30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/907

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta’ Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta’ Diċembru 2015.

(3)

Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2192 (2), li ġġedded id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta’ Lulju 2020 sabiex ikun jista’ jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk.

(4)

Wara li saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi mġedda għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista’ jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2192 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 71).