|
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1131
tat-30 ta’ Lulju 2020
li tniedi l-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA). |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-Pjan Operazzjonali (OPLAN) għall-EUAM RCA jenħtieġ li jiġi approvat. |
|
(3) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-kisba ta’ kapaċità operattiva inizjali mill-EUAM RCA, jenħtieġ li l-Missjoni tiġi mnedija fid-9 ta’ Awwissu 2020 għal perijodu ta’ sentejn. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 ipprovdiet ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 7 100 000 biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM RCA matul l-ewwel sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni tal- Kunsill (PESK) 2020/664 (2) estendiet il-validità tal-ammont ta’ referenza finanzjarja sat-8 ta’ Awwissu 2020. Jenħtieġ li jiġi pprovdut ammont ta’ referenza addizzjonali li jkopri l-perijodu mit-tnedija tal-Missjoni sat-8 ta’ Awwissu 2022. |
|
(5) |
L-EUAM RCA jenħtieġ li jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’oqsma relatati mal-EUAM RCA u b’appoġġ għall-objettivi tagħha. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
L-EUAM RCA ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-OPLAN għal EUAM RCA huwa b’dan approvat.
Artikolu 2
L-EUAM RCA għandha titnieda fid-9 ta’ Awwissu 2020.
Artikolu 3
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-EUAM RCA huwa b’dan awtorizzat b’effett immedjat li jagħti bidu għall-eżekuzzjoni tal-Missjoni.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM RCA għall-perijodu mid-9 ta’ Diċembru 2019 sat-8 ta’ Awwissu 2022 għandu jkun ta’ EUR 30 352 481,10. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għal kwalunkwe perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”. |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a Ċellula ta’ Proġetti 1. L-EUAM RCA għandu jkollha Ċellula ta’ Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. L-EUAM RCA għandha, skont il-ħtieġa, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’oqsma marbutin mal-EUAM RCA u b’appoġġ għall-objettivi tagħha. 2. Soġġetta għall-paragrafu 3, l-EUAM RCA għandha tkun awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terzi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b’mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EUAM RCA, jekk il-proġett ikun:
L-EUAM RCA għandha tikkonkludi arranġament mal-Istati li jikkontribwixxu, li jkopri b’mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta’ kwalunkwe ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EUAM RCA fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli ta’ atti jew ommissjonijiet mill-EUAM RCA fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. 3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta’ Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.”. |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/664 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 157, 19.5.2020, p. 3).