|
21.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/545 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ April 2020
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 u t-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi,
|
(1) |
L-Istrument ta’ Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta’ intestatura jew intestaturi oħra. |
|
(2) |
Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibilità jlaħħaq EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2), żdied, fejn applikabbli mill-ammonti skaduti li saru disponibbli skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. |
|
(3) |
Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19, jenħtieġ li jiġu mobilizzati ammonti għall-finanzjament ta’ miżuri xierqa bħala kwistjoni ta’ urġenza. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi previst il-finanzjament għat-tisħiħ meħtieġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. |
|
(4) |
Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt illimitu massimu tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), huwa meħtieġ li jiġi mobilizzat l-Istrument ta’ Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali talUnjoni għas-sena finanzjarja 2020 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3 bl-ammont ta’ EUR 73 300 000, biex jiġu ffinanzjati miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 u t-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. |
|
(5) |
Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità jenħtieġ li jiġu mqassma fuq sentejn finanzjarji. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni hija marbuta mal-finanzjament inkluż fil-baġit emendatorju Nru 1 għallbaġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2020. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza ma’ dak il-baġit emendatorju, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020, l-Istrument ta’ Flessibilità għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 73 300 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).
Dan l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 u t-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.
2. Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għandhom ikunu stmati kif ġej:
|
(a) |
EUR 43 300 000 fl-2020; |
|
(b) |
EUR 30 000 000 fl-2021. |
L-ammonti speċifiċi ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f’konformità mal-proċedura baġitarja annwali.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mis-17 ta’ April 2020.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).