29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/888

tat-23 ta’ Ġunju 2020

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali

(EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2014/219, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-18 ta’ Settembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1780 (2), li ħatret lis-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Ottubru 2017 sal-14 ta’ Jannar 2018. Konsegwentement dan il-mandat ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2020 b’deċiżjonijiet sussegwenti tal-KPS.

(3)

Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/312 (3), li estendiet il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sal-14 ta’ Jannar 2021.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/1780 tat-18 ta’ Settembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2017) (ĠU L 253, 30.9.2017, p. 37).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/312 tal-21 ta’ Frar 2019 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 29).