27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1099
tas-16 ta’ Lulju 2020
dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta’ Stat terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (EUFOR ALTHEA) (BiH/30/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 11(2) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina. |
(2) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ kontribut mill-Ukrajna mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-kontribut mill-Ukrajna jiġi aċċettat u jitqies bħala sinifikanti. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(4) |
Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen adotta dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti ‘Berlin Plus’ u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll jew membri tan-NATO jew membri fil-programm ‘Sħubija għall-Paċi’, u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribut mill-Ukrajna għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (EUFOR ALTHEA) huwa aċċettat u jitqies bħala sinifikanti.
2. L-Ukrajna hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUFOR ALTHEA.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER