|
30.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/453
tas-27 ta’ Marzu 2020
dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti ferrovjarji abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Kif iddikjarat fil-premessa 13 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-istandards Ewropej żviluppati fl-ispirtu tal-approċċ il-ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi jistgħu jippermettu li ssir preżunzjoni ta’ konformità ma’ ċerti ħtiġijiet (rekwiżiti) essenzjali ta’ dik id-Direttiva, partikolarment fil-każ tal-kostitwenti tal-interoperabilità u tal-interfaċċji. Il-prodotti ferrovjarji li jkunu konformi ma’ tali standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Bl-ittra M/483 tat-28 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni ressqet talba quddiem il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati ġodda jew għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati eżistenti b’appoġġ għad-Direttiva 2008/57/KE. |
|
(3) |
Abbażi t-talba M/483, CEN u Cenelec abbozzaw jew irrevedew, inter alia, l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 14067-4:2013+A1:2018, EN 14067-6:2018, EN 14198:2016+A1:2018, EN 14363:2016+A1:2018, EN 15355:2019, EN 15610:2019, EN 15877-1:2012+A1:2018, EN 16186-1:2014+A1:2018, EN 16186-3:2016+A1:2018, EN 16452:2015+A1:2019, EN 16729-4:2018, EN 16922:2017+A1:2019, EN 17023:2018, EN 17069-1:2019, EN 50122-1:2011/A1:2011, EN 50122-1:2011/A2:2016, EN 50122-1:2011/A3:2016, EN 50122-1:2011/A4:2017 EN 50126-1:2017, EN 50126-2:2017, EN 50129:2018 flimkien mal-Corrigenda EN 50129:2018/AC:2019-04 tiegħu, EN 50318:2018, EN 50463-1:2017, EN 50463-2:2017 flimkien mal-Corrigenda EN 50463-2:2017/AC:2018-10 tiegħu, EN 50463-3:2017, EN 50463-4:2017 u EN 50463-5:2017. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-Cenelec, ivvalutat jekk dawn l-istandards abbozzati jew riveduti mis-CEN u mis-Cenelec, humiex konformi mat-talba M/483. |
|
(5) |
Dawn l-istandards jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru, u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2008/57/KE. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minħabba l-fatt li l-konformità mal-istandard EN 14363:2016+A1:2018 tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fid-Direttiva 2008/57/KE fil-każ biss li tintuża flimkien mal-opinjoni teknika tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ERA-OPI-2018-3, ir-referenzi għal dak l-istandard jenħtieġ għalhekk jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bir-restrizzjoni korrispondenti. |
|
(6) |
Uħud mill-istandards armonizzati ġodda jew riveduti abbozzati mis-CEN u mis-Cenelec jissostitwixxu l-istandards armonizzati li ġejjin: EN 14067-4:2005+A1:2009, EN 14067-6:2010, EN 14198:2016, EN 15355:2008+A1:2010, EN 15610:2009, EN 15877-1:2012, EN 16186-3:2016, EN 16922:2017, EN 50122-1:2011, EN 50126-1:1999, EN 50129:2003, EN 50463-1:2012, EN 50463-2:2012, EN 50463-3:2012, EN 50463-4:2012 u EN 50463-5:2012. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Għal uħud minn dawk l-istandards, sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards li jissostitwixxu, jeħtieġ li jitneħħa l-irtirar tar-referenzi tagħhom. |
|
(7) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2008/57/KE u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2008/57/KE u elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.
Artikolu 2
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2008/57/KE u elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
ANNESS I
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN 14067-4:2013+A1:2018 Applikazzjonijet ferrovjarji – Ajrudinamika – Parti 4: Rekwiżiti u proċeduri tal-ittestjar għall-ajrudinamika fuq linji tal-ferrovija miftuħin |
|
2. |
EN 14067-6:2018 Applikazzjonijet ferrovjarji – Ajrudinamika – Parti 6: Rekwiżiti u proċeduri tal-ittestjar biex ikejlu l-qawwa tar-riħ mill-ġenb għaż-żaqq |
|
3. |
EN 14198:2016+A1:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Rekwiżiti għas-sistema tal-ibbrejkjar tal-ferroviji miġbuda minn lokomottivi |
|
4. |
EN 15355:2019 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – valves distributtivi u apparati li jiżolaw id-distributur |
|
5. |
EN 15610:2019 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Akustika – Kejl tal-ħruxija tal-wiċċ tal-binarji u tar-roti relatati mal-ġenerazzjoni tal-ħsejjes |
|
6. |
EN 15877-1:2012+A1:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sinjali fuq vetturi ferrovjarji – Parti 1: Vaguni tal-Merkanzija |
|
7. |
EN 16186-1:2014+A1:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kabina tas-sewwieq – Parti 1: Data antropometrika u viżibilità |
|
8. |
EN 16186-3:2016+A1:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kabina tas-sewwieq – Parti 3: Disinn tad-displejs |
|
9. |
EN 16452:2015+A1:2019 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Brake blocks |
|
10. |
EN 16729-4:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Infrastruttura – Ittestjar mhux distruttiv fuq il-binarji fil-linja ferrovjarja – Parti 4: Kwalifika tal-persunal għal-ittestjar mhux distruttiv fuq il-binarji |
|
11. |
EN 16922:2017+A1:2019 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Servizzi bbażati fuq l-art – Tagħmir għar-rimi tal-ilma residwu mill-vetturi |
|
12. |
EN 17023:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji – Ħolqien u modifika tal-pjan ta’ manutenzjoni |
|
13. |
EN 17069-1:2019 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi u proċeduri għall-bdil fil-gauge tal-linji ferrovjarji – Parti 1: Sistemi ta’ gauge varjabbli awtomatiku |
|
14. |
EN 50122-1:2011 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Stallazzjonijiet fissi – Sikurezza elettrika, ertjar u ċ-ċirkuwitu tar-ritorn – Parti 1: Dispożizzjonijiet protettivi kontra x-xokk elettriku EN 50122-1:2011/A1:2011 EN 50122-1:2011/AC:2012 EN 50122-1:2011/A2:2016 EN 50122-1:2011/A3:2016 EN 50122-1:2011/A4:2017 |
|
15. |
EN 50126-1:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – L-Ispeċifikazzjoni u d-Dimostrazzjoni tal-Affidabilità, id-Disponibilità, il-Mantenibilità u s-Sikurezza (RAMS) – Parti 1: Proċess ġeneriku tar-RAMS |
|
16. |
EN 50126-2:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – L-Ispeċifikazzjoni u d-Dimostrazzjoni tal-Affidabilità, id-Disponibilità, il-Mantenibilità u s-Sikurezza (RAMS) – Parti 2: Approċċ Sistemiku għas-Sikurezza |
|
17. |
EN 50129:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ komunikazzjoni, sinjalazzjoni u pproċessar – Sistemi elettroniċi għas-sinjalazzjoni relatati mas-sikurezza EN 50129:2018/AC:2019-04 |
|
18. |
EN 50318:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Validazzjoni tas-simulazzjoni tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt fl-għoli |
|
19. |
EN 50463-1:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 1: Punti ġenerali |
|
20. |
EN 50463-2:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 2: Kejl tal-enerġija EN 50463-2:2017/AC:2018-10 |
|
21. |
EN 50463-3:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 3: Ġestjoni tad-data |
|
22. |
EN 50463-4:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 4: Komunikazzjoni |
|
23. |
EN 50463-5:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 5: Valutazzjoni tal-konformità |
ANNESS II
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN 14363:2016+A1:2018 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ittestjar u Simulazzjoni għall-aċċettazzjoni ta’ karatteristiċi tat-tħaddim tal-vetturi ferrovjarji – Testijiet tal-Komportament Dinamiku u testijiet stazzjonarji Avviż: Il-preżunzjoni ta’ konformità għandha tingħata biss meta tintuża flimkien mal-opinjoni teknika tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ERA-OPI-2018–3 (https://www.era.europa.eu/library/opinions-and-technical-advices_en). |
ANNESS III
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
1. |
EN 14067-4:2005+A1:2009 Applikazzjonijet ferrovjarji – Ajrudinamika – Parti 4: Rekwiżiti u proċeduri tal-ittestjar għall-ajrudinamika fuq linji ferrovjarji miftuħin |
30.3.2020 |
|
2. |
EN 14067-6:2010 Applikazzjonijet ferrovjarji – Ajrudinamika – Parti 6: Rekwiżiti u proċeduri għall-ittestjar biex ikejlu l-qawwa tar-riħ mill-ġenb għaż-żaqq |
30.3.2020 |
|
3. |
EN 14198:2016 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – Rekwiżiti għas-sistema tal-brejkijiet tal-ferroviji miġbuda minn lokomottivi |
30.3.2020 |
|
4. |
EN 15355:2008+A1:2010 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Ibbrejkjar – valves distributtivi u apparati li jiżolaw id-distributur |
30.3.2021 |
|
5. |
EN 15610:2009 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Emissjonijiet ta’ ħsejjes – Kejl tal-ħruxija tal-wiċċ tal-binarji relatat mal-ġenerazzjoni tal-ħsejjes |
30.9.2020 |
|
6. |
EN 15877-1:2012 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sinjali fuq vetturi ferrovjarji – Parti 1: Vaguni tal-Merkanzija |
30.3.2020 |
|
7. |
EN 16186-3:2016 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kabina tas-sewwieq – Parti 3: Disinn tad-displejs |
30.9.2020 |
|
8. |
EN 16922:2017 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Servizzi bbażati fuq l-art – Tagħmir tar-rilaxx ta’ ilma mormi minn vetturi |
30.9.2020 |
|
9. |
EN 50122-1:2011 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Stallazzjonijiet fissi – Sikurezza elettrika, ertjar u ċ-ċirkuwitu tar-ritorn – Parti 1: Dispożizzjonijiet protettivi kontra xokk elettriku EN 50122-1:2011/AC:2012 |
30.3.2021 |
|
10. |
EN 50126-1:1999 Applikazzjonijiet ferrovjarji – L-ispeċifikazzjoni u d-dimostrazzjoni tal-Affidabilità, id-Disponibilità, il-Mantenibilità u s-Sikurezza (RAMS) (RAMS) – Parti 1: Rekwiżiti bażiċi u proċess ġenerali EN 50126-1:1999/AC:2006 EN 50126-1:1999/AC:2010 EN 50126-1:1999/AC:2012 |
30.3.2020 |
|
11. |
EN 50129:2003 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ komunikazzjoni, ta’ sinjalazzjoni u ta’ pproċessar – Sistemi elettroniċi għas-sinjalazzjoni relatati mas-sikurezza EN 50129:2003/AC:2010 |
30.3.2020 |
|
12. |
EN 50463-1:2012 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 1: Punti ġenerali |
30.3.2020 |
|
13. |
EN 50463-2:2012 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 2: Kejl tal-enerġija |
30.3.2020 |
|
14. |
EN 50463-3:2012 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 3: Ġestjoni tad-data |
30.3.2020 |
|
15. |
EN 50463-4:2012 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 4: Komunikazzjoni |
30.3.2020 |
|
16. |
EN 50463-5:2012 Applikazzjonijiet ferrovjarji – Kejl tal-enerġija abbord ferroviji – Parti 5: Valutazzjoni tal-konformità |
30.3.2020 |