|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/553
tal-21 ta’ April 2020
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward ta’ standards armonizzati għal ċertu tagħmir tan-netwerks ċellulari tat-telekomunikazzjoni mobbli internazzjonali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir tar-radju li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u r-reviżjoni tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376, l-istandards armonizzati tal-ETSI EN 301 908-1 V11.1.1, EN 301 908-3 V11.1.3, EN 301 908-14 V11.1.2 u EN 301 908-18 V11.1.2. Dan wassal għall-adozzjoni, rispettivament, tal-istandards armonizzati EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1 u EN 301 908-18 V13.1.1, dwar l-aċċess għall-ispettru tar-radju għal tagħmir tan-netwerks ċellulari tat-Telekomunikazzjoni Mobbli Internazzjonali (IMT). |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376. |
|
(5) |
L-istandards armonizzati EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1 u EN 301 908-18 V13.1.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan ikopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk jixraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 (4). Biex ikun żgurat li r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi għall-istandards EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1 u EN 301 908-18 V13.1.1 ikunu inklużi f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(7) |
L-istandards armonizzati EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1 u EN 301 908-18 V13.1.1 jissostitwixxu rispettivament l-istandards armonizzati EN 301 908-1 V11.1.1, EN 301 908-3 V11.1.3, EN 301 908-14 V11.1.2 u EN 301 908-18 V11.1.2, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ jiġu rtirati r-referenzi għall-istandards armonizzati EN 301 908-1 V11.1.1, EN 301 908-3 V11.1.3, EN 301 908-14 V11.1.2 u EN 301 908-18 V11.1.2, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jixraq li dawk is-sustanzi jiddaħħlu f’dak l-Anness. Biex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 301 908-1 V13.1.1, EN 301 908-3 V13.1.1, EN 301 908-14 V13.1.1 u EN 301 908-18 V13.1.1, jenħtieġ jiġi differit l-irtirar tar-referenzi għall-istandards armonizzati EN 301 908-1 V11.1.1, EN 301 908-3 V11.1.3, EN 301 908-14 V11.1.2 u EN 301 908-18 V11.1.2. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għal dan l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 hu emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 hu emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 final tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġja d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 46).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza għall-istandard |
|
“4. |
EN 301 908-1 V13.1.1 Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 1: Introduzzjoni u rekwiżiti komuni |
|
5. |
EN 301 908-3 V13.1.1 Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 3: Stazzjonijiet Bażi (BS) (UTRA FDD) b’Firxa Diretta CDMA |
|
6. |
EN 301 908-14 V13.1.1 Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 14: Stazzjonijiet Bażi (BS) ta’ Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-STRA) |
|
7. |
EN 301 908-18 V13.1.1 Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 18: Stazzjon Bażi (BS) tar-Radju Multi Standard (MSR) E-UTRA, UTRA u GSM/EDGE” |
ANNESS II
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza għall-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“8. |
EN 301 908-1 V11.1.1 Netwerks ċellulari IMT; Standard armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 1: Introduzzjoni u rekwiżiti komuni |
It-22 ta’ Ottubru 2021 |
|
9. |
EN 301 908-3 V11.1.3 Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 3: Stazzjonijiet Bażi (BS) (UTRA FDD) b’Firxa Diretta CDMA |
It-22 ta’ Ottubru 2021 |
|
10. |
EN 301 908-14 V11.1.2 Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 14: Stazzjonijiet Bażi (BS) ta’ Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-STRA) |
It-22 ta’ Ottubru 2021 |
|
11. |
EN 301 908-18 V11.1.2 Netwerks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 18: Stazzjon Bażi (BS) tar-Radju Multi Standard (MSR) E-UTRA, UTRA u GSM/EDGE |
It-22 ta’ Ottubru 2021” |