|
6.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/618
tat-30 ta’ April 2020
li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 240(2) tiegħu,
Billi għandu jinħatar is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2025,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Jeppe TRANHOLM-MIKKELSEN huwa b’dan maħtur Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċizjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Jeppe TRANHOLM-MIKKELSEN mill-President tal-Kunsill.
Hija għandha tiġi ppubblikata f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN