3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/121


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1146

tal-31 ta’ Lulju 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li hu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid jkun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI.

(3)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati li ġejjin u emenda għalihom: EN 50620:2017 u EN 50620:2017/A1:2019 għall-kejbils li jiċċarġjaw vetturi elettriċi; EN IEC 60947-9-1:2019 għall-mitigazzjoni ta’ xortjar ta’ elettriku; u EN 61643-31:2019 għal apparati ta’ vultaġġ baxx li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent.

(4)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards li ġejjin, ir-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) (3): EN 60691:2003; EN 60728-11:2010; EN 60934:2001; EN 60974-2:2013; EN 60974-3:2014; EN 60974-5:2013; EN 60974-7:2013; EN 61535:2009; EN 61558-1:2005; EN 61851-1:2011; u EN 62275:2015. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi għalihom: EN 60691:2016 u EN 60691:2016/A1:2019 għal fjusis termiċi; EN 60728-11:2017 u EN 60728-11:2017/A11:2018 għal tagħmir ta’ networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi; EN IEC 60934:2019 għal salvaviti awtomatiċi għal tagħmir (CBE); EN IEC 60947-9-1:2019 għal apparat li jrażżan l-ark; EN IEC 60974-2:2019, EN IEC 60974-3:2019, EN IEC 60974-5:2019 u EN IEC 60974-7:2019 għal saldatura bl-ark; EN IEC 61535:2019 għal igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi; EN IEC 61558-1:2019 għal transformers, reatturi, unitajiet ta’ provvista ta’ enerġija, u kombinazzjonijiet tagħhom; EN IEC 61851-1:2019 għal sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi; u EN IEC 62275:2019 għal rbit ta’ kejbils għal installazzjonijiet elettriċi.

(5)

Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u Cenelec emendaw l-istandards li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4): EN 60335-1:2012; u EN 60335-2-4:2010. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019 u EN 60335-1:2012/A14:2019 għal apparati elettriċi domestiċi u apparati simili; u EN 60335-2-4:2010/A2:2019 għal idroestratturi ċentrifugi. Is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards li ġejjin, ir-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02): EN 60335-2-5:2015; EN 60335-2-7:2010; EN 60335-2-12:2003; EN 60335-2-13:2010; EN 60335-2-17:2013; EN 60335-2-35:2016; EN 60335-2-47:2003; EN 60335-2-48:2003; EN 60335-2-49:2003; EN 60335-2-52:2003; EN 60335-2-61:2003; EN 60335-2-66:2003; EN 60335-2-84:2003; EN 60335-2-87:2002; EN 60335-2-98:2003; EN 60947-5-4:2003; EN 61347-2-7:2012; EN 61347-2-11:2001; EN 61386-1:2008; u EN 62035:2014. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 60335-2-5:2015/A11:2019 għal magni tal-ħasil tal-platti; EN 60335-2-7:2010/A2:2019 għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ; EN 60335-2-12:2003/A2:201 u EN 60335-2-12:2003/A11:2019, għal apparat li jżomm l-ikel sħun u apparati simili; EN 60335-2-13:2010/A1:2019 għal twaġen tal-qali bix-xaħam jew żejt, twaġen tal-qali u apparati simili; EN 60335-2-17:2013/A11:2019 għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili; EN 60335-2-35:2016/A1:2019 għal ħiters tal-ilma istantanji; EN 60335-2-47:2003/A2:2019 għal borom elettriċi għal użu kummerċjali; EN 60335-2-48:2003/A2:2019 għal grills elettriċi kummerċjali u towsters għal użu kummerċjali; EN 60335-2-49:2003/A2:2019 għal apparati elettriċi kummerċjali li jżommu sħan l-ikel u reċipjenti tat-tisjir; EN 60335-2-52:2003/A12:2019 għal apparati għall-iġjene orali; EN 60335-2-61:2003/A11:2019 għal apparati għal ħiters li jżommu s-sħana fihom; EN 60335-2-66:2003/A11:2019 għal ħiters għal imtieraħ mimlijin bl-ilma; EN 60335-2-84:2003/A2:2019 għal lokijiet; EN 60335-2-87:2002/A2:2019 għal apparati biex jistordu l-annimali bl-elettriku; EN 60335-2-98:2003/A11:2019 għal apparati li jiġġeneraw l-umdità; EN 60947-5-4:2003/A1:2019 għal apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll; EN 61347-2-7:2012/A1:2019 għal dawl f’każ ta’ emerġenza; EN 61347-2-11:2001/A1:2019 għal ċirkwiti elettroniċi eteroġenei użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni; EN 61386-1:2008/A1:2019 għal immaniġġjar ta’ kejbils; u EN 62035:2014/A1:2019 għal bozoz b’karga.

(6)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi għalihom jikkonformawx mat-talba M/511.

(7)

L-istandards armonizzati EN 50620:2017 kif emendati bi EN 50620:2017/A1:2019, EN IEC 60947-9-1:2019, EN 61643-31:2019, EN 60691:2003, EN 60728-11:2010, EN 60934:2001, EN 60974-2:2013, EN 60974-3:2014, EN 60974-5:2013, EN 60974-7:2013, EN 61535:2009, EN 61558-1:2005, EN 61851-1:2011, EN 62275:2015, EN 669-1:2018, EN 60335-1:2012 kif emendati bi EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019 u EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-2-4:2010 kif emendati bi EN 60335-2-4:2010/A2:2019, EN 60335-2-5:2015 kif emendati bi EN 60335-2-5:2015/A11:2019, EN 60335-2-7:2010 kif emendati bi EN 60335-2-7:2010/A2:2019, EN 60335-2-12:2003 kif emendati bi EN 60335-2-12:2003/A11:2019, EN 60335-2-13:2010 kif emendati bi EN 60335-2-13:2010/A1:2019, EN 60335-2-17:2013 kif emendati bi EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-35:2016 kif emendati bi EN 60335-2-35:2016/A1:2019, EN 60335-2-47:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-48:2003 kif emendati bi EN 60335-2-48:2003/A2:2019, EN 60335-2-49:2003 kif emendati bi EN 60335-2-49:2003/A2:2019, EN 60335-2-52:2003 kif emendati bi EN 60335-2-52:2003/A12:2019, EN 60335-2-61:2003 kif emendati bi EN 60335-2-61:2003/A11:2019, EN 60335-2-66:2003 kif emendati bi EN 60335-2-66:2003/A11:2019, EN 60335-2-84:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-87:2002 kif emendati bi EN 60335-2-87:2002/A2:2019, EN 60335-2-98:2003 kif emendati bi EN 60335-2-98:2003/A11:2019, EN 60947-5-4:2003 kif emendati bi EN 60947-5-4:2003/A1:2019, EN 61347-2-7:2012 kif emendati bi EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 kif emendati bi EN 61386-1:2008/A1:2019, u EN 62035:2014 kif emendati bi EN 62035:2014/A1:2019, u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe referenza għall-istandards oħra ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jissodisfaw l-objettivi ta’ sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi għal dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi għal kwalunkwe standard ta’ emenda jew korrezzjoni rilevanti għalihom.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tipprevedi fl-Anness I, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(9)

Is-CEN u s-Cenelec abbozzaw ukoll ir-rettifiki li ġejjin, li jintroduċu korrezzjonijiet tekniċi fl-istandards eżistenti li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02): EN 60669-1:2018/AC:2018-11 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60669-1:2018 għal swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili; EN 61439-3:2012/AC:2019-04 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 61439-3:2012 għal bords għal distribuzzjoni maħsubin biex ikunu operati minn persuni ordinarji (DBO); EN 61557-9:2015/AC:2017-02 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 61557-9:2015 għal tagħmir biex isib ħsara fl-iżolazzjoni fis-sistemi IT; u EN 62026-3:2015/AC:2019-12 li jikkoreġi l-istandard armonizzat EN 62026-3:2015 għal tagħmir li jinteraġixxi biex jikkontrolla apparti (CDIs) DeviceNets. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati, jixraq li jiġu inklużi r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati flimkien mar-referenzi tar-rettifiki fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 li tipprevedi fl-Anness I ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/35/UE.

(10)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew riveduti, emendati jew ikkoreġuti, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standards emendatorji jew ta’ korrezzjoni għalihom li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 60691:2003, EN 60728-11:2010, EN 60934:2001, EN 60974-2:2013, EN 60974-3:2014, EN 60974-5:2013, EN 60974-7:2013, EN 61535:2009, EN 61558-1:2005, EN 61851-1:2011, EN 62275:2015, EN 669-1:2018, EN 61439-3:2012, EN 61557-9:2015, EN 62026-3:2015, EN 60335-1:2012, EN 60335-2-4:2010, EN 60335-2-5:2015, EN 60335-2-7:2010, EN 60335-2-12:2003, EN 60335-2-13:2010, EN 60335-2-17:2013, EN 60335-2-35:2016, EN 60335-2-47:2003, EN 60335-2-48:2003, EN 60335-2-49:2003, EN 60335-2-52:2003, EN 60335-2-61:2003, EN 60335-2-66:2003, EN 60335-2-84:2003, EN 60335-2-87:2002, EN 60335-2-98:2003, EN 60669-1:2018, EN 60947-5-4:2003, EN 61347-2-7:2012, EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 u EN 62035:2014. L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

(11)

Jeħtieġ li jiġu rtirati wkoll ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-1: 2012 u EN 60335-2-4:2010 flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard ta’ emenda jew korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew emendati. Għalhekk, jixraq li jitħassru dawk ir-referenzi mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

(12)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-istandards armonizzati EN 50620:2017, EN 50620:2017/A1:2019, EN IEC 60947-9-1:2019, EN 61643-31:2019, EN 60691:2003, EN 60728-11:2010, EN 60934:2001, EN 60974-2:2013, EN 60974-3:2014, EN 60974-5:2013, EN 60974-7:2013, EN 61535:2009, EN 61558-1:2005, EN 61851-1:2011, EN 62275:2015, EN 669-1:2018, EN 60335-1:2012 kif emendati bi EN 60335-1:2012/A1:2019, EN 60335-1:2012/A2:2019 u EN 60335-1:2012/A14:2019, EN 60335-2-4:2010 kif emendati bi EN 60335-2-4:2010/A2:2019, EN 60335-2-5:2015 kif emendati bi EN 60335-2-5:2015/A11:2019, EN 60335-2-7:2010 kif emendati bi EN 60335-2-7:2010/A2:2019, EN 60335-2-12:2003 kif emendati bi EN 60335-2-12:2003/A11:2019, EN 60335-2-13:2010 kif emendati bi EN 60335-2-13:2010/A1:2019, EN 60335-2-17:2013 kif emendati bi EN 60335-2-17:2013/A11:2019, EN 60335-2-35:2016 kif emendati bi EN 60335-2-35:2016/A1:2019, EN 60335-2-47:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-48:2003 kif emendati bi EN 60335-2-48:2003/A2:2019, EN 60335-2-49:2003 kif emendati bi EN 60335-2-49:2003/A2:2019, EN 60335-2-52:2003 kif emendati bi EN 60335-2-52:2003/A12:2019, EN 60335-2-61:2003 kif emendati bi EN 60335-2-61:2003/A11:2019, EN 60335-2-66:2003 kif emendati bi EN 60335-2-66:2003/A11:2019, EN 60335-2-84:2003 kif emendati bi EN 60335-2-47:2003/A2:2019, EN 60335-2-87:2002 kif emendati bi EN 60335-2-87:2002/A2:2019, EN 60335-2-98:2003 kif emendati bi EN 60335-2-98:2003/A11:2019, EN 60947-5-4:2003 kif emendati bi EN 60947-5-4:2003/A1:2019, EN 61347-2-7:2012 kif emendati bi EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 kif emendati bi EN 61386-1:2008/A1:2019, EN 62035:2014 kif emendati bi EN 62035:2014/A1:2019, EN 61439-3:2012 kif ikkoreġuti minn EN 61439-3:2012/AC:2019-04, EN 61557-9:2015 kif ikkoreġuti minn EN 61557-9:2015/AC:2017-02, EN 62026-3:2015 kif ikkoreġuti minn EN 62026-3:2015/AC:2019-12, u EN 60669-1:2018 kif ikkoreġuti minn EN 60669-1:2018/AC:2018-11, u kif emendati u kkoreġuti minn kwalunkwe referenza għall-istandards oħra ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-1:2012, EN 60335-2-4:2010, EN 60335-2-5:2015, EN 60335-2-7:2010, EN 60335-2-12:2003, EN 60335-2-13:2010, EN 60335-2-17:2013, EN 60335-2-35:2016, EN 60335-2-47:2003, EN 60335-2-48:2003, EN 60335-2-49:2003, EN 60335-2-52:2003, EN 60335-2-61:2003, EN 60335-2-66:2003, EN 60335-2-84:2003, EN 60335-2-87:2002, EN 60335-2-98:2003, EN 60669-1:2018, EN 60947-5-4:2003, EN 61347-2-7:2012, EN 61347-2-11:2001, EN 61386-1:2008 u EN 62035:2014, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standards ta’ emenda jew korrezzjoni għalihom ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(13)

L-istandard armonizzat EN 50178:1997 ġie rivedut mis-CEN u mis-Cenelec. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard EN 62477-1:2012 u l-emenda tiegħu, EN 62477-1:2012/A11:2014. Bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (5), ir-referenzi tal-istandard EN 62477-1:2012 u tal-emenda tiegħu, EN 62477-1:2012/A11:2014, ġew ippubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u r-referenza tal-istandard EN 50178:1997 ġiet inkluża fil-kolonna tal-istandards sostitwiti madankollu, mingħajr ma ġiet indikata data meta tintemm il-preżunzjoni tal-konformità. F’dik il-komunikazzjoni, ir-referenza tal-istandard EN 50178:1997 dehret ukoll fil-kolonna tal-istandards ippubblikati. Il-Komunikazzjoni (2018/C 326/02) ippubblikat kemm ir-referenzi tal-istandard EN 62477-1:2012 u tal-emenda tiegħu EN 62477-1:2012/A11:2014, kif ukoll dawk tal-istandard EN 50178:1997, mingħajr ma indikat li l-istandard EN 50178:1997 kien ġie sostitwit. Minħabba l-inċertezza rigward l-irtirar tar-referenza tal-istandard EN 50178:1997 mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi inkluża r-referenza ta’ EN 50178:1997 fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 li telenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li qed jiġu rtirati mis-serje C.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għal tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1956 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mit-3 ta’ Frar 2022.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tat-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru r-ringieli 2 u 3;

(2)

tiddaħħal ir-ringiela 2a li ġejja:

“2a.

EN 60335-1:2012

Sigurtà ta’ apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili – Sigurtà – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 60335-1:2012/A11:2014

EN 60335-1:2012/A13:2017

EN 60335-1:2012/A1:2019

EN 60335-1:2012/A2:2019

EN 60335-1:2012/A14:2019”

(3)

tiddaħħal ir-ringiela 3a li ġejja:

“3a.

EN 60335-2-4:2010

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-4: Rekwiżiti partikolari għal idroestratturi ċentrifugi għat-tessuti

EN 60335-2-4:2010/A1:2015

EN 60335-2-4:2010/A11:2018

EN 60335-2-4:2010/A2:2019”

(4)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“28.

EN 50620:2017

Kejbils tal-elettriku – Kejbils li jiċċarġjaw vetturi elettriċi

EN 50620:2017/A1:2019

29.

EN 60335-2-5:2015

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-5: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-platti

EN 60335-2-5:2015/A11:2019

30.

EN 60335-2-7:2010

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

EN 60335-2-7:2010/A1:2013

EN 60335-2-7:2010/A11:2013

EN 60335-2-7:2010/A2:2019

31.

EN 60335-2-12:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-12: Rekwiżiti partikolari għal apparat li jżomm l-ikel sħun u apparati simili

EN 60335-2-12:2003/A1:2008

EN 60335-2-12:2003/A2:2019

EN 60335-2-12:2003/A11:2019

32.

EN 60335-2-13:2010

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari għal twaġen tal-qali bix-xaħam jew żejt, twaġen tal-qali u apparati simili

EN 60335-2-13:2010/A11:2012

EN 60335-2-13:2010/A1:2019

33.

EN 60335-2-17:2013

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili

EN 60335-2-17:2013/A11:2019

34.

EN 60335-2-35:2016

Apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparati simili – Sigurtà – Part 2-35: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma istantanji

EN 60335-2-35:2016/A1:2019

35.

EN 60335-2-47:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-47: Rekwiżiti partikolari għal borom elettriċi għal użu kummerċjali

EN 60335-2-47:2003/AC:2007

EN 60335-2-47:2003/A1:2008

EN 60335-2-47:2003/A11:2012

EN 60335-2-47:2003/A2:2019

36.

EN 60335-2-48:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-48: Rekwiżiti partikolari għal grills elettriċi kummerċjali u towsters għal użu kummerċjali

EN 60335-2-48:2003/AC:2007

EN 60335-2-48:2003/A1:2008

EN 60335-2-48:2003/A11:2012

EN 60335-2-48:2003/A2:2019

37.

EN 60335-2-49:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-49: Rekwiżiti partikolari għal apparati elettriċi kummerċjali li jżommu sħan l-ikel u reċipjenti tat-tisjir

EN 60335-2-49:2003/AC:2007

EN 60335-2-49:2003/A1:2008

EN 60335-2-49:2003/A11:2012

EN 60335-2-49:2003/A2:2019

38.

EN 60335-2-52:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-52: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-iġjene orali

EN 60335-2-52:2003/A11:2010/AC:2012

EN 60335-2-52:2003/A1:2008

EN 60335-2-52:2003/A11:2010

EN 60335-2-52:2003/A12:2019

39.

EN 60335-2-61:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-61: Rekwiżiti partikolari għal apparati għal ħiters li jżommu s-sħana fihom

EN 60335-2-61:2003/A1:2005

EN 60335-2-61:2003/A2:2008

EN 60335-2-61:2003/A11:2019

40.

EN 60335-2-66:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-66: Rekwiżiti partikolari għal ħiters għal imtieraħ mimlijin bl-ilma

EN 60335-2-66:2003/A1:2008

EN 60335-2-66:2003/A2:2012

EN 60335-2-66:2003/A11:2019

41.

EN 60335-2-84:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-84: Rekwiżiti partikolari għal lokijiet

EN 60335-2-84:2003/A1:2008

EN 60335-2-84:2003/A2:2019

42.

EN 60335-2-87:2002

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-87: Rekwiżiti partikolari għal apparati biex jistordu l-annimali bl-elettriku

EN 60335-2-87:2002/A1:2007

EN 60335-2-87:2002/A2:2019

43.

EN 60335-2-98:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-98: Rekwiżiti partikolari għal apparati li jiġġeneraw l-umdità

EN 60335-2-98:2003/A1:2005

EN 60335-2-98:2003/A2:2008

EN 60335-2-98:2003/A11:2019

44.

EN 60669-1:2018

Swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 60669-1:2018/AC:2018-11

45.

EN 60691:2016

Fjusis termiċi – Rekwiżiti u gwida kif tapplikahom

EN 60691:2016/A1:2019

46.

EN 60728-11:2017

Networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi – Parti 11: Sikurezza

EN 60728-11:2017/A11:2018

47.

EN IEC 60934:2019

Salvaviti awtomatiċi għal tagħmir (CBE)

48.

EN 60947-5-4:2003

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Part 5-4: Apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit u elementi ta’ swiċċjar – Metodi ta’ valutazzjoni tal-operat ta’ punti ta’ kuntatt ta’ enerġija baxxa – Testijiet speċjali

EN 60947-5-4:2003/A1:2019

49.

EN IEC 60947-9-1:2019

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Part 9-1: Sistemi attivi ta’ mitigazzjoni ta’ xortjar ta’ elettriku bejn żewġ kondutturi jew aktar – Apparat li jrażżan l-ark

50.

EN IEC 60974-2:2019

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 2: Sistemi ta’ tiksiħ li joperaw b’likwidi

51.

EN IEC 60974-3:2019

Tagħmir ta’ saldatura bl-ark – Parti 3: Tagħmir għax-xegħil u stabilizzazzjoni tal-ark

52.

EN IEC 60974-5:2019

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 5: Tagħmir li jdaħħal il-wajer fl-apparat

53.

EN IEC 60974-7:2019

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 7: Torċi

54.

EN 61347-2-7:2012

Controlgear tal-bozoz – Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għal controlgear elettroniku li jaħdem bil-batterija għal dawl f’każ ta’ emerġenza (magħluqin fihom infushom)

EN 61347-2-7:2012/A1:2019

55.

EN 61347-2-11:2001

“Controlgear” tal-bozoz – Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari għal ċirkwiti elettroniċi eteroġenei użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni

EN 61347-2-11:2001/AC:2002

EN 61347-2-11:2001/AC:2010

EN 61347-2-11:2001/A1:2019

56.

EN 61386-1:2008

Sistemi ta’ kondjuwit għal immaniġġjar ta’ kejbils – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

EN 61386-1:2008/A1:2019

57.

EN 61439-3:2012

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx mmuntati – Parti 3: Bords għal distribuzzjoni maħsubin biex ikunu operati minn persuni ordinarji (DBO)

EN 61439-3:2012/AC:2019-04

58.

EN IEC 61535:2019

Igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi

59.

EN 61557-9:2015

Sigurtà elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000 V a.c. u 1 500 V d.c. – Tagħmir għal ittestjar, kejl u kontroll ta’ sistemi protettivi – Parti 9: Tagħmir biex isib ħsara fl-iżolazzjoni fis-sistemi IT

EN 61557-9:2015/AC:2017-02

60.

EN IEC 61558-1:2019

Sigurtà ta’ transformers, reatturi, unitajiet ta’ provvista ta’ enerġija u taħlitiet tagħhom – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

61.

EN 61643-31:2019

Apparati ta’ vultaġġ baxx li jipproteġu kontra tlugħ f’daqqa tal-kurrent – Parti 31: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal SPDs għal installazzjonijiet fotovoltajċi

62.

EN IEC 61851-1:2019

Sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

63.

EN 62026-3:2015

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Tagħmir li jinteraġixxi biex jikkontrolla apparti (CDIs) – Parti 3: DeviceNet

EN 62026-3:2015/AC:2019-12

64.

EN 62035:2014

Bozoz b’karga (minbarra bozoz fluworexxenti) – Speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà

EN 62035:2014/A1:2019

65.

EN IEC 62275:2019

Sistemi ta’ mmaniġġjar ta’ kejbils – Rbit ta’ kejbils għal installazzjonijiet elettriċi”


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tat-tneħħija

“29.

EN 60335-2-5:2015

Apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-5: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-platti

It-3 ta’ Frar 2022

30.

EN 60335-2-7:2010

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

EN 60335-2-7:2010/A1:2013

EN 60335-2-7:2010/A11:2013

It-3 ta’ Frar 2022

31.

EN 60335-2-12:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-12:

Rekwiżiti partikolari għal apparat li jżomm l-ikel sħun u apparati simili

EN 60335-2-12:2003/A1:2008

It-3 ta’ Frar 2022

32.

EN 60335-2-13:2010

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-13: Rekwiżiti partikolari għal twaġen tal-qali bix-xaħam jew żejt, twaġen tal-qali u apparati simili

EN 60335-2-13:2010/A11:2012

It-3 ta’ Frar 2022

33.

EN 60335-2-17:2013

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili

It-3 ta’ Frar 2022

34.

EN 60335-2-35:2016

Apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparati simili – Sigurtà – Part 2-35: Rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-ilma istantanji

It-3 ta’ Frar 2022

35.

EN 60335-2-47:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-47: Rekwiżiti partikolari għal borom elettriċi għal użu kummerċjali

EN 60335-2-47:2003/AC:2007

EN 60335-2-47:2003/A1:2008

EN 60335-2-47:2003/A11:2012

It-3 ta’ Frar 2022

36.

EN 60335-2-48:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-48: Rekwiżiti partikolari għal grills elettriċi kummerċjali u towsters għal użu kummerċjali

EN 60335-2-48:2003/AC:2007

EN 60335-2-48:2003/A1:2008

EN 60335-2-48:2003/A11:2012

It-3 ta’ Frar 2022

37.

EN 60335-2-49:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sigurtà – Parti 2-49: Rekwiżiti partikolari għal apparati elettriċi kummerċjali li jżommu sħan l-ikel u reċipjenti tat-tisjir

EN 60335-2-49:2003/AC:2007

EN 60335-2-49:2003/A1:2008

EN 60335-2-49:2003/A11:2012

It-3 ta’ Frar 2022

38.

EN 60335-2-52:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-52: Rekwiżiti partikolari għal apparati għall-iġjene orali

EN 60335-2-52:2003/A11:2010/AC:2012

EN 60335-2-52:2003/A1:2008

EN 60335-2-52:2003/A11:2010

It-3 ta’ Frar 2022

39.

EN 60335-2-61:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-61: Rekwiżiti partikolari għal apparati għal ħiters li jżommu s-sħana fihom

EN 60335-2-61:2003/A1:2005

EN 60335-2-61:2003/A2:2008

It-3 ta’ Frar 2022

40.

EN 60335-2-66:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-66: Rekwiżiti partikolari għal ħiters għal imtieraħ mimlijin bl-ilma

EN 60335-2-66:2003/A1:2008

EN 60335-2-66:2003/A2:2012

It-3 ta’ Frar 2022

41.

EN 60335-2-84:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-84: Rekwiżiti partikolari għal lokijiet

EN 60335-2-84:2003/A1:2008

It-3 ta’ Frar 2022

42.

EN 60335-2-87:2002

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-87: Rekwiżiti partikolari għal apparati biex jistordu l-annimali bl-elettriku

EN 60335-2-87:2002/A1:2007

It-3 ta’ Frar 2022

43.

EN 60335-2-98:2003

Sigurtà ta’ apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Parti 2-98: Rekwiżiti partikolari għal apparati li jiġġeneraw l-umdità

EN 60335-2-98:2003/A1:2005

EN 60335-2-98:2003/A2:2008

It-3 ta’ Frar 2022

44.

EN 60669-1:2018

Swiċis għal installazzjonijiet għad-djar u installazzjonijiet elettriċi fissi simili – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

It-3 ta’ Frar 2022

45.

EN 60691:2003

Fjusis termiċi – Rekwiżiti u gwida kif tapplikahom

EN 60691:2003/A1:2007

EN 60691:2003/A2:2010

It-3 ta’ Frar 2022

46.

EN 60728-11:2010

Networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi – Parti 11: Sikurezza

It-3 ta’ Frar 2022

47.

EN 60934:2001

Salvaviti awtomatiċi għal tagħmir (CBE)

EN 60934:2001/A1:2007

EN 60934:2001/A2:2013

It-3 ta’ Frar 2022

48.

EN 60947-5-4:2003

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Part 5-4: Apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit u elementi ta’ swiċċjar – Metodi ta’ valutazzjoni tal-operat ta’ punti ta’ kuntatt ta’ enerġija baxxa – Testijiet speċjali

It-3 ta’ Frar 2022

49.

EN 60974-2:2013

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 2: Sistemi ta’ tiksiħ li joperaw b’likwidi

It-3 ta’ Frar 2022

50.

EN 60974-3:2014

Tagħmir ta’ saldatura bl-ark – Parti 3: Tagħmir għax-xegħil u stabilizzazzjoni tal-ark

It-3 ta’ Frar 2022

51.

EN 60974-5:2013

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 5: Tagħmir li jdaħħal il-wajer fl-apparat

It-3 ta’ Frar 2022

52.

EN 60974-7:2013

Apparati ta’ saldatura bl-ark – Parti 7:Torċi

It-3 ta’ Frar 2022

53.

EN 61347-2-7:2012

Controlgear tal-bozoz – Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għal controlgear elettroniku li jaħdem bil-batterija għal dawl f’każ ta’ emerġenza (magħluqin fihom infushom)

It-3 ta’ Frar 2022

54.

EN 61347-2-11:2001

“Controlgear” tal-bozoz – Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari għal ċirkwiti elettroniċi eteroġenei użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni

EN 61347-2-11:2001/AC:2002

EN 61347-2-11:2001/AC:2010

It-3 ta’ Frar 2022

55.

EN 61386-1:2008

Sistemi ta’ kondjuwit għal immaniġġjar ta’ kejbils – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

It-3 ta’ Frar 2022

56.

EN 61439-3:2012

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx mmuntati – Parti 3: Bords għal distribuzzjoni maħsubin biex ikunu operati minn persuni ordinarji (DBO)

It-3 ta’ Frar 2021

57.

EN 61535:2009

Igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi

EN 61535:2009/A1:2013

It-3 ta’ Frar 2022

58.

EN 61557-9:2015

Sigurtà elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000 V a.c. u 1 500 V d.c. – Tagħmir għal ittestjar, kejl u kontroll tas-sistemi protettivi – Parti 9: Tagħmir biex isib ħsara fl-iżolazzjoni fis-sistemi IT

It-3 ta’ Frar 2021

59.

EN 61558-1:2005

Sigurtà ta’ transformers, unitajiet ta’ provvista ta’ enerġija, reatturi u prodotti simili – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

EN 61558-1:2005/A1:2009

EN 61558-1:2005/AC:2006

It-3 ta’ Frar 2022

60.

EN 61851-1:2011

Sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

It-3 ta’ Frar 2022

61.

EN 62026-3:2015

Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx – Tagħmir li jinteraġixxi biex jikkontrolla apparti (CDIs) – Parti 3: DeviceNet

It-3 ta’ Frar 2021

62.

EN 62035:2014

Bozoz b’karga (minbarra bozoz fluworexxenti) – Speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà

It-3 ta’ Frar 2022

63.

EN 62275:2015

Sistemi ta’ mmaniġġjar ta’ kejbils – Rbit ta’ kejbils għal installazzjonijiet elettriċi

It-3 ta’ Frar 2022

64.

EN 50178:1997

Tagħmir elettriku biex jintuża f’installazzjonijiet ta’ enerġija”