29.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1116

tal-24 ta’ Lulju 2020

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika tal-Awstrija,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur Oskar HERICS skada fid-29 ta’ Frar 2020.

(2)

Għaldaqstant għandu jinħatar membru ġdid tal-Qorti tal-Awdituri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Helga BERGER hija b’dan maħtura membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2020 sal-31 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Opinjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).