Mogħdija tar-Raġġi Bażi (Pajjiż) |
100 |
50 km/h < veloċità < 100 km/h Jew meta ma tiġi attivata l-ebda klassi ta’ mogħdija tar-raġġi oħra (V, W, E) |
|
V |
Belt |
85 |
Veloċità < 50 km/h |
|
E |
Awtostrada |
110 |
Veloċità > 100 km/h |
|
W |
Kundizzjonijiet Avversi |
90 |
Wajper tal-windscreen attiv > 2 minuti |
2.1. Tagħmir tat-test
Għandu jintuża t-tagħmir tat-test li ġej:
|
— |
unità tal-provvista tal-enerġija (jiġifieri provvista ta’ vultaġġ varjabbli); |
|
— |
żewġ multimiters diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett. |
Il-Figura 1 turi konfigurazzjoni possibbli ta’ test, fejn il-miter tal-vultaġġ tal-kurrent dirett huwa integrat fl-unità għall-provvista tal-enerġija.
2.2. Kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija
2.2.1. Il-kejl tal-konsum tal-enerġija
Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż f’kombinazzjoni, il-kejl tal-kurrent għandu jsir b’vultaġġ ta’ 13,2 V. Il-modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b’ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.
Il-manifattur jista’ jitlob li jsir kejl addizzjonali tal-kurrent b’vultaġġi oħra, meta l-ħtieġa li jsir dan tista’ tintwera fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni vverifikata.
Fi kwalunkwe każ il-kejl (n) għandu jsir għal kull vultaġġ ta’ mill-inqas ħames darbiet wara xulxin. Il-vultaġġ applikat u l-kurrent imkejjel iridu jitniżżlu f’erba’ ċifri deċimali.
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat billi l-vultaġġ jiġi mmultiplikat bil-kurrent imkejjel. Il-medja tal-konsum tal-enerġija għal kull dawl LED estern effiċjenti (
Formula 1
fejn
|
|
huwa l-vultaġġ ittestjat ta’ kull dawl ta’ vettura LED i |
|
|
huwa l-kurrent imkejjel ta’ kull dawl ta’ vettura LED i |
|
n |
huwa n-numru ta’ kejliet tal-kampjun |
|
j |
tirreferi għal kejl individwali tal-konsum tal-enerġija |
Fil-każ ta’ AFS b’raġġ baxx, il-konsum tal-enerġija (
Formula 2
fejn
|
|
huwa l-konsum tal-enerġija fl-intensità LED għal kull klassi k bħala l-medja tal-kejl konsekuttiv n. |
|
K |
huwa n-numru ta’ klassijiet assoċjati mal-AFS b’raġġ baxx. |
|
NEDC_share |
huwa s-sehem tal-ħin tal-NEDC għal kull medda ta’ veloċità f’kull klassi kif definit fit-Tabella 2. |
Tabella 2
Is-sehem tal-ħin tal-NEDC għal kull medda ta’ veloċità
|
Medda ta’ veloċità |
NEDC_share |
|
< 50 km/h |
0,6805 |
|
50–100 km/h |
0,2881 |
|
> 100 km/h |
0,0314 |
Meta l-AFS b’raġġ baxx ma jaqax taħt l-erba’ klassijiet speċifikati fit-tabella 1, l- NEDC_share tal-klassijiet nieqsa għandha tiġi attribwita lill-klassi C.
2.2.2. Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija
L-iffrankar tal-enerġija ta’ kull dawl LED estern effiċjenti (ΔPi) [W] għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-Formula 3.
Formula 3
fejn,
|
|
huwa l-konsum tal-enerġija tal-linja bażi mid-dwal tal-vettura i [W] |
|
|
huwa l-medja tal-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vettura ekoinnovattiv korrispondenti i [W] |
Il-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vettura tal-linja bażi differenti huwa definit fit-Tabella 3.
Tabella 3
Konsum tal-enerġija għad-dwal differenti tal-vetturi fil-linja bażi
|
Dawl tal-vettura |
Konsum tal-Enerġija (PB) [W] |
|
Fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi |
137 |
|
Fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin |
150 |
|
Pożizzjoni ta’ quddiem |
12 |
|
Pjanċa tar-reġistrazzjoni |
12 |
|
Fanali ta’ quddiem għaċ-ċpar |
124 |
|
Fanali ta’ wara għaċ-ċpar |
26 |
|
Fanal tal-indikaturi tat-tidwir ta’ quddiem |
13 |
|
Fanal tal-indikaturi tat-tidwir ta’ wara |
13 |
|
Fanal tar-rivers |
52 |
|
Fanal għall-kantunieri |
44 |
|
Fanal ta’ Liwi Statiku |
44 |
|
Fanali li jimmarkaw it-tarf tal-forma (wisa’ tal-vetturi ta’ > 2,1 m) |
12 |
|
Fanali li jimmarkaw il-ġnub (tul ta’ vetturi > 6 m) |
24 |
3. IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
L-iffrankar ta’ CO2 għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 4.
Formula 4
fejn,
|
v |
hija l-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC li hija 33,58 km/h |
|
ηA |
l-effiċjenza tal-alternatur, li hija 0,67 |
|
UFi |
huwa l-fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura i kif definit fit-Tabella 4 |
|
VPe |
huwa l-konsum tal-enerġija effettiva għal kull fjuwil approvat, kif definit fit-Tabella 5 |
|
CF |
huwa l-fattur ta’ konverżjoni tal-fjuwil kif speċifikat fit-Tabella 6. |
Tabella 4
Il-fattur tal-użu għal tipi differenti ta’ dwal tal-vetturi
|
Dawl tal-vettura |
Il-fattur tal-użu (UF) |
|
Fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi |
0,33 |
|
Fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin |
0,03 |
|
Pożizzjoni ta’ quddiem |
0,36 |
|
Pjanċa tar-reġistrazzjoni |
0,36 |
|
Fanali ta’ quddiem għaċ-ċpar |
0,01 |
|
Fanali ta’ wara għaċ-ċpar |
0,01 |
|
Fanal tal-indikaturi tat-tidwir ta’ quddiem |
0,15 |
|
Fanal tal-indikaturi tat-tidwir ta’ wara |
0,15 |
|
Fanal tar-rivers |
0,01 |
|
Fanal għall-kantunieri |
0,025 |
|
Fanal ta’ Liwi Statiku |
0,039 |
|
Fanali li jimmarkaw it-tarf tal-forma (wisa’ tal-vetturi ta’ > 2,1 m) |
0,36 |
|
Fanali li jimmarkaw il-ġnub (tul ta’ vetturi > 6 m) |
0,36 |
Tabella 5
Il-konsum ta’ enerġija effettiva
|
Tip ta’ magna |
Konsum tal-enerġija effettiva VPe[l/kWh] |
|
Petrol/E85 |
0,264 |
|
Petrol/E85 Turbo |
0,280 |
|
Diżil |
0,220 |
|
LPG |
0,342 |
|
LPG Turbo |
0,363 |
|
|
Konsum tal-enerġija effettiva VPe [m3/kWh] |
|
CNG (G20) |
0,259 |
|
CNG (G20) Turbo |
0,275 |
Tabella 6
Fattur ta’ Konverżjoni tal-Fjuwil
|
Tip ta’ fjuwil |
Fattur ta’ konverżjoni (CF) [g CO2] |
|
Petrol/E85 |
2 330 |
|
Diżil |
2 640 |
|
LPG |
1 629 |
|
|
Fattur ta’ konverżjoni (CF) [g CO2/m3] |
|
CNG (G20) |
1 795 |
4. KALKOLU TAL-INĊERTEZZA TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
4.1. Metodoloġija ġenerali
L-inċertezza tal-iffrankar ta’ CO2 (
Formula 5
fejn,
|
m |
huwa n-numru ta’ dwal LED esterni fil-kombinazzjonijiet ittestjat. |
|
|
huwa l-marġini ta’ statistika tal-konsum tal-enerġija ta’ kull dawl LED imwaħħal f’vettura ekoinnovattiva, li għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 6. |
Formula 6
F’każ ta’ AFS b’raġġ baxx, il-marġni statistiku tal-konsum tal-enerġija elettrika (
Formula 7
Formula 8
fejn,
|
n |
huwa l-għadd ta’ kejl tal-konsum tal-enerġija, li jkun mill-inqas 5 kif indikat fit-taqsima 2.2.1 |
|
i |
tikkorrespondi għal kull dawl tal-vettura |
|
j |
tirreferi għal kejl individwali tal-konsum tal-enerġija |
|
|
hija l-medja tal-valuri n ta’Pk |
|
K |
huwa n-numru ta’ klassijiet assoċjati mal-AFS b’raġġ baxx. |
5. TQARRIB
L-iffrankar ta’ CO2 (
Kull valur użat fil-kalkolu tal-iffrankar ta’ CO2 għandu jew jiġi applikat mingħajr aġġustament jew inkella jiġi aġġustat ’il fuq u jiġi espress sal-għadd minimu ta’ punti deċimali li jippermettu li l-impatt totali massimu (jiġifieri l-impatt ikkombinat tal-valuri aġġustati kollha) fuq l-iffrankar ikun inqas minn 0,25 [g CO2/km].
6. VERIFIKA MAL-LIMITU MINIMU TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura għal kull tip, varjant u verżjoni ta’ vettura mgħammra bi dwal LED esterni ta’ barra effiċjenti li l-kriterju ta’ limitu minimu kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 ikun issodisfat.
Meta tkun qed tivverifika jekk il-kriterju ta’ limitu minimu ikunx issodisfat, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tqis, skont il-Formula 9, l-iffrankar ta’ CO2 stabbilit fil-punt 3 u l-inċertezza determinata fil-punt 4.
Formula 9
fejn,
|
MT |
huwa l-limitu minimu ekwivalenti għal 1 g ta’ CO2/km |
|
|
huwa l-iffrankar ta’ CO2 [g Co2/km] kif definit fil-punt 3 |
|
|
hija l-inċertezza tal-iffrankar ta’ CO2 ikkalkulata skont il-punt 4 [g CO2/km]. |
7. ĊERTIFIKAZZJONI TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip trid tiċċertifika l-iffrankar ta’ CO2 skont il-punt 3 abbażi tal-kejl tas-sistema tad-Dawl LED u tal-lampi aloġeni tal-linja bażi bl-użu tal-metodoloġija tat-test stabbilita f’dan l-Anness. Meta l-iffrankar fl-emissjonijiet ta’ CO2 ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament.
(1) (1) ĠU L 4, 7.1.2012, p. 17, (2) ĠU L 213, 18.7.2014, p. 1, (3) ĠU L 285, 30.9.2014, p. 1, (4) ĠU L 250, 22.8.2014, p. 1, (5) ĠU L 237, 8.8.2014, p. 1, (6) ĠU L 148, 12.6.2010, p. 55, (7) ĠU L 323, 6.12.2011, p. 46, (8) ĠU L 164, 30.6.2010, p. 69, (9) ĠU L 302, 28.11.2018, p. 114, (10) ĠU L 250, 22.8.2014, p. 67, (11) ĠU L 89, 25.3.2014, p. 101, (12) ĠU L 222, 24.8.2010, p. 1.
(*1) Il-veloċitajiet tal-attivazzjoni li għandhom jiġu ċċekkjati għal kull applikazzjoni ta’ vettura skont ir-Regolament UN/ECE Nru 48 it-Taqsima 6, il-Kapitolu 6.22, il-paragrafi 6.22.7.4.1 (klassi C), 6.22.7.4.2 (klassi V), 6.22.7.4.3 (klassi E), 6.22.7.4.4 (klassi W).