|
16.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/528
tal-14 ta’ April 2020
li tawtorizza lil ċerti laboratorji fil-Brażil, fil-Korea t’Isfel, fit-Tajlandja u fl-Istati Uniti jwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqima kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa
(notifikata bid-dokument C(2020) 2103)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f’Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli għall-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza. |
|
(2) |
Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija. |
|
(3) |
L-awtorità kompetenti tal-Brażil ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Núcleo de Pesquisas em Rava do Laboratório de Virologia Clínica e Molecular do Instituto de Ciências Biomédicas da Universidade de São Paulo”. L-ANSES stabbiliet rapport ta’ valutazzjoni favorevoli bid-data tal-24 ta’ Ottubru 2019 għal dan il-laboratorju u ssottomettietu lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-awtorità kompetenti taċ-Ċina ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ żewġ laboratorji: is-“Sino Tech World Biologicals Pharmaceutical Co., Ltd (Beijing)” u l-“Animal Disease Diagnostic Center of the Institute of Animal Health of the Guangdong Academy of Agriculture Sciences”. L-ANSES stabbiliet rapport ta’ valutazzjoni favorevoli bid-data tal-24 ta’ Ottubru 2019 għal dawn il-laboratorji u ssottomettietu lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-awtorità kompetenti taċ-Ċina ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid ta’ żewġ laboratorji: in-“National Reference Laboratory for Animal Rabies (Diagnostic Laboratory for Rabies and Wildlife Associated Zoonoses)” u s-“Centre for Rabies Antibody Assay of the Laboratory of Epidemiology of the Military Veterinary Research Institute of the Academy of Military Medical Sciences”. L-ANSES stabbiliet rapport ta’ valutazzjoni favorevoli bid-data tal-24 ta’ Ottubru 2019 għal dawn il-laboratorji u ssottomettietu lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-awtorità kompetenti tal-Korea t’Isfel issottomettiet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Rabies and Japanese encephalitis OIE reference laboratory of Animal and Plant Quarantine Agency”. L-ANSES stabbiliet u ssottomettiet lill-Kummissjoni rapport ta’ valutazzjoni favorevoli bid-data tal-24 ta’ Ottubru 2019 għal dan il-laboratorju. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti tat-Tajlandja ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal- laboratorju “National Institute of Animal Health”. L-ANSES stabbiliet rapport ta’ valutazzjoni favorevoli bid-data tal-24 ta’ Ottubru 2019 għal dan il-laboratorju u ssottomettietu lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
L-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti ssottomettiet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid tal-laboratorju “Centers for Disease Control and Prevention of the Rabies Laboratory”. L-ANSES stabbiliet rapport ta’ valutazzjoni favorevoli bid-data tal-24 ta’ Ottubru 2019 għal dan il-laboratorju u ssottomettietu lill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk il-laboratorji jkunu awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin b’dan huma awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:
|
(a) |
Núcleo de Pesquisas em Raiva Laboratório de Virologia Clínica e Molecular do Instituto de Ciências Biomédicas Universidade de São Paulo Av. Prof. Lineu Prestes, 1374, room 225 05508-000 São Paulo Il-Brażil |
|
(b) |
Sino Tech World Biologicals Pharmaceutical Co., Ltd (Beijing) 29 Qingfeng West Road. Biological Medicine Base, Daxing District, Beijing Iċ-Ċina |
|
(c) |
Animal Disease Diagnostic Center Institute of Animal Health, Guangdong Academy of Agriculture Sciences 21 Baishigang Street, Tianhe District Guangzhou, Guangdong Iċ-Ċina |
|
(d) |
National Reference Laboratory for Animal Rabies (Diagnostic Laboratory for Rabies and Wildlife Associated Zoonoses) Changchun Veterinary Research Institute,Chinese Academy of Agricultural Sciences 666 Liuying West Road, Jingyue Economy Development District, Changchun, Jilin, Iċ-Ċina |
|
(e) |
Centre for Rabies Antibody Assay, Laboratory of Epidemiology, Military Veterinary Research Institute, Academy of Military Medical Sciences 666 Liuying West Road, Jingyue Economy Development District Changchun, Jilin Iċ-Ċina |
|
(f) |
Rabies and Japanese encephalitis OIE reference laboratory of the Animal and Plant Quarantine Agency 177 Hyeoksin 8-ro, Gimcheon-si, Gyeongsangbuk-do, 39660, Il-Korea t’Isfel |
|
(g) |
Centers for Disease Control and Prevention Rabies Laboratory 1600 Clifton Road, NE, Atlanta, GA 30333, L-Istati Uniti |
|
(h) |
The National Institute of Animal Health 50/2 Kasetklang, Ladyao, Chatuchak Bangkok 10900 It-Tajlandja |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni