21.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/16 |
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1071
tat-18 ta’ Mejju 2020
li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jidħlu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25a(1) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta dispożizzjonijiet li jeskludu t-titjiriet li jaslu minn pajjiż terz mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal- kwoti tal-emissjonijiet (l-ETS tal-UE). Jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet jipprovdu għal interazzjoni ottimali bejn l-ETS tal-UE u l-miżuri ta’ pajjiż terz biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima. |
(2) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom (2) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. Il-Ftehim jipprevedi li t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jiġu esklużi mill-ETS tal-UE. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2003/87/KE tiġi emendata sabiex mill-ETS tal-UE teskludi t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fl-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE. Sabiex tinżamm l-istabbiltà fir-rigward tal-kopertura tal-operaturi, jenħtieġ li dik l-esklużjoni ma taffettwax id-dispożizzjonijiet li jeskludu ċerti attivitajiet tal-avjazzjoni mill-ETS tal-UE abbażi ta’ limiti speċifikati f’termini ta’ għadd ta’ titjiriet jew emissjonijiet għal kull operatur. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2003/87/KE tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Minħabba li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ japplika minn dik id-data. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni paragrafu tal-entrata “Avjazzjoni” tal-kolonna “Attivitajiet” tat-tabella tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jiġi emendat kif ġej:
(1) |
it-tieni paragrafu tal-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej: “It-titjiriet imsemmija fil-punt (l) jew imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tagħhom; Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu esklużi taħt dan il-punt;” |
(2) |
il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
jiżdied il-punt (l) li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN