|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/40 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1137
tat-30 ta’ Lulju 2020
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fis-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jenħtieġ li jinżammu, u li l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal persuna waħda jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
(1)
Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 15 hija sostitwita b'dan li ġej:|
“15. |
GHWELL, Khalifa magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa AL-GHAWAIL, Khalifa GHAWIL, Khalifa Mohamed |
Data tat-twelid: l-1 ta' Jannar 1956 jew l-1 ta' Jannar 1951 Post tat-twelid: Misurata, il-Libja Nazzjonalità: Libja Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' April 2015, skada fil-11 ta' April 2017 u J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta' Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta' Ġunju 2024 Sess: raġel Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya |
Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali ('GNC') li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali'), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-'President' tal-GNC Nuri Abu Sahmain. Bħala 'Prim Ministru' tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' 'Prim Ministru u Ministru għad-Difiża' tal-GNC ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli. Fil-31 ta' Awwissu 2016 huwa ordna lill-'Prim Ministru' u lill-'Ministru għad-Difiża' tal-'Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali' biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA. |
1.4.2016” |
(2)
Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 20 hija sostitwita b'dan li ġej:|
“20. |

1.4.2016”. |