30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/903

tad-29 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1), li stabbilixxiet il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2009 (2), li estendiet il-mandat tal-EUBAM Libya sat-30 ta' Ġunju 2020.

(3)

Fis-16 ta' April 2020, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) qabel li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-EUBAM Libya għandha tiġi estiża b'sena bl-istess mandat, li jista' jiġi rieżaminat meta ċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu.

(4)

Fl-14 ta' Mejju 2020, il-KPS qabel ukoll li s-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI, li nħatar Kap tal-Missjoni fit-30 ta' Awwissu 2016 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1634 (3), u li l-mandat tiegħu ġie estiż b'mod regolari, l-aktar reċentement sat-30 ta' Ġunju 2020 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/2077 (4), jenħtieġ li jkompli jwettaq din il-funzjoni sat-30 ta' Settembru 2020.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/233/PESK tiġi emendata skont dan.

(6)

L-EUBAM Libya ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsab fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu, li ġej:

"8.   Is-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI għandu jkun il-Kap tal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2020 sat-30 ta' Settembru 2020.".

(2)

fl-Artikolu 13(1), is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EUBAM Libya mill‐1 ta' Jannar 2019sat-30 ta' Ġunju 2021 għandu jkun ta' EUR 60 038 863,03.".

(3)

fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Hija għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2021.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2009 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1634 tat-30 ta' Awwissu 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 10).

(4)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/2077 tat-28 ta’ Novembru 2019 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2019) (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 32).