|
14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 432/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għal Ċipru
(2020/C 432 I/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2020 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2020 sal-24 ta' Settembru 2022. |
|
(2) |
Il-Gvern ta' Ċipru ppreżenta nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta' Settembru 2022:
|
I. |
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
|
II. |
RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
|
|
III. |
RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
|
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Settembru 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 315I, 23.9.2020, p. 5).