|
2.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/6 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/480
tal-1 ta’ April 2020
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti b’tali standard armonizzat. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni għamlet talba (“it-talba M/396”) lis-CEN u lis-CENELEC għall-abbozzar, għar-reviżjoni u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE biex jitqiesu l-bidliet introdotti b’dik id-Direttiva meta mqabbla mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/396, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda EN ISO 18497:2018 dwar is-sikurezza ta’ makkinarju agrikolu awtomatizzat ħafna, EN 14033-4:2019 dwar ir-rekwiżiti tekniċi għaċ-ċirkolazzjoni u għat-tħaddim ta’ applikazzjonijiet ferrovjarji fuq il-linji ferrovjarji urbani, EN 16770:2018 dwar is-sistemi tal-estrazzjoni tal-laqx u tat-trab għall-installazjoni fuq ġewwa ta’ magni li jaħdmu l-injam, EN 16712-4:2018 dwar il-ġeneraturi ta’ ragħwa ta’ espansjoni għolja, EN 62841-4-2:2019 dwar rekwiżiti tas-sikurezza partikolari għall-makkinarju taż-żbir tas-sisien tal-ħaxix, EN 62841-3-12:2019 dwar rekwiżiti tas-sikurezza partikolari għall-magni li jaqtgħu l-kamini u li jistgħu jiġu ttrasportati, EN ISO 20607:2019 dwar it-tħejjija ta’ partijiet, rilevanti għas-sikurezza, tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-makkinarju, u EN 17067:2018 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għas-sistemi ta’ kontroll mill-bogħod li jintużaw f’ċerti makkinarju tal-forestrija. |
|
(4) |
Barra minn hekk, abbażi tat-talba M/396, is-CEN u s-CENELEC irrevedew u emendaw standards eżistenti biex jadattawhom għall-progress teknoloġiku, inkluż l-istandards EN ISO 10517:2019, EN ISO 11148-13:2018, EN 12012-1:2018, EN 12733:2018, EN 16985:2018, EN ISO 19296:2018, EN ISO 28927-4:2010 u EN ISO 28927-4:2010/A1:2018, EN 60204-1:2018, EN IEC 60204-11:2019, EN 707:2019, EN 1459-2:2015+A1:2018, EN ISO 3691-5:2015, EN ISO 4254-9:2018, EN 12312-8:2018, u EN ISO 19353:2019. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandards abbozzati, reveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-talba M/396. |
|
(6) |
L-istandards abbozzati, reveduti u emendati mis-CEN u mis-CENELEC abbażi tat-talba M/396 jissodisfaw ir-rekwiżiti li huma għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Bħala riżultat tal-ħidma tas-CEN u tas-CENELEC abbażi tat-talba M/396, diversi standards armonizzati ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) ġew sostitwiti, reveduti jew emendati. Għalhekk, huwa meħtieġ li r-referenzi għal dawk l-istandards jitneħħew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards ġodda, tal-istandards reveduti u tal-emendi għall-istandards, huwa meħtieġ li t-tneħħija tar-referenzi għall-istandards armonizzati tiġi differita. |
|
(8) |
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati EN ISO 19085-3:2017 dwar il-magni li jaħdmu l-injam u EN ISO 28927-2:2009/A1:2017 dwar l-għodod awtomatizzati portabbli tal-idejn, huma inklużi fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 (5). Madankollu, verżjonijiet preċedenti ta’ dawk l-istandards, EN 848-3:2012 u EN ISO 28927-2:2009, huma ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) u ma tneħħewx. Minħabba li l-istandards EN 848-3:2012 u EN ISO 28927-2:2009 ma għadhomx jirrappreżentaw l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, huwa xieraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jitneħħew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards EN ISO 19085-3:2017 u EN ISO 28927-2:2009/A1:2017, huwa meħtieġ li t-tneħħija tal-istandards EN 848-3:2012 u EN ISO 28927-2:2009 tiġi differita. |
|
(9) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2006/42/KE u l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità b’restrizzjonijiet. Minħabba li jeħtieġ li jiġu ppubblikati diversi referenzi għal standards armonizzati u minħabba li l-ebda restrizzjoni ma jeħtieġ li tiżdied meta jiġu ppubblikati dawk l-istandards, huwa xieraq li jiżdiedu dawk ir-referenzi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436. Jeħtieġ ukoll li r-referenza għall-istandard EN 62841-2-1:2018 tiġi sostitwita f’dak l-Anness sabiex tiġi inkluża referenza għall-aħħar emenda għal dak l-istandard. |
|
(10) |
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jelenka r-referenzi għall-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE li jitneħħew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness. Minħabba li diversi referenzi għal standards armonizzati li huma ppubblikati fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jitneħħew, huwa xieraq li jiżdiedu dawk ir-referenzi għall-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mit-2 ta’ Ottubru 2021.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
(3) Id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju (ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 108).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
ir-ringiela 35 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
39“. |
EN ISO 28927-4:2010 Għodod motorizzati portabbli li jinżammu bl-idejn – Metodi ta’ ttestjar għal evalwazzjoni tal-vibrazzjonijiet – Parti 4: Moli dritti (ISO 28927-4:2010) |
it-2 ta’ April 2020 |
C |
|
40. |
EN ISO 19353:2016 Sikurezza tal-makkinarju – Prevenzjoni tan-nirien u protezzjoni min-nirien (ISO 19353:2015) |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
B |
|
41. |
EN 707:1999+A1:2009 Makkinarju agrikolu – Makkinarju għat-tidmil ta’ fertilizzant likwidu – Sikurezza |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
42. |
EN 792-13:2000+A1:2008 Għodod motorizzati mhux tal-elettriku li jinżammu bl-idejn – Rekwiżiti tas-sikurezza – Parti 13: Għodod tat-tqegħid ta’ elementi tat-twaħħil |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
43. |
EN 1889-1:2011 Magni għall-minjieri taħt l-art – Magni mobbli għax-xogħol taħt l-art – Sikurezza – Parti 1: Vetturi b’tajers tal-lastiku |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
44. |
EN ISO 3691-5:2014 Trakkijiet industrijali – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Part 5: Trakkijiet operati minn persuni fuq saqajhom (ISO 3691-5:2014) EN ISO 3691-5:2014/AC:2014 |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
45. |
EN ISO 10517:2009 Makkinarju motorizzat taż-żbir tas-sisien tal-ħaxix li jinżamm bl-idejn – Sikurezza (ISO 10517:2009) EN ISO 10517:2009/A1:2013 |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
46. |
EN 12012-1:2007+A1:2008 Magni għal-lastiku u għall-plastik – Magni li jnaqqsu d-daqs – Parti 1: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-makkinarju bix-xfafar tal-granulazzjoni |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
47. |
EN 12012-3:2001+A1:2008 Magni għal-lastiku u għall-plastik – Magni li jnaqqsu d-daqs – Parti 3: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-makkinarju tat-tqattigħ |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
48. |
EN 12312-8:2005+A1:2009 Tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa lill-inġenji tal-ajru – Rekwiżiti speċifiċi – Parti 8: Turġien u pjattaformi tal-manutenzjoni |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
49. |
EN 12733:2001+A1:2009 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Makkinarju tal-ħsad ikkontrollat minn persuni fuq saqajhom – Sikurezza |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
50. |
EN 12981:2005+A1:2009 Impjanti tal-kisi – Kabini fejn jingħata l-isprej għall-applikazzjoni ta’ materjal tal-kisi f’forma ta’ trab organiku – Rekwiżiti tas-sikurezza |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
51. |
EN 13355:2004+A1:2009 Impjanti tal-kisi – Kabini kkombinati – Rekwiżiti tas-sikurezza |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
52. |
EN 14018:2005+A1:2009 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Drills tat-tħaffir għaż-żrigħ – Sikurezza |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
53. |
EN 60204-1:2006 Sikurezza tal-makkinarju – Tagħmir elettriku tal-magni – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (IEC 60204-1:2005, Modifikat) EN 60204-1:2006/AC:2010 EN 60204-1:2006/A1:2009 |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
B |
|
54. |
EN 60204-11:2000 Sikurezza tal-makkinarju – Tagħmir elettriku tal-magni – Parti 11: Rekwiżiti għat-tagħmir b’vultaġġ għoli (HV) b’vultaġġi ogħla minn 1 000 V AC jew 1 500 V DC u mhux iktar minn 36 kV (IEC 60204-11:2000) EN 60204-11:2000/AC:2010 |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
B |
|
55. |
EN 848-3:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni għall-immudellar minn naħa waħda b’għodda rotatorja – Parti 3: Magni tal-ibborjar u tal-irrawtjar ikkontrollati numerikament (NC) |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
56. |
EN ISO 28927-2:2009 Għodod motorizzati portabbli li jinżammu bl-idejn – Metodi ta’ ttestjar għal evalwazzjoni tal-vibrazzjonijiet – Parti 2: Wrenches, għodod li jdawru l-iskorfini u tornaviti (ISO 28927-2:2009) |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
57. |
EN 60745-2-21:2009 Għodod motorizzati tal-elettriku li jinżammu bl-idejn – Sikurezza – Parti 2-21: Rekwiżiti partikolari għall-makkinarju tat-tindif tal-katusi (IEC 60745-2-21:2002, Modifikat) EN 60745-2-21:2009/A1:2010 |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
58. |
EN 859:2007+A2:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni tal-inċanar tas-superfiċe bl-idejn |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
59. |
EN 860:2007+A2:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni tal-inċanar tal-ħxuna minn naħa waħda biss |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
60. |
EN 861:2007+A2:2012 Sikurezza tal-magni li jaħdmu l-injam – Magni tal-inċanar u tat-tħaxxin tas-superfiċe |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
61. |
EN 1114-3:2001+A1:2008 Magni għal-lastiku u għall-plastik – Makkinarju tal-estrużjoni u linji tal-estrużjoni – Parti 3: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-apparat li jiġbed il-lastiku/il-plastik likwidu |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C |
|
62. |
EN 1127-1:2011 Atmosferi splussivi – Prevenzjoni tal-isplużjonijiet u protezzjoni minnhom – Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
B |
|
63. |
EN 1459-2:2015 Trakkijiet li jaħdmu fuq art imħarbta – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Parti 2: Trakkijiet bi krejnijiet teleskopiċi li jilħqu distanzi li jvarjaw u li jduru f’diversi direzzjonijiet |
it-2 ta’ Ottubru 2021 |
C” |