|
6.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/348
tal-24 ta’ Ottubru 2019
dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.35980 — 2019/C Ir-Renju Unit — Riforma tas-Suq tal-Elettriku: Mekkaniżmu ta’ Kapaċità
(notifikata bid-dokument C(2019) 7610)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom skont dawk l-Artikoli (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Wara l-kuntatti ta’ qabel in-notifika, fit-23 ta’ Ġunju 2014, l-awtoritajiet tar-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dwar miżura proposta li tappoġġja lill-fornituri tal-kapaċità fis-suq tal-elettriku fil-Gran Brittanja (“GB”) (2). F’din id-Deċiżjoni dik il-miżura tissejjaħ “il-miżura”. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-iskema ta’ għajnuna li tistabbilixxi l-miżura minħabba li l-iskema kienet taqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għalhekk kienet kompatibbli mas-suq intern (3) (“id-Deċiżjoni tal-2014”). |
|
(3) |
L-ewwel irkant fis-suq tal-kapaċità li miegħu hija relatata l-miżura (“is-Suq tal-Kapaċità” jew “is-CM”) seħħ fis-16 sat-18 ta’ Diċembru 2014. L-irkant kien għal konsenja ta’ kapaċità erba’ snin wara, jiġifieri fl-2018. |
|
(4) |
Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-2014, fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-793/14 — Tempus Energy u Tempus Energy Technology vs Il-Kummissjoni (“is-sentenza tal-QĠ”). Fil-qosor, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, fuq il-bażi tat-tul u taċ-ċirkustanzi tal-fażi ta’ qabel in-notifika u tan-nuqqas ta’ investigazzjoni xierqa mill-Kummissjoni fl-istadju ta’ eżaminazzjoni preliminari fir-rigward ta’ xi aspetti tas-Suq tal-Kapaċità, b’mod aktar speċifiku fir-rigward tar-rwol u tat-trattament tar-rispons fin-naħa tad-domanda fil-mekkaniżmu ta’ kapaċità nnotifikat, il-Kummissjoni missu kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern. Dawn id-dubji misshom wassluha sabiex tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat, u b’hekk il-partijiet interessati kienu jkunu jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni u jqiegħdu l-informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tivvaluta aħjar il-kompatibbiltà tas-Suq tal-Kapaċità mas-suq intern. |
|
(5) |
Informazzjoni addizzjonali waslet mingħand ir-Renju Unit fl-20 ta’ Diċembru 2018. |
|
(6) |
Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni appellat is-sentenza tal-QĠ (kawża C-57/19). Billi l-appell m’għandux effett ta’ sospensjoni, sabiex ikun hemm konformità mas-sentenza tal-QĠ, il-Kummissjoni vvalutat is-CM mill-ġdid. |
|
(7) |
Wara dik ir-rivalutazzjoni, permezz ta’ ittra ddatata l-21 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni għarrfet lir-Renju Unit li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżura. |
|
(8) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(9) |
Ir-Renju Unit bagħat il-kummenti tiegħu dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ permezz tal-ittra ddatata t-12 ta’ April 2019. Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand 35 parti interessata. Hija bagħtithom lir-Renju Unit u tat lir-Renju Unit l-opportunità jirreaġixxi. Il-Kummissjoni rċiviet il-kummenti tar-Renju Unit b’risposta permezz tal-ittri tas-7 ta’ Ġunju 2019, tad-19 ta’ Lulju 2019 u tat-12 ta’ Settembru 2019. |
|
(10) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE, it-Trattati għandhom jieqfu japplikaw għall-Istat li joħroġ mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentejn wara n-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, ma jiddeċidix b’mod unanimu li jestendi dak il-perjodu. Il-perjodu ġie estiż darbtejn, l-aħħar darba bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 (5), li estendietu sal-31 ta’ Ottubru 2019. |
|
(11) |
Fil-11 ta’ Jannar 2019, bid-Deċiżjoni (UE) 2019/274 (6), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar tal-ftehim dwar il-ħruġ miftiehem fil-livell tan-negozjaturi fl-14 ta’ Novembru 2018. Fis-17 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-Ftehim rivedut dwar il-Ħruġ li ntlaħaq ftehim dwaru fil-livell tan-negozjaturi. Fil-21 ta’ Ottubru, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni (7), emenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/274 sabiex jawtorizza l-iffirmar tal-Ftehim rivedut. L-Unjoni reġgħet ikkonfermat li hija kienet lesta li tipproċedi malajr bl-iffirmar u bil-konklużjoni tagħha fil-każ li l-Parlament tar-Renju Unit japprova l-ftehim dwar il-ħruġ. Ir-Raba’ Parti tal-ftehim dwar il-ħruġ jipprovdi għal perjodu ta’ tranżizzjoni li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim, li matulu d-dritt tal-Unjoni għandu jkompli japplika għar-Renju Unit u fih kif stabbilit hemmhekk. |
|
(12) |
Fi kwalunkwe każ, din id-Deċiżjoni tapplika biss sakemm id-dritt tal-Unjoni japplika għar-Renju Unit u fih. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
2.1. Ħarsa ġenerali lejn il-miżura
|
(13) |
Fl-2014, ir-Renju Unit stima li s-suq tal-elettriku fil-GB se jilħaq livelli kritiċi ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni madwar l-2017/2018. Għalhekk, ir-Renju Unit fassal il-miżura bħala suq tal-kapaċità fejn l-Operatur tas-Sistema jorganizza rkanti ġestiti ċentralment sabiex jixtri l-livell ta’ kapaċità meħtieġ sabiex jiżgura l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
|
(14) |
L-irkanti organizzati skont il-miżura inizjalment kienu miftuħa biss għal ġeneraturi, għal operaturi tar-rispons fin-naħa tad-domanda (DSR) u għal operaturi tal-ħżin eżistenti u ġodda. L-interkonnetturi tħallew jipparteċipaw mit-tieni irkant fl-2015. |
|
(15) |
L-offerenti li jirnexxu fl-irkantijiet jingħataw ftehimiet ta’ kapaċità li bihom huma jirċievu pagament regolari għad-durata tal-ftehim ta’ kapaċità bħala kumpens għal impenn li jiġi jitwassal l-elettriku fi żminijiet ta’ stress fis-sistema jekk hekk jintalab li jsir mill-Operatur tas-Sistema. Japplikaw penali finanzjarji jekk il-fornitur tal-kapaċità ma jwassalx l-ammont ta’ enerġija meħtieġa skont l-impenn tiegħu ta’ kapaċità. Il-miżura hija ffinanzjata permezz ta’ imposta fuq il-fornituri tal-elettriku. |
|
(16) |
L-ewwel irkant ġie organizzat fl-2014 għat-twassil tal-kapaċità fl-2018. Dan kien segwit minn tliet irkanti oħra ta’ erba’ snin bil-quddiem (“T-4”) (fl-2015, fl-2016 u fl-2017), irkant ta’ sena bil-quddiem (“T-1”) (fl-2017), u żewġ irkanti tranżizzjonali (“TAs”) fl-2016 u fl-2017). |
|
(17) |
Ir-Renju Unit issospenda l-miżura fil-15 ta’ Novembru 2018 wara s-sentenza tal-QĠ, imsemmija fil-premessa 4 u li bħalissa qed tiġi appellata. Ir-Renju Unit ikkonferma li ma kienet se tingħata l-ebda għajnuna ulterjuri permezz tal-irkanti fis-Suq tal-Kapaċità u li l-ħlasijiet għall-għajnuna mogħtija permezz tal-irkanti li diġà kienu seħħew kienu twaqqfu sa ma tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni li tapprova l-miżura. |
|
(18) |
Madankollu, wara s-sentenza tal-QĠ, ir-Renju Unit daħħal fis-seħħ il-miżuri li ġejjin:
|
2.2. Bażi ġuridiċi u arranġamenti tal-gvern
|
(19) |
Il-bażi ġuridika għall-miżura hija l-UK Energy Act 2013. Il-leġiżlazzjoni sekondarja fil-forma tal-Electricity Capacity Regulations 2014, tal-Electricity Capacity (Supplier Payments eċċ.) Regulations 2014 u tal-Capacity Market Rules tirregola l-implimentazzjoni tal-miżura. |
|
(20) |
Ir-Renju Unit jirrieżamina regolarment il-mekkaniżmu fid-dawl tal-feedback riċevut minn kull proċess ta’ rkant. Wettaq ukoll għadd ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex jagħmel titjib inkrimentali fid-dettall regolatorju ta’ ċerti karatteristiċi speċifiċi tal-iskema. Ir-regolatur tal-enerġija (Ofgem) ukoll jiġbor opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati kull sena dwar tibdiliet potenzjali fil-karatteristiċi operazzjonali u amministrattivi tal-iskema u jagħmel emendi għar-regoli. Barra minn hekk, huwa skedat li jsir rieżami aktar formali u komprensiv kull ħames snin, li jinvolvi kemm lill-gvern kif ukoll lil Ofgem, sabiex jiġi vvalutat sa liema punt is-Suq tal-Kapaċità effettivament jilħaq l-objettivi tiegħu u jibqa’ l-aktar forma effettiva ta’ intervent sabiex jiġu indirizzati dawk l-objettivi. L-objettivi jinkludu l-kunsiderazzjoni ta’ fallimenti sottostanti tas-suq. Essenzjalment, ir-rieżami jikkonsisti fiż-żewġ stadji li ġejjin:
|
|
(21) |
Il-Gvern tar-Renju Unit beda l-ewwel proċess ta’ rieżami ta’ ħames snin billi ppubblika Sejħa għall-Evidenza f’Awwissu 2018, u b’hekk stieden opinjonijiet u evidenza f’livell għoli dwar kwistjonijiet bħal jekk hemmx ħtieġa kontinwa għas-CM, u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe qasam ta’ prijorità fejn jenħtieġ li jsiru tibdiliet. F’Settembru 2018, Ofgem ippubblika Ittra Miftuħa li fiha talab opinjonijiet u evidenza dwar jekk ir-Regoli għadhomx jissodisfaw l-objettivi tagħhom. Ir-rapport finali tar-rieżami ta’ ħames snin tal-gvern tar-Renju Unit ġie ppubblikat fit-22 ta’ Lulju 2019 (8), filwaqt li r-rapport finali ta’ Ofgem ġie ppubblikat fil-31 ta’ Lulju 2019 (9). Barra minn hekk, il-Kumitat tax-Xjenza u tat-Teknoloġija tal-House of Commons tar-Renju Unit ippubblika rapport fit-22 ta’ Awwissu 2019 fejn semma, fost temi oħra, is-Suq tal-Kapaċità tal-GB (10). |
|
(22) |
Il-miżura hija implimentata mill-Gvern tar-Renju Unit, minn Ofgem, mill-Korp ta’ Konsenja (National Grid — “NG”), il-Korp tas-Saldu (istituzzjoni ġdida maħluqa skont l-Att dwar l-Enerġija 2013, soġġett għad-direzzjoni u għas-sorveljanza tal-gvern) u l-fornitur tas-servizzi ta’ saldu (Elexon). Deskrizzjoni qasira ta’ livell għoli tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tagħhom hija pprovduta hawn taħt. |
|
(23) |
Il-Gvern tar-Renju Unit huwa responsabbli għas-sorveljanza strateġika tas-Suq tal-Kapaċità u għat-tibdiliet fir-Regolamenti li jirregolaw l-iskema u sabiex tiġi żgurata akkontabilità kontinwa għall-aspetti ewlenin tad-disinn tas-Suq tal-Kapaċità. Ir-Regolamenti jinkludu, pereżempju, kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà għad-dħul fl-irkanti tas-Suq tal-Kapaċità, il-funzjonijiet tal-Operatur tas-Sistema għall-konsenja tas-Suq tal-Kapaċità, u s-saldu tal-pagamenti. |
|
(24) |
Il-Gvern tar-Renju Unit iddiżinja r-Regoli tas-Suq tal-Kapaċità, iżda Ofgem huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom (kemm il-Gvern tar-Renju Unit kif ukoll Ofgem jistgħu jemendaw ir-Regoli). Ir-Regoli tas-Suq tal-Kapaċità jinkludu regoli u proċeduri tekniċi dwar il-kwalifika minn qabel u l-irkanti tal-kapaċità, il-kontenut tal-ftehimiet ta’ kapaċità u l-obbligi tad-detenturi tal-ftehim ta’ kapaċità. Meta jitqiesu t-tibdiliet fir-Regoli, Ofgem huwa marbut b’sett ta’ objettivi stabbiliti fir-Regolamenti u fir-Regoli, li jiżgura t-trasparenza u l-kunfidenza fil-governanza tas-Suq tal-Kapaċità. Ofgem huwa responsabbli wkoll għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim imqajjem mill-applikanti dwar l-eżitu tal-kwalifikazzjoni minn qabel. |
|
(25) |
L-Operatur tas-Sistema huwa n-National Grid. Dan iwettaq ir-rwol tal-konsenja għas-Suq tal-Kapaċità, inklużi: l-għoti ta’ pariri lill-Ministri dwar is-sigurtà tal-prospetti tal-provvista u r-rakkomandazzjoni tal-ammont ta’ kapaċità għall-irkant sabiex jintlaħaq l-istandard ta’ affidabbiltà; il-prekwalifikazzjoni tal-parteċipanti fl-irkant, l-amministrazzjoni tal-irkanti tal-kapaċità u l-ħruġ tal-kuntratti (l-hekk imsejħa “ftehimiet ta’ kapaċità”) għall-offerenti rebbieħa; l-iżvilupp u l-amministrazzjoni ta’ proċeduri ġodda ta’ sostenn bħall-provvista ta’ twissijiet dwar is-Suq tal-Kapaċità. |
|
(26) |
Il-Gvern tar-Renju Unit jistabbilixxi l-funzjonijiet tal-konsenja tal-Operatur tas-Sistema fil-leġiżlazzjoni sekondarja, li huma “rekwiżiti relevanti” infurzabbli minn Ofgem. Dan jagħti ċertezza lill-Gvern dwar x’se jiġi kkonsenjat u bażi ċara għal Ofgem sabiex jimmaniġġja l-prestazzjoni ta’ NG fir-rwol tagħha ta’ konsenja. Bord ta’ esperti tekniċi jipprovdi skrutinju indipendenti tal-pariri ta’ NG dwar l-ammont irrakkomandat ta’ kapaċità għall-irkant. |
|
(27) |
Il-Gvern tar-Renju Unit waqqaf (11) il-Capacity Market Settlement Body (“il-Kumpanija ta’ Saldu tal-Elettriku”) sabiex tipprovdi l-akkontabilità, il-governanza u l-kontroll finali tal-proċess ta’ saldu u tal-pagamenti mħallsa skont il-ftehimiet ta’ kapaċità (12). Il-Korp ta’ Saldu huwa kumpanija privata limitata b’ishma tal-Gvern li huwa l-uniku azzjonist (13). Huwa responsabbli għall-issettjar tal-governanza interna tiegħu stess sabiex ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu, iżda l-Gvern żamm kontroll ġenerali fuqu (14). |
|
(28) |
Il-Gvern tar-Renju Unit ħabbar id-deċiżjoni li jikkuntratta funzjonijiet lil Elexon Ltd. permezz tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi Frar 2013. Elexon topera bħala l-fornitur tas-servizzi ta’ saldu, b’responsabbiltajiet għat-twettiq tal-kalkoli u tad-determinazzjonijiet tal-pagamenti tal-kapaċità. Ir-rwol ta’ Elexon bħala fornitur tas-servizzi ta’ saldu huwa simili iżda huwa aktar limitat mir-rwol li għandha bħalissa taħt il-Balancing and Settlement Code (Kodiċi ta’ Bbilanċjar u ta’ Saldu). Kuntratt bejn il-Korp ta’ Saldu u Elexon jispjega d-dettalji tas-servizz li jrid jiġi pprovdut, il-kost ta’ dak is-servizz u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni. |
2.3. Benefiċjarji
2.3.1. Eliġibbiltà
|
(29) |
Il-fornituri tal-kapaċità jipparteċipaw fis-Suq tal-Kapaċità fuq il-bażi ta’ “Unitajiet tas-Suq tal-Kapaċità” (CMUs). Huwa fil-livell tas-CMUs li jsiru applikazzjonijiet ta’ prekwalifikazzjoni, jingħataw il-ftehimiet ta’ kapaċità, jiġu speċifikati l-obbligi li japplikaw fi żminijiet ta’ stress fis-sistema u jiġu kkalkolati l-penali/ħlasijiet ta’ konsenji eċċessivi. Jistgħu jieħdu sehem ġeneraturi (kemm eżistenti kif ukoll ġodda), interkonnetturi, fornituri tal-ħżin u fornituri tad-DSR. |
|
(30) |
Unitajiet ta’ ġenerazzjoni (definiti b’referenza għall-provvista tal-elettriku, li kapaċi jikkontrollaw b’mod indipendenti, output nett imkejjel b’miter(s) għal kull nofs siegħa, kapaċità ta’ konnessjoni li taqbeż iż-2MW) jistgħu jipparteċipaw individwalment bħala CMU waħda jew aggregati ma’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni eliġibbli oħra skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(31) |
CMUs tad-DSR huma ddefiniti b’referenza għal impenn sabiex titnaqqas id-domanda. Fornitur ta’ DSR huwa ddefinit bħala (i) klijent tal-elettriku direttament; (ii) entità li tkun proprjetarja tal-klijent tal-elettriku; jew (iii) entità li jkollha kontroll kuntrattwali tad-DSR fuq il-klijent tal-elettriku. L-impenn irid jġiegħel lill-klijent tal-elettriku jnaqqas l-importazzjoni tiegħu tal-elettriku (kif imkejjel b’miters kull nofs siegħa) u/jew jesporta l-elettriku ġġenerat minn unitajiet li jiġġeneraw fuq il-post li jkunu proprjetà tal-klijent tal-elettriku. Il-fornituri ta’ DSR jistgħu jipparteċipaw individwalment bħala CMU wieħed jew jistgħu jaggregaw ma’ oħrajn. Barra minn hekk, kull komponent irid ikun konness ma’ miter ta’ kull nofs siegħa u l-kapaċità totali ta’ DSR tal-fornitur trid tkun bejn 2MW u 50MW. It-Tabella 1 hawn taħt turi r-riżultati tal-prestazzjoni tad-DSR fl-irkanti li saru qabel Lulju 2019. Tabella 1 Prestazzjoni ta’ DSR fl-irkanti tal-kapaċità miżmuma qabel Lulju 2019
|
|
(32) |
Is-Suq tal-Kapaċitajiet jeskludi fornituri tal-kapaċità li diġà qed jirċievu sostenn minn miżuri oħra. Il-fornituri li ġejjin mhumiex eliġibbli li jipparteċipaw fis-Suq tal-Kapaċità:
|
|
(33) |
Kumpaniji li pparteċipaw fl-iskemi tal-Iskema ta’ Investiment tal-Intrapriżi (EIS) u tat-Trust tal-Kapital ta’ Riskju (VCT) mhumiex preklużi mill-parteċipazzjoni fis-CM, iżda huma soġġetti għal test sabiex jiżguraw li ma jirċivux “sussidju doppju” (sabiex tiġi evitata kumulazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat). |
|
(34) |
Filwaqt li l-parteċipazzjoni diretta ta’ kapaċitajiet barranin mhijiex awtorizzata, l-interkonnetturi kienu eliġibbli li jipparteċipaw fis-Suq tal-Kapaċità mit-tieni rkant li sar fl-2015, bħala CMUs, fuq bażi ugwali mal-ġeneraturi u mal-fornituri tad-DSR ibbażati fil-GB, soġġetti essenzjalment għall-istess reġim ta’ premji u ta’ penali, u degradati sabiex jirriflettu l-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista (16). It-Tabella 2 turi l-parteċipazzjoni tas-CMUs interkonnetturi (“IC CMUs”) fl-irkanti li saru s’issa. Tabella 2 Il-parteċipazzjoni tas-CMUs interkonnetturi fl-irkanti tas-CM s’issa
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(35) |
Fid-Deċiżjoni tal-2014, il-permess ingħata sabiex ma tkunx inkluża l-kapaċità interkonnessa għall-ewwel irkant (Diċembru 2014) minħabba l-limitazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(36) |
Għall-2014 biss, fin-nuqqas ta’ parteċipazzjoni diretta minn kapaċità interkonnessa, il-kontribut mistenni mill-interkonnessjoni fi żminijiet ta’ stress fis-sistema tal-GB kien rifless fl-ammont ta’ kapaċità rkantata. Pereżempju, jekk ikun mistenni li jkun hemm 1 GW disponibbli minn importazzjonijiet fi żminijiet ta’ stress fuq is-sistema tal-GB, l-ammont ta’ kapaċità rkantata fis-Suq tal-Kapaċità jitnaqqas b’1 GW. Il-kontribut tal-interkonnessjoni mhux CM għall-ewwel kien ivvalutat bl-NG żero (float) meta ġiet irrakkomandata l-mira T-4 għas-sena tal-konsenja 2018/19, iżda sussegwentement dan ġie rivedut għal kontribut nett ta’ 2,1 GW għall-irkant T-1. |
2.3.2. Proċess ta’ prekwalifikazzjoni
|
(37) |
Il-parteċipazzjoni fis-Suq tal-Kapaċità mhijiex obbligatorja. Madankollu, huwa obbligatorju li l-kapaċità kollha liċenzjata u eliġibbli tipparteċipa fil-proċess ta’ prekwalifikazzjoni, anki jekk ma jkollhiex l-intenzjoni li tagħmel offerti. L-għan tal-proċess ta’ prekwalifikazzjoni huwa li jiġi żgurat li l-parteċipanti fl-irkant ikunu jistgħu jikkonsenjaw il-kapaċità li joffru, u l-Operatur tas-Sistema jkun jista’ jaġġusta l-ammont tal-kapaċità għall-irkant fuq il-bażi tal-volum ta’ kapaċità eskluża mill-irkant. |
|
(38) |
Kwalunkwe kapaċità eliġibbli li tiġi eskluża mill-irkant tal-kapaċità ma tkunx esposta għal penali tas-Suq tal-Kapaċità għal nuqqas ta’ konsenja, u lanqas ma tkun eliġibbli għal kwalunkwe ħlas għal konsenja eċċessiva. Din il-kapaċità tista’ terġa’ tiġi inkluża fi rkanti sussegwenti u tista’ tipparteċipa fis-suq sekondarju. Bħal fil-każ ta’ impjanti ineliġibbli, l-ammont irkantat jitnaqqas sabiex jitqies l-ammont tal-kapaċità tal-impjanti li jagħżlu li ma jipparteċipawx. |
|
(39) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kapaċità affidabbli lesta għas-sena tal-konsenja, l-Operatur tas-Sistema jwettaq kontrolli ta’ prekwalifikazzjoni qabel l-irkant sabiex jikkonferma l-istatus ta’ eliġibbiltà u tal-offerti tal-kapaċità potenzjali kollha. Ir-rekwiżiti ta’ prekwalifikazzjoni jvarjaw għal tipi differenti ta’ kapaċità (eż. għall-ġenerazzjoni u għad-DSR). |
|
(40) |
Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ prekwalifikazzjoni tagħhom, l-applikanti jridu jissodisfaw kemm ir-rekwiżiti ġeneriċi kif ukoll dawk speċifiċi tal-prekwalifikazzjoni, li jvarjaw skont jekk l-unità tkunx unità ta’ ġenerazzjoni eżistenti jew prospettiva, jew unità ta’ DSR. Ir-rekwiżiti ġeneriċi jinkludu dettalji amministrattivi bażiċi (dettalji ta’ kuntatt, status ta’ liċenzja, struttura korporattiva, post u dikjarazzjonijiet tad-Diretturi varji), filwaqt li unitajiet ta’ ġenerazzjoni eżistenti jridu juru wkoll il-prestazzjoni storika tagħhom. L-unitajiet prospettivi jridu jipprovdu evidenza tal-kunsens tal-ippjanar u tal-ftehim dwar il-konnessjoni, pjan dettaljat ta’ kostruzzjoni u dettalji tan-nefqa kapitali mistennija tagħhom meta mqabbla mad-durata li għaliha jkun qed jintalab il-ftehim ta’ kapaċità. Huma meħtieġa wkoll li jippreżentaw appoġġ ta’ kreditu (jiġifieri kollateral, jew “garanzija tal-offerta”) bħala indikazzjoni tas-serjetà tagħhom li jipparteċipaw fl-irkant u li jfornu unità operazzjonali sal-bidu tas-sena tal-konsenja. |
|
(41) |
DSR ta’ ġenerazzjoni ġdida u mhux ipprovat (għall-kuntrarju ta’ DSR ipprovat (18)) huma meħtieġa jissottomettu garanzija tal-offerta ta’ GBP 5 000 (madwar EUR 5 650) għal kull megawatt għal irkanti ta’ erba’ snin bil-quddiem u ta’ sena bil-quddiem u ta’ GBP 500 (madwar EUR 565) għal kull megawatt għal irkanti tranżizzjonali. Fir-rigward tad-DSR, il-miżura tipprovdi li l-garanzija tal-offerta tintilef pro rata skont il-volum ta’ kapaċità li fil-fatt ma jiġix fornit mill-operaturi tad-DSR, dment li dawn jipprovdu tal-anqas 90 % tal-volum tal-kapaċità li kienu impenjaw ruħhom għalih. Filwaqt li l-operaturi tad-DSR jistgħu jaggregaw diversi siti sabiex jilħqu l-limitu minimu ta’ 2 MW, jenħtieġ li jiġi nnotat li dawn huma responsabbli li jħallsu garanzija tal-offerta fuq iż-2 MW kollha kemm huma, anki jekk sehem żgħir biss minn dak il-volum ikun kapaċità tad-DRS mhux ipprovat. Skont ir-Renju Unit, CMU tista’ tiġi pprovata biss bħala unità waħda, ipprovata fl-istess jum fl-istess perjodu ta’ saldu. Dan ir-rekwiżit ta’ prova bħala unità jenħtieġ li jnaqqas ir-riskju ta’ abbuż. Inkella, l-applikanti jistgħu jipprovaw fi żminijiet differenti u jgħaqqdu f’unità waħda diversi unitajiet li jaf ma jkunux kapaċi jaħdmu flimkien waqt avveniment ta’ stress, bir-riżultat ta’ riskju għas-sigurtà tal-provvista. |
|
(42) |
Wara konsultazzjoni f’Marzu tal-2016, il-Gvern tar-Renju Unit għolla l-garanzija tal-offerta ta’ qabel l-irkant għal ġenerazzjoni ta’ binja ġdida għal GBP 10 000/MW sabiex jgħin fl-assigurar bis-sħiħ tal-isokpertura għar-responsabbiltà akbar tat-tariffa ta’ terminazzjoni, kif ukoll sabiex jgħin fid-deterrenza ta’ applikazzjonijiet spekulattivi billi jkun meħtieġ livell akbar ta’ impenn ta’ qabel l-irkant. Madankollu, il-livell ta’ garanzija tal-offerta ta’ qabel l-irkant għal DSR mhux ipprovat tħalla għal GBP 5 000/MW wara l-feedback mill-partijiet ikkonċernati matul il-konsultazzjoni, jiġifieri meta jitqabbel huwa ogħla għall-aggregaturi tad-DSR sabiex jiksbu kopertura tal-kreditu mingħand is-selliefa. |
|
(43) |
L-Operatur tas-Sistema jippubblika fatturi degradanti speċifiċi għat-teknoloġija qabel it-tieqa ta’ prekwalifikazzjoni. Għall-maġġoranza tal-klassijiet tat-teknoloġija, dawn il-fatturi huma bbażati fuq prestazzjoni storika ta’ klassi tat-tip matul is-seba’ snin preċedenti u jirrappreżentaw il-kontribut medju mistenni tal-impjanti fi żminijiet ta’ stress fuq is-sistema fuq bażi speċifika għat-teknoloġija. Tintuża metodoloġija differenti għal xi klassijiet fejn l-evidenza storika tkun nieqsa jew tkun anqas rilevanti bħala gwida robusta għall-prestazzjoni futura (eż. interkonnetturi jew teknoloġiji innovattivi bħall-ħżin tal-batteriji). Il-fatturi rilevanti japplikaw għall-impjanti kollha ta’ teknoloġija speċifika, irrispettivament mill-età jew mill-istatus tagħhom. Il-fornituri tal-kapaċità li jirnexxu fl-irkant tal-kapaċità jirċievu pagamenti (bil-prezz uniformi tal-irkant) proporzjonati għall-fattur degradanti tagħhom moltiplikat bil-kapaċità ta’ konnessjoni tagħhom (volum li l-konnessjoni fiżika tagħhom mal-grilja tippermettilhom jesportaw fis-sistema). Wieħed mill-iskopijiet tar-reġim ta’ penali huwa li jiġi rfinat il-livell ta’ pagamenti minn dan il-livell stmat ta’ prestazzjoni għal-livell attwali ta’ prestazzjoni ta’ impjanti individwali. |
2.4. Il-proċess tal-irkant
2.4.1. Stabbiliment tal-ammont ta’ kapaċità għall-irkant
|
(44) |
Id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx isiru l-irkanti tal-kapaċità tittieħed kull sena u tkun informata minn valutazzjoni indipendenti tal-kapaċità elettrika mwettqa mill-Operatur tas-Sistema. Filwaqt li tħares 15-il sena ’l quddiem, NG tivvaluta l-evoluzzjoni probabbli tal-marġnijiet ta’ kapaċità futuri, il-kontribut tal-kapaċità interkonnessa u tad-DSR, u tirrakkomanda l-ammont tal-kapaċità meħtieġ sabiex jinkiseb standard ta’ affidabbiltà dejjiemi. B’dan il-mod, il-Gvern ikun jista’ jivvaluta kull sena jekk ikunx meħtieġ irkant tal-kapaċità. |
|
(45) |
Id-deċiżjoni dwar kemm kapaċità għandha tiġi kkuntrattata f’kull irkant tal-kapaċità hija informata minn standard ta’ affidabbiltà dejjiemi. Standard ta’ affidabbiltà huwa livell oġġettiv ta’ sigurtà tal-provvista tal-elettriku, u huwa l-bażi għall-istabbiliment ta’ kurva tad-domanda qabel kull irkant tal-kapaċità. |
|
(46) |
Ir-Renju Unit jinnota li l-ebda sistema tal-elettriku qatt ma tista’ tkun affidabbli 100 %, u li dejjem ikun hemm xi forma ta’ kompromess bejn il-kost sabiex tiġi pprovduta kapaċità addizzjonali ta’ riżerva u l-livell ta’ affidabilità miksub. L-istabbiliment ta’ standard ta’ affidabbiltà jippermetti li jsir dan il-kompromess peress li huwa jidentifika l-punt li fih il-benefiċċji addizzjonali tas-sigurtà jiġu misbuqa mill-kostijiet tal-provvista tal-kapaċità. Għandu l-għan li jagħti lill-investituri u lill-parteċipanti fis-suq ċarezza dwar l-objettivi fit-tul tal-Gvern b’rabta mas-sigurtà tal-provvista u li jgħin sabiex jitnaqqsu l-kostijiet għall-konsumaturi. Għandu wkoll l-għan ukoll li jiżgura li l-Gvern ma jkunx jista’ jikkuntratta aktar mil-livell ta’ kapaċità ekonomikament effiċjenti, li jipprevjeni akkwist żejjed tal-kapaċità tal-GB. |
|
(47) |
Il-gvern tar-Renju Unit stabbilixxa standard ta’ affidabbiltà dejjiemi għas-suq tal-elettriku tal-GB ugwali għal aspettattiva ta’ telf bit-tagħbija ta’ 3 sigħat/sena. Dan isarraf f’livell ta’ sigurtà tas-sistema ta’ 99,97 %. L-aspettattiva ta’ telf tat-tagħbija hija l-għadd ta’ sigħat/perjodi fis-sena li fihom, fuq perjodu ta’ żmien twil, ikun statistikament mistenni li l-provvista ma tissodisfax id-domanda, u din tirrifletti l-livell ta’ kapaċità ekonomikament effiċjenti. L-istandard tal-affidabbiltà ġie stabbilit fuq bażi dejjiema, iżda għandu jkun hemm opportunità għall-Gvern sabiex jirrieżaminah jekk ikun meħtieġ. |
|
(48) |
Kull sena, l-Operatur tas-Sistema jistabbilixxi kemm hija meħtieġa kapaċità sabiex jintlaħaq l-istandard ta’ affidabbiltà u jipprovdi parir lill-Gvern sat-30 ta’ Mejju f’Rapport dwar il-Kapaċità tal-Elettriku (ECR). Ir-rakkomandazzjoni dwar l-ammont ta’ kapaċità għall-ikuntrattar fl-irkanti tal-kapaċità sabiex jintlaħaq l-istandard ta’ affidabbiltà hija bbażata fuq il-valutazzjoni minn NG ta’ xenarji differenti għal-livell ta’ domanda għall-elettriku u għall-ammont ta’ kapaċità pprovduta mill-impjanti tal-enerġija li mhumiex eliġibbli għal pagamenti ta’ kapaċità, eż. ġenerazzjoni ta’ livelli baxxi ta’ karbonju, u b’hekk tistipula r-rakkomandazzjoni ta’ NG dwar jekk tridx tinkiseb kapaċità għas-sena tal-konsenja inkwistjoni permezz ta’ CM, u jekk iva, kemm. Ir-rapport ta’ NG jiġi skrutinizzat minn Bord indipendenti tal-Esperti Tekniċi (PTE) li jipprovdi parir lill-Gvern dwar ir-robustezza tal-analiżi u tar-rakkomandazzjonijiet. |
|
(49) |
L-Operatur tas-Sistema juża firxa ta’ xenarji tad-domanda kif ukoll ta’ sensittivitajiet sabiex jitqiesu l-inċertezzi fit-temp, fid-disponibbiltà tal-impjant, fil-flussi tal-interkonnetturi u fil-livelli tal-ġenerazzjoni inkorporata. L-Operatur tas-Sistema mbagħad telimina l-kapaċità li ma tkunx tista’ tipparteċipa fl-irkant (pereżempju impjant b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jirċievi appoġġ ieħor) u l-kapaċità li jkollhha ftehimiet ta’ kapaċità kontinwi (eż. f’każijiet meta fornitur ta’ kapaċità jkollu ftehim pluriannwali li jkopri s-sena ta’ konsenja rilevanti). |
|
(50) |
Imbagħad l-Operatur tas-Sistema juża metodoloġija ta’ “ottimizzazzjoni robusta” li timminimizza l-agħar eżitu possibbli f’termini ta’ kost tal-kapaċità u ta’ domanda mhux servuta fost ix-xenarji u s-sensitivitajiet kollha. L-immudellar jirriżulta f’sett ta’ għażliet għal ammont wieħed li għandu jiġi akkwistat u rakkomandazzjoni. |
|
(51) |
Fin-notifika tal-2014, ir-Renju Unit ipprovda l-previżjoni murija fl-Illustrazzjoni 1 għal medda fil-kapaċità ta’ akkwist li tista’ tkun meħtieġa fil-perjodu mill-2018 sal-2030. L-Illustrazzjoni 2 turi previżjoni aġġornata minn Diċembru 2018. Illustrazzjoni 1 Stimi tal-2014 tal-kapaċità li għandha tiġi akkwistata f’xenarji differenti (GW) Illustrazzjoni 2 Stimi tal-2018 tal-kapaċità li għandha tiġi akkwistata f’xenarji differenti (GW) |
|
(52) |
Il-Gvern jieħu d-deċiżjoni finali dwar kemm għandu jakkwista kapaċità f’kull irkant fuq il-bażi ta’ kurva tad-domanda, li tiġi dderivata skont il-metodoloġija stabbilita fil-premessi hawn taħt. |
|
(53) |
Il-kurva tad-domanda tagħti lill-Gvern ċerta flessibbiltà fl-ammont ta’ kapaċità li għandu jikkuntratta minn sena għal sena skont il-kost. Il-kurva tad-domanda nieżla tippermetti li jsir kompromess bejn l-affidabbiltà u l-kost, sabiex tiġi akkwistataanqas kapaċità f’sena partikolari jekk il-prezz ikun għoli ħafna. Hija tgħin ukoll sabiex tnaqqas ir-riskji ta’ abbuż minħabba li tipprovdi limitu massimu fuq il-prezzijiet tal-irkant, u flessibilità biex takkwista inqas kapaċità jekk il-prezz ikun għoli — li t-tnejn li huma jnaqqsu l-opportunitajiet għall-parteċipanti li jgħollu l-prezzijiet billi jeżerċitaw il-poter tas-suq. |
|
(54) |
Il-Gvern jippubblika l-kurva tad-domanda qabel kull irkant tal-kapaċità. Il-kurva tad-domanda tagħti r-relazzjoni bejn il-prezz tal-kapaċità u l-ammont tal-kapaċità fl-irkant mitlub mill-Operatur tas-Sistema. Kull kurva tad-domanda hija mibnija fuq il-bażi tal-livell ta’ kapaċità fil-mira meħtieġ sabiex jintlaħaq l-istandard ta’ affidabbiltà indikat mill-Operatur tas-Sistema u stima tal-kost raġonevoli ta’ kapaċità ġdida (il-kost nett ta’ parteċipant ġdid jew “net-CONE”). L-intersezzjoni ta’ dawn il-kapaċità fil-mira u n-net-CONE tistabbilixxi punt wieħed fil-kurva tad-domanda. L-Illustrazzjoni 3 ta’ hawn taħt tippreżenta eżempju tal-kurva tad-domanda għall-kapaċità. Illustrazzjoni 3 Kurva illustrattiva tad-domanda għall-kapaċità
|
|
(55) |
Net-CONE jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz uniformi mistenni tal-kapaċità fl-irkant u jiġi rivedut jekk ikun meħtieġ għal kull irkant, pereżempju fuq il-bażi ta’ stimi ġodda tal-kostijiet tal-inġinerija għal binja ġdida u fuq il-bażi ta’ informazzjoni miksuba fl-irkanti preċedenti. Il-kost ta’ parteċipant ġdid jiġi bbażat fuq stimi tal-kost kapitali ta’ kapaċità mibnija ġdida pprovduti minn rapport (19) ikkummissjonat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jekk jiġu assunti rata aċċettabbli minima ta’ 7,5 % u perjodu ta’ ħlas lura fuq 25 sena. |
|
(56) |
Flimkien mal-livell ta’ kapaċità fil-mira u n-net-CONE, parametri ewlenin oħra tal-kurva tad-domanda huma: il-limitu massimu tal-prezz tal-irkant (il-prezz massimu li bih il-Gvern huwa lest li jixtri l-kapaċità), il-limitu tal-prenditur tal-prezzijiet (il-prezz massimu li bih l-impjanti eżistenti jistgħu joffru kapaċità fl-irkant (20)) u l-livell minimu ta’ provvista meħtieġ sabiex isir l-irkant (rekwiżit minimu tal-kompetizzjoni). Il-Gvern jikkonferma l-parametri finali tal-irkant għal kull irkant ta’l-kapaċità eżattament qabel ma jinfetaħ it-perjodu rilevanti ta’ prekwalifikazzjoni. |
|
(57) |
Il-limitu massimu tal-prezz tal-irkant jiddetermina l-ogħla limitu tal-kurva tad-domanda – jiġifieri l-prezz li bih ma tiġix irkantata kapaċità ulterjuri. L-iskop ta’ limitu massimu fuq il-prezzijiet huwa li l-konsumaturi Ingliżi jkunu protetti minn problemi imprevisti fl-irkant, bħal nuqqas ta’ kompetizzjoni jew abbuż ta’ saħħa fis-suq mill-parteċipanti. Madankollu, skont l-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-iffissar tal-limitu massimu baxx wisq fuq il-prezz tal-irkant jista’ jaqta’ qalb l-offerenti u jnaqqas il-kompetizzjoni, u għalhekk huwa importanti li l-limitu massimu fuq il-prezz ikun stabbilit f’livell li jħeġġeġ il-kompetizzjoni fl-irkant tal-kapaċità, u jippermetti lis-suq jistabbilixxi prezz effiċjenti għal kapaċità ġdida fuq il-bażi tal-ġudizzju tal-parteċipanti tar-riskji u tar-redditi potenzjali fis-swieq tal-elettriku u tal-kapaċità. Il-ksib tal-livell it-tajjeb tal-limitu massimu fuq il-prezzijiet jiddependi fuq valutazzjoni tal-grad ta’ inċertezza madwar l-istima ċentrali tan-net-CONE. |
|
(58) |
Fl-2014, il-Gvern tar-Renju Unit stabbilixxa l-limitu massimu fuq il-prezzijiet fil-livell ta’ GBP 75/kW. Ir-Renju Unit spjega li dan il-limitu massimu fuq il-prezz huwa ogħla mill-prezz uniformi mmudellat fl-irkant f’firxa ta’ xenarji kredibbli, iżda mhux għoli tant li jippermetti lill-impjanti jeżerċitaw saħħa sinifikanti fis-suq jekk ikun hemm binja ġdida limitata li tipparteċipa. Huwa jaġixxi wkoll sabiex jiżgura li binja ġdida ma tkunx tista’ tfittex li tirkupra l-kostijiet fissi kollha tagħha fl-offerta tagħha fl-irkant – irid iqis tal-anqas parzjalment id-dħul mis-suq tal-enerġija u l-ħlasijiet tas-suq tal-kapaċità lil hinn mit-tul tal-kuntratt inizjali sabiex il-proġett ikun vijabbli. |
|
(59) |
Il-Gvern għandu wkoll opportunità oħra qabel l-irkant sabiex ikun sodisfatt li jku hemm kompetizzjoni suffiċjenti fl-irkant. Partijiet li jkunu prekawlifikati sabiex jipparteċipaw fl-irkant iridu jikkommettu ġimagħtejn qabel l-irkant jekk ikunux se joffru kapaċità fl-irkant. Imbagħad il-Gvern ikun jista’ jirrevedi l-lista ta’ unitajiet ta’ kapaċità li se jieħdu sehem fl-irkant – billi pereżempju jqis il-volum tal-provvista offruta, it-taħlita ta’ teknoloġiji, u s-sjieda tal-unitajiet offruti – u jista’ jħassar l-irkant jekk ma jkunx sodisfatt li l-proċess ser ikun kompetittiv biżżejjed sabiex jinkiseb valur tajjeb għall-konsumaturi. |
2.4.2. Frekwenza u format tal-irkant
|
(60) |
L-irkant tal-kapaċità jsir kull sena għall-konsenja fi żmien erba’ snin: pereżempju, l-irkant tal-2014 kien għal konsenja fl-2018/19, bis-sena tal-konsenja li tibda mill-1 ta’ Ottubru 2018 sat-30 ta’ Settembru 2019. Sa mill-implimentazzjoni tal-miżura fl-2014, saru erba’ irkanti ta’ erba’ snin bil-quddiem: fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017. L-irkant ta’ erba’ snin bil-quddiem skedat għall-2018 bil-konsenja fl-2022 twaqqaf mir-Renju Unit wara l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2014 permezz tas-sentenza tal-QĠ. Sabiex jiżguraw il-provvista fl-2022, f’Diċembru 2018 l-awtoritajiet tar-Renju Unit qalu li, bħala parti mill-miżura nnotifikata, fl-2019 huma se jorganizzaw b’mod eċċezzjonali irkant ta’ tliet snin bil-quddiem (ara l-premessa 18(d) aktar ’il fuq). |
|
(61) |
Irkant ieħor ta’ sena bil-quddiem isir fis-sena li tiġi eżatt qabel is-sena tal-konsenja tal-irkant ewlieni. Il-proċess għall-iffissar tal-kurva tad-domanda għal dan l-irkant huwa l-istess bħal dak għall-irkant ewlieni (ta’ erba’ snin bil-quddiem) – bid-deċiżjoni finali meħuda mill-Gvern fuq il-bażi tal-analiżi pprovduta mill-Operatur tas-Sistema. L-irkant ta’ sena bil-quddiem jiżgura li jinkiseb l-ammont it-tajjeb ta’ kapaċità meta jkunu disponibbli previżjonijiet aktar preċiżi tad-domanda u huwa importanti sabiex kapaċità tad-DSR (li ssib li jkun diffiċli li tipparteċipa f’irkant erba’ snin qabel il-konsenja) tkun tista’ tipparteċipa b’mod attiv fil-mekkaniżmu. Mill-implimentazzjoni tal-miżura fl-2014, sar irkant ta’ sena bil-quddiem fil-bidu tal-2018 għas-sena tal-konsenja 2018/2019 (21). Kif imsemmi fil-premessa 18(a) aktar ’il fuq, f’Ġunju 2019 sar irkant T-1 supplimentari ta’ sostituzzjoni u kundizzjonali għas-sena tal-konsenja 2019/20. |
|
(62) |
Xi kapaċità tinżamm lura mill-irkant ta’ erba’ snin bil-quddiem u “tiġi riżervata” għall-irkant ta’ sena bil-quddiem. Fl-2014 u fl-2015, l-ammont ta’ kapaċità riżervata kien ibbażat fuq valutazzjoni tal-ammont ta’ DSR kosteffettiv li jista’ jipparteċipa fi rkant, u ġie ppubblikat meta ġiet ippubblikata l-kurva tad-domanda għall-irkant ta’ erba’ snin bil-quddiem (2,5 GW). F’Marzu 2016 sar rieżami tal-metodoloġija użata sabiex jiġi ddeterminat is-sehem imwarrab f’T-1 mill-Gvern tar-Renju Unit. Wara r-rieżami, ġiet miftiehma metodoloġija ġdida ta’ “twarrib” ibbażata fuq l-applikazzjoni ta’ intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % skont ir-rakkomandazzjoni annwali tal-kapaċità ta’ T-4 tan-National Grid li hija stabbilita fl-ECR u li ilha tintuża mill-2016. Meta timmudella l-proċess tal-Anqas Dispjaċir (LWR) fl-ECR, National Grid tikseb intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % skont ir-rakkomandazzjoni dwar il-kapaċità. It-Tabella 3 ta’ hawn taħt tippreżenta l-volum imwarrab għall-irkanti T-1. Tabella 3 Twarrib ta’ T-1 u l-Kapaċità ta’ Akkwist fis-
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(63) |
Jekk id-domanda tonqos bejn l-irkanti ta’ erba’ snin bil-quddiem u dawk ta’ sena bil-quddiem, jonqos l-ammont ta’ kapaċità rkantata fl-irkant ta’ sena bil-quddiem. Madankollu, minħabba li l-irkanti ta’ sena bil-quddiem jipprovdu perkors aħjar għas-suq għad-DSR, fl-2014, il-Gvern tar-Renju Unit ħa impenn li jakkwista fl-irkanti ta’ sena bil-quddiem tal-anqas 50 % tal-kapaċità riżervata erba’ snin qabel. Fl-irkant T-1 għas-sena tal-konsenja 2018/2019, ġiet akkwistata aktar mid-doppju tal-kapaċità riżervata erba’ snin qabel (4,9 GW meta mqabbla ma’ 2,5 GW oriġinarjament prevista) filwaqt li, fl-irkant kundizzjonali T-1 għas-sena tal-konsenja 2019/2020, anki l-mira għall-akkwist kienet ogħla mill-kapaċità li oriġinarjament kienet imwarrba (2,7 GW meta mqabbel ma’ 2,5 GW). |
|
(64) |
Il-Gvern tar-Renju Unit jistenna li jagħmel irkanti tal-kapaċità T-4 u T-1 ta’ kull sena, iżda biss ladarba titlesta l-prekwalifikazzjoni għal irkant, meta l-Gvern ikun jista’ jieħu deċiżjoni finali dwar jekk jagħmilx irkant tal-kapaċità. |
|
(65) |
Il-Gvern tar-Renju Unit għandu d-diskrezzjoni li jħassar jew jipposponi l-irkant fi kwalunkwe waqt sal-bidu tal-ewwel sessjoni tal-irkant. Jekk il-Gvern ma jagħżilx li jħassar l-irkant, l-irkant jipproċedi awtomatikament. Malli jibda l-irkant, il-Gvern ikollu biss id-diskrezzjoni li jiċħad ir-riżultat tal-irkant jekk ikun hemm raġunijiet validi sabiex jissuspetta li NG, bħala korp tal-konsenja, ma jkunx wettaq l-irkant skont ir-Regolamenti u r-Regoli. Jekk il-Gvern ma jagħżilx li jħassar l-irkant, l-irkant jiġi vvalidat awtomatikament. Ladarba rkant ikun beda, il-Gvern ma jkollu l-ebda diskrezzjoni sabiex jinfluwenza l-eżitu tiegħu. |
|
(66) |
Kull irkant tas-Suq tal-Kapaċità huwa rkant bi prezzijiet uniformi li fih il-ħin jibda jonqos u li fih il-parteċipanti kollha li jirbħu jitħallsu l-aħħar offerta aċċettata. L-irkant isir fuq il-bażi ta’ regoli predefiniti. L-irkantatur iħabbar prezz għoli fil-bidu tal-irkant u l-parteċipanti eliġibbli jissottomettu offerti sabiex jindikaw kemm huma lesti li jfornu kapaċità b’dak il-prezz. Dan il-proċess jiġi ripetut f’ċikli suċċessivi skont skeda predeterminata sakemm l-irkant isib l-anqas prezz li fih id-domanda tkun daqs il-provvista. Il-parteċipanti kollha li jirbħu jitħallsu l-istess prezz uniformi (mudell “pay-as-clear”). Barra minn hekk, jeżisti numru ta’ miżuri mmirati sabiex inaqqsu r-riskji ta’ abbuż u jiżguraw eżitu effiċjenti. |
|
(67) |
Meta jiddeċiedu kemm kapaċità se jipprovdu bi kwalunkwe prezz tal-kapaċità partikolari, il-parteċipanti jkunu mistennija jqisu l-possibbiltà li jagħmlu dħul fis-suq tal-enerġija. Id-dħul mistenni mis-suq tal-enerġija jvarja bejn il-fornituri skont il-fatturi ta’ tagħbija mistennija, il-prezzijiet bl-ingrossa u l-kostijiet tal-fjuwil u tal-karbonju tagħhom. |
|
(68) |
Fl-2014, DSR “għat-tnaqqis fl-użu” (“turn-down”), DSR derivat mill-ġenerazzjoni u ġenerazzjoni inkorporata (jew konnessa mad-distribuzzjoni) (sa 50 MW) kienu meqjusa mir-Renju Unit bħala setturi ġodda li jeħtieġu appoġġ addizzjonali sabiex ikunu megħjuna fit-tħejjija għall-kompetizzjoni fl-irkantijiet ewlenin tas-CM. B’riżultat ta’ dan, saru żewġ irkanti tranżizzjonali (TAs) għall-2016 u għall-2017 sabiex jappoġġjawhom. Filwaqt li l-ewwel irkant tranżizzjonali kien tabilħaqq miftuħ għat-tliet kategoriji ta’ kapaċità deskritti hawn fuq, il-livell ta’ suċċess tal-ġenerazzjoni integrata (jew konnessa mad-distribuzzjoni) u tad-DSR derivat mill-ġenerazzjoni fl-ewwel irkant tat-TA, u fl-irkanti T-4 fl-2014 u l-2015, wassal sabiex ir-Renju Unit iqis li dawn il-parteċipanti kienu maturi biżżejjed sabiex jikkompetu b’suċċess fl-irkanti ewlenin tas-CM kontra tipi oħra ta’ kapaċità mingħajr aktar appoġġ delimitat. Għaldaqstant ir-Renju Unit eskluda dawn ir-riżorsi mit-tieni (u l-aħħar) irkant tat-TA u, għalhekk, setgħu jipparteċipa biss id-DSR “għat-tnaqqis fl-użu”. Barra minn hekk, għat-tieni TA, ir-Renju Unit indika li huwa ddeċieda li jittestja jekk livell ta’ parteċipazzjoni aktar baxx (jiġifieri 500 kW minflok 2MW) jistax ikun emenda siewja għar-reġim tas-Suq tal-Kapaċità dejjiemi għall-parteċipanti kollha. It-Tabella 4 turi r-riżultati tat-TA. Tabella 4 Kapaċità (degradata, MW) li tiżgura ftehimiet permezz tal-irkanti tal-Arranġamenti Tranżizzjonali
|
|
(69) |
It-Tabella 5 turi, għal kull irkant miżmum mill-2014, l-ammont rakkomandat ta’ NG li għandu jinkiseb, il-volum fil-mira approvat mis-Segretarju tal-Istat u l-ammont eventwalment akkwistat fl-irkanti T-4 u T-1. Tabella 5 Rekwiżiti tal-Kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.4.3. Prendituri tal-prezzijiet
|
(70) |
Sabiex tittaffa s-saħħa fis-suq fl-irkant, fornituri potenzjali ta’ kapaċità li prekwalifikaw jiġu kklassifikati bħala “prendituri tal-prezzijiet” (li ma jistgħux joffru aktar minn limitu relattivament baxx) jew “produtturi tal-prezzijiet” (li jistgħu). Il-fornituri tal-kapaċità eżistenti huma prendituri tal-prezzijiet awtomatikament. Dawk li jidħlu ġodda u r-riżorsi tad-DSR huma kklassifikati bħala produtturi tal-prezzijiet, u huma ħielsa li joffru sal-limitu ġenerali fuq il-prezz tal-irkant. Skont ir-Renju Unit, din id-distinzjoni ssaħħaħ l-inċentivi għall-parteċipanti sabiex joffru valur reali tal-kapaċità tagħhom u ttaffi r-riskju li l-impjanti eżistenti b’kostijiet aktar baxxi jippruvaw jistabbilixxu prezz għoli fis-snin fejn ma jkunx hemm bżonn ta’ parteċipanti ġodda. Ir-Renju Unit jargumenta li l-limitu tal-prenditur tal-prezzijiet jenħtieġ li jiġi stabbilit f’livell li jkopri l-maġġoranza tal-impjanti eżistenti, filwaqt li jkun fi prezz baxx biżżejjed sabiex itaffi r-riskju ta’ abbuż. Il-limitu tal-prenditur tal-prezzijiet ġie stabbilit għal GBP 25/kW (50 % net CONE). Dan huwa għoli biżżejjed sabiex ikopri l-maġġoranza tal-impjanti eżistenti. Fl-2014, l-immudellar tar-Renju Unit issuġġerixxa li dan ikun ikopri madwar 80 % tal-impjanti eżistenti. It-Tabella 6 turi li fir-realtà, madwar 60 % tal-impjanti eżistenti ġew koperti mil-limitu tal-prenditur tal-prezzijiet. GBP 25/kW huwa wkoll ferm anqas mill-kost mistenni ta’ parteċipant ġdid. B’riżultat ta’ dan, limitu tal-prenditur tal-prezzijiet ta’ GBP 25/kW itaffi wkoll ir-riskju ta’ abbuż. Tabella 6 Impjanti Eżistenti koperti mil-Limitu tal-Prenditur tal-Prezzijiet mill-2014
|
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
(71) |
Impjanti eżistenti b’kostijiet partikolarment għoljin jistgħu jitħallew jipparteċipaw bħala produtturi tal-prezzijiet (u joffru aktar mil-limitu tal-prenditur tal-prezzijiet), iżda jridu jipprovdu ġustifikazzjoni għall-bżonn ta’ livell ogħla ta’ ħlas (pereżempju ċertifikat tal-bord u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ppreżentat lill-bord tal-fornitur). Din il-ġustifikazzjoni trid tiġi pprovduta lil Ofgem, u tista’ tintuża bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni dwar abbuż tas-saħħa fis-suq. |
|
(72) |
Kwalunkwe fornitur eżistenti li joffri prezz ogħla mil-limitu ta’ “produttur tal-prezzijiet” u ma jirċivix ftehim ta’ kapaċità fl-irkant, iżda jkompli jopera fis-sena tal-konsenja, x’aktarx li jiġi investigat minn Ofgem, li tista’ tuża l-informazzjoni pprovduta flimkien mal-offerta ta’ ffissar tal-prezzijiet tal-irkant. |
|
(73) |
Parteċipanti ġodda jistgħu jiffissaw prezz mingħajr ma jiġġustifikaw l-offerta tagħhom, għalkemm jekk jiġi perċepit li kienu qed jippruvaw jeżerċitaw saħħa fis-suq, jistgħu jkunu soġġetti għal investigazzjoni minn Ofgem bħala parti mir-rwol normali tagħha ta’ infurzar. Il-livell tal-offerta huwa fi kwalunkwe każ limitat mil-limitu massimu fuq il-prezzijiet stabbilit fil-kurva tad-domanda pprovduta minn qabel l-irkant. |
2.4.4. Durata tal-Ftehim ta’ Kapaċità
|
(74) |
Jekk ikollhom suċċess fl-irkant, il-fornituri tal-kapaċità jingħataw ftehim ta’ kapaċità bil-prezz uniformi. It-tul tal-ftehimiet ta’ kapaċità disponibbli jvarja sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri tal-kapaċità. |
|
(75) |
Ħafna mill-fornituri tal-kapaċità eżistenti għandhom aċċess għal ftehimiet ta’ sena; il-fornituri tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni li jagħmlu nefqa kapitali ’l fuq mil-limitu oriġinali ta’ GBP 125/kW (rinnovament ta’ impjanti) huma eliġibbli għal ftehimiet ta’ kapaċità sa massimu ta’ tliet snin; il-fornituri tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni li jagħmlu nefqa kapitali ’l fuq mil-limitu oriġinali ta’ GBP 250/kW (impjanti ġodda) huma eliġibbli għal ftehimiet ta’ kapaċità sa massimu ta’ 15-il sena. Dawn il-limiti jiġu riveduti kull sena u kienu soġġetti għal żidiet żgħar matul iż-żmien, hekk kif kienu GBP 135/kW u GBP 270/kW rispettivament f’Diċembru 2018. Ftehimiet ta’ aktar minn sena huma disponibbli biss għal parteċipanti fl-irkant ta’ erba’ snin bil-quddiem. |
|
(76) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza regolatorja u titrawwem il-kunfidenza tal-investituri fil-mekkaniżmi, it-termini ewlenin ta’ ftehim tal-kapaċità huma jiġu “anterjorizzati” (25) (soġġetti għal kwalunkwe regolamentazzjoni futura li tistabbilixxi mod ieħor, għalkemm ma sar ebda tibdil bħal dan s’issa). Dawn it-termini ewlenin huma:
|
|
(77) |
Ir-Renju Unit jargumenta li r-raġuni għal kuntratti fuq perjodu ta’ żmien itwal għal parteċipanti ġodda hija li tgħin sabiex tippromwovi dħul ġdid kompetittiv fis-suq. L-għoti tal-possibbiltà sabiex dawk li jidħlu ġodda jkunu jistgħu jirċievu kuntratt fit-tul jippermetti lil dawk li jidħlu ġodda jiżguraw finanzjament b’kost aktar baxx għall-investiment tagħhom. Ir-Renju Unit jemmen li dan jista’ jgħin sabiex inaqqas l-ostakli għad-dħul ta’ kumpaniji indipendenti li ma jistgħux jiffinanzjaw l-investiment f’kapaċità ġdida fuq il-bażi tad-dħul minn impjanti oħra fil-portafoll tagħhom. Għalhekk, billi jħeġġu l-kompetizzjoni fis-suq, il-kuntratti aktar fit-tul jistgħu jgħinu sabiex inaqqsu l-kostijiet għall-konsumaturi kemm fis-swieq tal-enerġija kif ukoll fis-swieq tal-kapaċità. Skont l-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-kuntratti aktar fit-tul jenħtieġ li jnaqqsu wkoll ir-riskju li l-parteċipanti li jkollhom kostijiet għoljin ta’ investiment jew ta’ rinnovament jgħabbu dawn il-kostijiet kollha fi ftehim ta’ sena waħda. |
2.5. Suq sekondarju (kummerċ)
|
(78) |
Bejn l-irkant u l-konsenja u fis-sena/snin tal-konsenja, il-parteċipanti jkunu jistgħu jaġġustaw il-pożizzjoni tagħhom permezz tan-negozjar, eż. billi jieħdu obbligu akbar jew iżgħar, jew billi jsibu kapaċità alternattiva sabiex ilaħħqu man-nuqqasijiet temporanji. Il-kummerċ sekondarju huwa għodda importanti għall-partijiet sabiex jimmaniġġjaw ir-riskju tagħhom ta’ skopertura għal penali fis-Suq tal-Kapaċità. Hemm forom differenti ta’ kummerċ sekondarju permessi mis-Suq tal-Kapaċità: kummerċ finanzjarju, riallokazzjoni tal-volum u kummerċ tal-obbligi. |
2.6. Konsenja
|
(79) |
Is-Suq tal-Kapaċità jsegwi mudell tal-“enerġija fornita”: il-fornituri tal-kapaċità huma obbligati jfornu l-enerġija kull meta tkun meħtieġa sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jiġifieri f’sitwazzjonijiet ta’ stress reali fuq is-sistema. Dawn jaffaċċjaw penali jekk jonqsu milli jagħmlu dan. Il-mudell jinkludi wkoll ittestjar fiżiku addizzjonali tal-kapaċità. Nuqqas li tintwera kapaċità sal-livell meħtieġ fuq in-numru meħtieġ ta’ okkażjonijiet jirriżulta fit-telf ta’ pagamenti tal-kapaċità sakemm jintwera b’suċċess. |
2.6.1. L-obbligu tal-ftehim ta’ kapaċità
|
(80) |
Skont l-obbligu tal-ftehim ta’ kapaċità, l-avvenimenti ta’ stress fuq is-sistema huma ddefiniti bħala kwalunkwe perjodu ta’ saldu ta’ nofs siegħa li fih ikun esperjenzat kontroll tal-vultaġġ jew tnaqqis ikkontrollat tat-tagħbija fi kwalunkwe punt fis-sistema għal 15-il minuta jew aktar. Il-fornituri huma mitluba jiddeterminaw ir-rispons tagħhom f’dawn il-ħinijiet, u jevitaw li jiksru kwalunkwe kodiċi eżistenti jew kundizzjoni tal-liċenzja. S’issa, kien hemm biss żewġ Avviżi dwar is-Suq tal-Kapaċità maħruġa mill-operatur tas-sistema, fil-31 ta’ Ottubru 2016 u fis-7 ta’ Novembru 2016. Ix-xitwa (2018/19) kellha tkun l-ewwel sena tal-operazzjoni sħiħa tal-miżura. |
|
(81) |
Sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti jkunu jistgħu jimmaniġġjaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ skopertura għall-penali, eż. ir-riskju li numru ta’ impjanti jittrippjaw fl-istess ħin, l-Operatur tas-Sistema ppubblika avviż ta’ stress fuq is-sistema permezz ta’ “Twissija tas-Suq tal-Kapaċità”, fuq il-bażi tal-metodoloġija stabbilita fir-Regoli tas-Suq tal-Kapaċità (8.4.6) (26). Sakemm ma tkunx inħarġet din it-twissija, avveniment ta’ skarsezza ma jqanqal l-ebda penali tal-Kapaċità fis-Suq jew pagament ta’ “kunsinna żejda”. |
|
(82) |
Il-ftehimiet ta’ kapaċità jobbligaw lill-parteċipanti jfornu kwantità speċifikata ta’ elettriku. L-obbligu ta’ fornitur fil-mument tal-avvenimenti ta’ stress jiġi kkalkolat mill-obbligi tiegħu li jkun daħal għalihom permezz ta’ rkantijiet ta’ erba’ snin u ta’ sena bil-quddiem, flimkien ma’ kwalunkwe obbligu nnegozjat f’suq sekondarju li jkun daħal għalih għall-perjodi speċifiċi ta’ saldu li fihom iseħħ avveniment ta’ stress. |
|
(83) |
F’perjodi ta’ stress preċeduti minn twissija tas-Suq tal-Kapaċità b’avviż minn qabel minimu ta’ erba’ sigħat, l-obbligi tal-fornituri “jsegwu t-tagħbija”. Dan ifisser li huma meħtieġa biss li jkunu qed jiġġeneraw l-elettriku jew li jnaqqsu d-domanda sal-livell totali tal-obbligu tagħhom jekk il-kapaċità kollha, li għaliha jkunu ġew konklużi ftehimiet ta’ kapaċità fis-suq, tkun meħtieġa sabiex tissodisfa d-domanda. F’każ ta’ stress fejn 70 % biss ta’ din il-kapaċità totali tkun meħtieġa sabiex tissodisfa d-domanda, kull fornitur ikun meħtieġ biss li jiġġenera l-elettriku jew inaqqas id-domanda sa 70 % tal-obbligu sħiħ tal-kapaċità tiegħu. |
|
(84) |
Skont l-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-obbligi ta’ segwitu tat-tagħbija huma xierqa sabiex ikun żgurat li l-ġeneraturi jkollhom inċentivi sabiex joperaw b’mod effiċjenti fis-suq, u huma proporzjonati għad-dannu kkawżat lill-konsumaturi minn kwalunkwe tagħbija mitlufa. Jekk kull parteċipant jirriskja li jiġi ppenalizzat għall-obbligu tal-kapaċità totali sħiħa tiegħu kull meta jkun hemm stress fuq is-sistema, is-Suq tal-Kapaċità jkun joħloq sinjali sabiex l-impjanti jibqgħu operazzjonali anke meta jkun ekonomikament ineffiċjenti li jagħmlu dan – u b’hekk jiżdiedu kemm l-emissjonijiet kif ukoll il-kontijiet tal-konsumatur. |
2.6.2. Penali
|
(85) |
Ir-reġim tal-penali għandu l-għan li jipprovdi lill-fornituri tal-kapaċità b’inċentivi sabiex ifornu l-enerġija meta tkun meħtieġa. L-unitajiet bi prestazzjoni anqas mil-livell mistenni ta’ prestazzjoni jiġu penalizzati, filwaqt li dawk li jaqbżu l-livell mistenni jirċievu pagamenti għal konsenja eċċessiva, sabiex fi tmiem is-sena l-pagamenti tal-kapaċità ta’ kull unità jkunu jirriflettu l-prestazzjoni tagħhom b’mod ġenerali. Ir-reġim tal-penali jikkonsisti fi tliet elementi ewlenin:
|
2.6.3. Reġim ta’ ttestjar
|
(86) |
Ir-reġim tal-penali huwa kkomplimentat minn sistema rigoruża ta’ dimostrazzjonijiet tal-prestazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tal-kapaċità jkunu jistgħu jipprovdu l-enerġija meta tkun meħtieġa u jirċievu biss pagamenti tal-kapaċità jekk ikunu affidabbli. Dan huwa partikolarment importanti għal dawk is-snin tal-konsenja mingħajr avvenimenti ta’ stress li fihom il-prestazzjoni tal-fornituri tal-ittestjar tiżgura li l-fornituri jkunu kapaċi li jipprovdu fiżikament skont l-obbligi tal-kapaċità tagħhom. |
2.7. Il-baġit, il-finanzjament tal-miżura u l-flussi tal-pagamenti
|
(87) |
It-Tabella 7 turi sommarju tal-eżitu tad-diversi rkanti tas-suq tal-kapaċità li seħħew mill-2014, inklużi l-irkanti tranżizzjonali (TA). Tabella 7 Sommarju tal-Eżiti tal-Irkanti tas-Suq tal-Kapaċità
|
|
(88) |
Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolamenti tal-2014 dwar il-Kapaċità tal-Elettriku (Pagamenti tal-Fornitur, eċċ), il-fornituri lliċenzjati kollha jridu jħallsu tariffa tal-fornitur tas-suq tal-kapaċità, sabiex jiffinanzjaw il-kostijiet tas-Suq tal-Kapaċità (jiġifieri dawk imġarrba sabiex jiġu ffinanzjati l-pagamenti tal-kapaċità lill-fornituri) skont il-proċess li ġej:
|
|
(89) |
Il-flussi kollha ta’ pagament assoċjati mas-Suq tal-Kapaċità, għall-parteċipanti kollha, jiġu kkalkolati u amministrati mill-Korp ta’ Saldu, assistit minn fornitur ta’ servizz ta’ saldu (Elexon). Ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Korp ta’ Saldu u ta’ Elexon huma deskritti fit-Taqsima 2.2. |
|
(90) |
Il-ħlasijiet tal-kapaċità jiġu ddeterminati bl-ammonti stabbiliti fil-ftehim ta’ kapaċità ta’ kull fornitur wara l-eżitu tal-irkant rilevanti għal kull sena tal-konsenja: il-pagamenti ta’ kapaċità daqs l-ammont tal-kapaċità li l-fornituri ta’ kapaċità li jirnexxu joffru fl-irkant tal-kapaċità, immoltiplikati bil-prezz uniformi. |
|
(91) |
Fondi riċevut mill-Korp ta’ Saldu jinżammu f’kont tal-bank tas-Servizz Bankarju tal-Gvern li ma jakkumulax imgħax. Il-Korp ta’ Saldu huwa responsabbli wkoll għall-ġbir, għaż-żamma u (fejn meħtieġ) għar-ritorn ta’ kwalunkwe kollateral li jkun ġie ddepożitat minn ġeneraturi mibnija ġodda jew minn fornituri tad-DSR bħala parti mill-proċess ta’ prekwalifikazzjoni ta’ kull irkant ta’ kapaċità. |
|
(92) |
Il-flussi finanzjarji prinċipali lejn u mill-Korp ta’ Saldu huma kif ġej:
|
2.8. Adegwatezza tal-ġenerazzjoni fil-Gran Brittanja
2.8.1. Is-suq tal-elettriku fil-Gran Brittanja
|
(93) |
Fl-1 ta’ April 2005, ir-Renju Unit introduċa fil-GB sett wieħed ta’ arranġamenti għall-kummerċ u għat-trażmissjoni tal-elettriku bl-ingrossa magħruf bħala BETTA (British Electricity Trading and Transmission Arrangements). BETTA huwa bbażat fuq kummerċ bilaterali bejn il-ġeneraturi, il-fornituri, il-klijenti u n-negozjanti, u l-parteċipanti li jintbagħtu b’mod awtonomu minflok ma jintbagħtu b’mod ċentrali. |
|
(94) |
Skont BETTA, il-kuntratti għall-elettriku jiġu miftiehma fis-swieq tal-forwards u tal-futuri minn diversi snin sa 24 siegħa qabel perjodu partikolari ta’ konsenja ta’ nofs siegħa. Kambji tal-enerġija fuq żmien qasir u sensara tal-enerġija jagħtu lill-parteċipanti l-opportunità li jirfinaw il-pożizzjonijiet tal-kuntratti tagħhom minn siegħa sa 24 siegħa qabel il-konsenja. Il-ftehimiet kollha huma bilaterali, u jiġu saldati bil-prezz irreġistrat fil-kambju tal-enerġija jew jiġu miftiehma b’mod bilaterali jew permezz ta’ sensar. |
|
(95) |
Skont BETTA, il-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku jippremja lill-ġeneraturi għall-elettriku u għall-kapaċità tagħhom, u l-investituri jridu jiddeċiedu li jinvestu fuq il-bażi tal-aspettattiva tagħhom li jirkupraw il-kostijiet ta’ dan l-investiment permezz tal-bejgħ tal-elettriku fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku. |
|
(96) |
Eqreb lejn il-konsenja, hemm mekkaniżmu ta’ bbilanċjar li permezz tiegħu l-Operatur tas-Sistema jaċċetta offerti għall-elettriku kważi fil-ħin reali. Dan jippermetti lill-Operatur tas-Sistema jibbilanċja l-provvista u d-domanda. Mal-“għeluq tan-negozju”, siegħa qabel kull perjodu ta’ konsenja ta’ nofs siegħa, il-ġeneraturi huma meħtieġa jinformaw lill-Operatur tas-Sistema dwar l-enerġija li huma kkuntrattati sabiex jipprovdu u l-output mistenni minn kull impjant. Il-fornituri (bejjiegħa bl-imnut) iridu jiddikjaraw l-ammont li jkunu kkuntrattaw li jixtru, li jenħtieġ li jkun l-ammont li jistennew li l-klijenti tagħhom se jikkonsmaw. Fl-aħħar nett, proċess ta’ saldu tal-iżbilanċ jagħmel pagamenti lil u minn dawk il-parteċipanti tas-suq li l-pożizzjonijiet ikkuntrattati tagħhom ma jaqblux mal-produzzjoni jew mal-konsum attwali mkejla tagħhom. Dan isalda wkoll kostijiet oħra tal-ibbilanċjar tas-sistema. Il-parteċipanti jaffaċċjaw prezz “tal-iżbilanċ” relattivament penali jekk il-pożizzjonijiet ikkuntrattati tagħhom ma jkunux jaqblu mal-konsum jew mal-produzzjoni attwali tagħhom. Għalhekk, is-saldu tal-iżbilanċ jew il-prezz tal-iżbilanċ jinċentiva lill-parteċipanti sabiex jgħinu fl-ibbilanċjar tas-sistema fil-ħin reali. |
|
(97) |
Fl-aħħar ta’ Diċembru 2017, ir-Renju Unit kellu kapaċità total ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku ta’ 81,3GW. Barra minn hekk, ir-Renju Unit għandu erba’ interkonnetturi li jippermettu li jsir kummerċ mal-Ewropa: Ingilterra-Franza (kapaċità ta’ 2 GW), Ingilterra-Netherlands (1 GW), Irlanda ta’ Fuq-Irlanda (0,6 GW) u Wales-Irlanda (0,5 GW) (28). L-interkonnettur NEMO bejn l-Ingilterra u l-Belġju (1 GW) ġie attivat fil-31 ta’ Jannar 2019. |
2.8.2. Problemi ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni
|
(98) |
L-istandard ta’ Affidabbiltà huwa espress f’termini ta’ Aspettattiva ta’ Telf bit-Tagħbija (LOLE). Dan jinvolvi l-istabbiliment ta’ standard, li jistabbilixxi n-numru medju ta’ sigħat fis-sena li matulu d-domanda ma tkunx mistennija tintlaħaq mill-provvista f’sena tipika. LOLE tirrappreżenta n-numru ta’ sigħat fis-sena li fihom, fit-tul, ikun statistikament mistenni li l-provvista mhix se tissodisfa d-domanda. Dan huwa approċċ probabilistiku – jiġifieri, l-ammont attwali jvarja skont iċ-ċirkostanzi f’sena partikolari, pereżempju kemm tkun kiesħa x-xitwa; jekk numru kbir mhux tas-soltu ta’ impjanti tal-enerġija jiġrilhomx il-ħsara f’mument partikolari; il-produzzjoni tal-enerġija mill-ġenerazzjoni eolika fl-ogħla livell tad-domanda; u l-fatturi l-oħra kollha li jaffettwaw il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-elettriku. Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota meta jinterpreta din il-metrika li ċertu livell ta’ telf bit-tagħbija mhuwiex ekwivalenti għall-istess ammont ta’ blekawts; fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-telf bit-tagħbija jkun immaniġġjat mingħajr impatti sinifikanti fuq il-konsumaturi. Il-livell kritiku stabbilit mir-Renju Unit huwa LOLE ta’ aktar minn tliet sigħat. |
|
(99) |
Fin-notifika, il-Gvern innota li, irrispettivament mill-approċċ magħżul għall-immudellar, il-prospetti futuri għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku huma diffiċli ħafna sabiex wieħed jipproġettahom b’kunfidenza minħabba s-sensittività għas-suppożizzjonijiet ewlenin inklużi d-domanda għall-elettriku, id-deċiżjonijiet dwar l-irtirar, bini ġdid, il-kontribut tal-interkonnessjoni, u l-fatturi ta’ disponibbiltà ta’ teknoloġiji differenti. |
|
(100) |
Fiż-żmien tan-notifika tal-miżura fl-2014, ir-Renju Unit iddikjara li fil-Valutazzjoni tal-Kapaċità tal-Elettriku tal-2013 ta’ Ofgem, intwera li LOLE jitilgħu sa 9 sigħat fl-2015/16 (għalkemm huwa nnotat li ftit kien hemm impatt fil-każ tad-Disponibilità Għolja tal-Ġenerazzjoni Konvenzjonali), imbagħad irkupraw qabel ma reġgħu żdiedu fl-2018/19. Dak iż-żmien, ir-Renju Unit qies li l-firxa ta’ xenarji wriet l-inċertezza bil-parti ta’ fuq tal-medda li żdiedet għal aktar minn tliet sigħat fl-2018/19 u għalhekk, skont, ir-Renju Unit, din kienet ġustifikazzjoni valida għal intervent. Ix-xenarju ta’ referenza ta’ Ofgem assuma 0,75GW ta’ esportazzjonijiet netti fl-istaġun tax-xitwa. Illustrazzjoni 4 Aspettattiva ta’ telf bit-tagħbija u standard ta’ affidabbiltà, kif ipprovduti mir-Renju Unit fin-notifika tiegħu tal-2014
|
|
(101) |
Ir-Renju Unit iddikjara wkoll li d-Department of Energy and Climate Change (DECC — Dipartiment tal-Enerġija u tat-Tibdil fil-Klima) tar-Renju Unit kien wettaq ukoll simulazzjonijiet ta’ investiment fil-ġenerazzjoni sal-2030. Ix-xenarju tal-Każ Bażi tad-DECC mingħajr suq tal-kapaċità ppreżenta xejra simili għall-analiżi ta’ Ofgem sal-2016/17. Lil hinn mill-2016/17, ix-xenarju tal-Każ Bażi tad-DECC ra tendenza ’l isfel fil-marġini ta’ kapaċità li ssokta fil-bidu tat-tieni deċennju tas-snin elfejn. L-immudellar tad-DECC assuma li 2,9GW addizzjonali ta’ interkonnessjoni inkorporata sal-2030 u assuma li l-interkonnetturi kienu, fuq bażi netta (jiġifieri wara li tingħadd flimkien il-kapaċità kollha ta’ interkonnessjoni), la jimportaw u lanqas jesportaw fi żminijiet tal-ogħla livell ta’ domanda. Illustrazzjoni 5 Stimi fit-tul tal-marġini ta’ kapaċità degradati, kif ipprovduti mir-Renju Unit fin-notifika tiegħu tal-2014
|
|
(102) |
Ir-Renju Unit jistma li l-analiżi li saret mill-Gvern tar-Renju Unit, kif ukoll analiżi separata pprovduta min-National Grid, juru l-ħtieġa kontinwa għas-CM sabiex jiżgura li l-Istandard ta’ Affidabbiltà ta’ LOLE ta’ 3 sigħat jiġi ssodisfat. Meta s-CM jiġi eskluż mill-immudellar, l-istandard ta’ affidabilità x’aktarx jinkiser f’kull sena inkluża fil-ħolqien tal-immudellar. |
|
(103) |
NG tipproduċi Każ Bażi tal-EMR fuq 5 snin bħala parti mix-Xenarji Futuri tal-Enerġija (29) sabiex tivvaluta l-kapaċità għax-xiri fl-irkanti tas-suq tal-kapaċità. F’Diċembru 2018, NG stabbilixxiet sett rivedut ta’ suppożizzjonijiet sabiex tivvaluta l-impatt potenzjali fuq il-Każ Bażi li kieku ma kienx hemm CM fir-Renju Unit. Il-valutazzjoni ta’ NG hija li LOLE tkun tvarja bejn LOLE ta’ 3 u ta’ 7 sigħat bejn l-2019/20 u l-2023/24 mingħajr is-suq tal-kapaċità. |
|
(104) |
Id-Department of Business, Energy, and Industrial Strategy (BEIS — Dipartiment tan-Negozju tal-Enerġija u tal-Istrateġija Industrijali) tar-Renju Unit wettaq analiżi b’mod indipendenti min-National Grid, billi uża r-rakkomandazzjonijiet l-aktar reċenti tal-ECR min-National Grid (ECR2018) flimkien ma’ għarfien kummerċjali tal-BEIS u mal-valutazzjoni tal-BEIS dwar l-ekonomija tal-impjanti. Din l-analiżi tikkonkludi li l-firxa mistennija ta’ LOLE tikser l-istandard ta’ affidabbiltà ta’ LOLE ta’ 3 sigħat fis-snin kollha sal-2030 (LOLE ta’ bejn 3 u 345 siegħa bejn l-2019/20 u l-2029/30). |
2.8.3. Ir-raġunijiet wara l-problemi fl-adegwatezza tal-ġenerazzjoni
|
(105) |
Ir-Renju Unit jgħid li żewġ fallimenti ewlenin tas-suq jispjegaw il-problema ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni deskritta fit-taqsima preċedenti. |
|
(106) |
L-ewwel falliment tas-suq huwa li l-affidabilità hija ben pubbliku. Il-klijenti ma jistgħux jagħżlu l-livell mixtieq ta’ affidabbiltà tagħhom, minħabba li l-Operatur tas-Sistema ma jistax jiskonnettjahom b’mod selettiv, u l-konsumaturi ma jirrispondux għal tibdiliet f’ħin reali fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. Għalhekk, wieħed jista’ jistenna li l-fornituri tal-kapaċità ma jipprovdux il-livell soċjalment ottimali ta’ affidabilità fin-nuqqas ta’ intervent. Dan jista’ jwassal ukoll għal kostijiet għoljin għas-soċjetà b’riżultat ta’ provvista tal-elettriku li ma tkunx affidabbli. Dawn ikunu kostijiet esterni jekk ma jiġux iddebitati lill-ġeneraturi. |
|
(107) |
It-tieni falliment tas-suq huwa l-problema tal-“flus mitlufa”. Il-kunċett ġie identifikat u deskritt fil-letteratura akkademika u jaffettwa s-swieq tal-enerġija biss (30). Fit-teorija, in-nuqqas ta’ kapaċità tal-konsumaturi li jagħżlu l-livell mixtieq ta’ affidabilità jista’ jiġi indirizzat f’suq għall-enerġija biss billi l-prezzijiet jitħallew jogħlew għal livell li jirrifletti l-valur medju tat-tagħbija mitlufa, dak huwa l-prezz li bih il-konsumaturi ma jkunux aktar lesti jħallsu għall-enerġija u li jippermetti lill-ġeneraturi jirċievu kirjiet ta’ skarsezza. Madankollu, fil-prattika suq tal-enerġija biss jista’ jonqos milli jibgħat is-sinjali korretti tas-suq sabiex jiżgura l-aħjar sigurtà tal-provvista u sabiex jippermetti lill-investituri jiksbu finanzjament ta’ proġetti għall-bini ta’ kapaċità ġdida. Dan ifisser li d-dħul mis-suq tal-enerġija waħdu jista’ jonqos milli jressaq investimenti suffiċjenti fil-kapaċità minħabba l-“flus mitlufa”. Ir-raġunijiet għaliex dan jista’ jiġri huma tnejn:
|
|
(108) |
Ir-Renju Unit jgħid li “flus mitlufa” mhumiex problema teoretika. Storikament, il-prezzijiet tal-iżbilanċ tal-GB ma kinux qabżu d-GBP 938/MWh. Ir-Renju Unit jissottometti li evidenza minn sitwazzjonijiet ta’ skarsezza riċenti fis-suq tal-GB tindika wkoll li l-prezzijiet ma telgħux għal-livelli li kienu jkunu mistennija. Il-Gvern tar-Renju Unit u Ofgem ikkummissjonaw studju indipendenti sabiex jiġi stmat il-valur ta’ tagħbija mitlufa (VoLL), li kkonkluda li l-valur medju għall-konsumaturi sabiex jiġu evitati diskonnessjonijiet meta jintlaħaq l-ogħla livell ta’ domanda fuq is-sistema huwa ta’ madwar GBP 17 000/MWh (31). |
|
(109) |
Ir-Renju Unit jissottometti li l-fallimenti tas-suq huma aggravati fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju sewwasew mill-pjanijiet ta’ għeluq mgħaġġla ħafna tal-kapaċità eżistenti: skont ix-xenarju ċentrali ta’ NG, jekk id-dħul ta’ CM ma jibqax disponibbli aktar, sa 8GW f’impjanti disponibbli tal-faħam u tal-gass attivi fl-2018/2019 jistgħu jagħlqu fl-2019/2020. |
2.8.4. Miżuri addizzjonali sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni
|
(110) |
Minbarra l-miżura nnotifikata, ir-Renju Unit wettaq u għadu jwettaq firxa ta’ azzjonijiet fis-suq tal-elettriku tal-GB li jistgħu jgħinu sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq elenkati fit-taqsima preċedenti. It-tliet inizjattivi ewlenin min-notifika tar-Renju Unit huma elenkati hawn taħt. |
|
(111) |
L-ewwel miżura kkwotata mir-Renju Unit kellha l-għan li tnaqqas ir-rekwiżiti ġenerali tal-elettriku u li żżid ir-risponsività tad-domanda tal-konsumatur. Ir-Renju Unit iddikjara li kien qed jieħu passi sabiex inaqqas ir-rekwiżiti ġenerali tal-elettriku, pereżempju permezz tar-rabta ta’ użu tal-Green Deal and Energy Company Obligation (Il-Patt Ekoloġiku u l-Obbligu tal-Kumpaniji tal-Enerġija). Ir-Renju Unit qed isegwi wkoll opportunitajiet sabiex iħeġġeġ kemm tnaqqis fit-tul fid-domanda (li l-Gvern isejjaħlu Tnaqqis fid-Domanda għall-Elettriku jew EDR) kif ukoll tnaqqis fit-terminu qasir fid-domanda bħal tnaqqis/qlib fi żminijiet bl-akbar domanda (li l-Gvern isejjaħ rispons fin-naħa tad-domanda jew DSR). B’mod partikolari, ir-Renju Unit huwa impenjat li jiżgura li kull dar u negozju żgħir fil-pajjiż jiġu offruti arloġġ intelliġenti sa tmiem l-2020 (32). L-arloġġi intelliġenti huma mezz li jippermetti tariffi skont il-ħin tal-użu (ToU) li għandhom prezzijiet orħos tal-enerġija f’sigħat kwieti. L-ewwel tariffa ToU statika fir-Renju Unit ġiet introdotta permezz tal-Green Energy (Enerġija Ekoloġika) fil-bidu tal-2017, li toffri lill-klijenti tagħha li jkollhom arloġġi intelliġenti rata ferm orħas tal-elettriku matul l-iljieli ta’ fost il-ġimgħa. Madankollu, dan ma jirriflettix il-kostijiet attwali fil-livell tal-operaturi li jkunu jippermettu lill-konsumaturi jirrispondu f’ħin reali (33). Barra minn hekk, wara l-ħidma preċedenti u sejħa għall-evidenza, f’Lulju 2017 il-Gvern tar-Renju Unit u Ofgem flimkien ippubblikaw Smart Systems & Flexibility Plan (34) (Pjan għas-Sistemi Intelliġenti u għall-Flessibbiltà). Dan il-pjan jiddeskrivi l-prinċipji sottostanti tal-approċċ tar-Renju Unit sabiex jippermetti t-tranżizzjoni għal sistema intelliġenti u flessibbli, segwit minn 29 azzjoni għall-Gvern, għal Ofgem u/jew għall-industrija. |
|
(112) |
It-tieni miżura hija r-riforma tal-arranġamenti ta’ żbilanċ. Prezzijiet ta’ żbilanċ jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq b’inċentivi sabiex jiżguraw li l-volumi tal-elettriku li jbigħu jew jikkonsmaw ikunu jaqblu mal-volumi li jkunu kkuntrattaw sabiex ibigħu jew jikkonsmaw. Ir-Renju Unit jargumenta li riforma tal-mod kif kien jopera s-suq tgħin sabiex tiżgura s-sigurtà tal-provvista. |
|
(113) |
Fl-2012, Ofgem nediet l-Electricity Balancing Significant Code Review (35) (EBSCR — Rieżami tal-Kodiċi Sinifikanti tal-Ibbilanċjar tal-Elettriku) sabiex tindirizza diversi aspetti dejjiema ta’ tħassib dwar fatturi li rażżnu l-prezzijiet ta’ żbilanċ. Ofgem adottat u ppubblikat id-deċiżjoni politika finali tagħha f’Mejju 2014 (36). Ir-riformi implimentati fir-rigward tal-ħruġ tal-flus huma dawn li ġejjin:
|
|
(114) |
Ofgem ippubblikat rieżami tal-ewwel fażi tal-EBSCR (38). Mill-implimentazzjoni tal-ewwel fażi, il-Prezz medju tal-Iżbilanċi (il-prezz tal-ħruġ tal-flus) naqas. Il-maġġoranza tal-Prezzijiet ta’ Żbilanċ issa jinsabu fil-medda ta’ GBP 20-30/MWh, minflok GBP 30-40/MWh kif kien osservat qabel. Madankollu, il-Prezz ta’ Żbilanċ sar aktar volatili. Il-prezz massimu fis-sentejn ta’ qabel ir-riforma kien ta’ GBP 429,10/MWh filwaqt li wara r-riforma kien ta’ GBP 1 528,72/MWh. |
|
(115) |
Il-Gvern tar-Renju Unit jemmen li r-riforma tal-Kapaċità fis-Suq u r-riforma tal-iżbilanċ għandha rwoli distinti iżda kuomplimentari sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Huwa aħjar li wieħed ifittex ir-riforma tas-Suq tal-Kapaċità kif ukoll ir-riforma ta’ sostenn tal-arranġamenti ta’ żbilanċ, aktar milli sempliċiment jistrieħ fuq ir-riforma tal-iżbilanċi għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(116) |
It-tielet miżura kkwotata mir-Renju Unit qiegħda tikkompleta s-suq intern tal-enerġija u tappoġġja livelli akbar ta’ interkonnessjoni. Ir-Renju Unit implimenta t-Tielet Pakkett tal-Enerġija fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u qal li kien qed jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. B’mod partikolari, il-kodiċijiet tan-netwerk tal-UE relatati mas-suq, li jarmonizzaw il-perjodi ta’ żmien li fihom tiġi allokata u negozjata l-kapaċità, se jintroduċu sett standard ta’ regoli tas-suq fl-Ewropa kollha u jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ suq tal-enerġija pan-Ewropew kompetittiv. Ir-Renju Unit jgħid li dawn it-tibdiliet għandhom il-potenzjal li jtejbu l-każ għall-investiment fl-interkonnetturi permezz ta’ użu aktar effiċjenti tal-assi. Ir-Renju Unit jinnota wkoll li fil-GB, il-livell ta’ interkonnessjoni żdied minn 4 % fl-2014 għal 6 % tal-kapaċità totali installata fl-2019, l-aktar hekk kif l-interkonnettur NEMO ġie attivat fil-31 ta’ Jannar 2019, u għandu l-potenzjal li jiżdied għal 9 % sal-2021 (41). |
|
(117) |
Ir-Renju Unit qal ukoll li kien qed jipparteċipa b’mod attiv fil-proċess tal-UE għall-identifikazzjoni ta’ proġetti transkonfinali ta’ prijorità kull sentejn kif stabbilit fir-“Regolament TEN-E”. Dawn il-proġetti ta’ prijorità rċivew l-istatus ta’ “Proġetti ta’ Interess Komuni” (PCI) li jippermettilhom jibbenefikaw, minn proċeduri ta’ ppjanar u ta’ awtorizzazzjoni potenzjalment aktar veloċi, minn inċentivi regolatorji potenzjali, u minn aċċess possibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. |
|
(118) |
Il-proġett ta’ Ppjanar u ta’ Regolamentazzjoni tat-Trażmissjoni Integrata ta’ Ofgem (ITPR) ġie konkluż fl-2015 (42). Dan stabbilixxa l-proċess ta’ Valutazzjoni tal-Għażliet tan-Netwerk (NOA) u ppubblika r-rapporti annwali tal-NOA. L-analiżi tal-Operatur tas-Sistema tipprovdi informazzjoni aħjar lill-iżviluppaturi tal-interkonnetturi, inklużi postijiet fejn il-kapaċità ġdida ta’ interkonnessjoni tista’ tiġi akkomodata l-aktar faċilment. Ir-rwol il-ġdid jinkludi wkoll il-kunsiderazzjoni ta’ proposti ta’ interkonnetturi speċifiċi u jipprovdi lil Ofgem b’valutazzjonijiet tal-impatti tagħhom. |
2.9. Durata
|
(119) |
L-Att tal-2013 dwar l-Enerġija ma jinkludix data tat-tmiem għas-Suq tal-Kapaċità. Madankollu, l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat hija valida għal perjodu ta’ 10 snin (43) li jibda mid-data tal-ewwel implimentazzjoni tal-miżura fl-2014 (44). |
2.10. Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura
|
(120) |
Għalkemm is-Suq tal-Kapaċità ġie nnotifikat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit qabel ma ġie implimentat, id-Deċiżjoni tal-2014 li tawtorizza l-iskema ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali. Fid-dawl tas-sentenza tal-QĠ li tannulla d-Deċiżjoni tal-2014, l-implimentazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni sas-sentenza tal-Qorti Ġenerali trid titqies bħala illegali (45). |
|
(121) |
F’konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat (46), il-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern, minn Diċembru 2014 sa Novembru 2018 u għall-futur, fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.9 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali u għall-Enerġija (“EEAG”) (47) li stabbilew kundizzjonijiet speċifiċi għall-għajnuna skont l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni u ilhom applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014. |
|
(122) |
Il-proċedura sabiex tiġi adottata deċiżjoni ġdida tista’ titkompla fil-punt stess li fih tkun seħħet l-illegalità (48). |
|
(123) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet fis-sentenza tal-QĠ li l-Kummissjoni missu kellha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ ċerti aspetti tal-miżura mas-suq intern, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(124) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u tal-elementi deskritti fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni fittxet kjarifika u talbet kummenti dwar il-kwistjonijiet li ġejjin b’mod partikolari:
|
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(125) |
Din it-taqsima tiġbor fil-qosor il-kummenti li rċiviet il-Kummissjoni matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni mingħand 35 parti interessata, b’mod partikolari mingħand il-partijiet interessati attivi fis-settur tal-enerġija (bħal kumpaniji attivi fil-ġenerazzjoni konvenzjonali, fl-interkonnetturi, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-operaturi ta’ rispons fin-naħa tad-domanda, kif ukoll assoċjazzjonijiet kummerċjali u organizzazzjonijiet nongovernattivi), Ofgem u National Grid. |
3.1. Objettiv ta’ interess komuni u neċessità tal-miżura
|
(126) |
Għalkemm il-Kummissjoni ma indirizzatx espliċitament fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-kwistjoni tal-objettiv komuni jew tan-neċessità tal-miżura, xi partijiet interessati kkummentaw speċifikament dwar dawk il-kwistjonijiet. Ħafna minnhom kienu jsostnu l-objettiv u n-neċessità tal-miżura. Uħud sempliċement qablu mal-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, filwaqt li oħrajn:
|
|
(127) |
Fir-rigward tar-rwol u tal-potenzjal tad-DSR xi partijiet interessati indikaw il-volum dejjem akbar ta’ DSR li qed jipparteċipaw fl-irkanti bħala evidenza li s-Suq tal-Kapaċità kien imfassal b’mod xieraq u bħala evidenza tan-nuqqas ta’ ostakli għad-DSR. Bosta partijiet interessati enfasizzaw ukoll ir-rwol pożittiv tal-irkanti tranżizzjonali sabiex iħeġġu t-tkabbir tad-DSR, aktar u aktar minħabba li dawn kienu qed jiġu rkantati bi prezzijiet ogħla u ma kinux miftuħa għal fornituri oħra tal-kapaċità. |
|
(128) |
Partijiet interessati oħrajn xeħtu dubju dwar jekk is-CM kienx neċessarju, bl-argument li:
|
3.2. L-adegwatezza tal-miżura
3.2.1. Għażla tal-istrument
|
(129) |
Parti interessata minnhom argumentat li s-CM x’aktarx li kien inkonsistenti f’għadd ta’ modi mar-Regolament (UE) 2019/943 għaliex (i) ir-Renju Unit diġà ser ikun implimenta l-maġġoranza tar-riformi meħtieġa fis-suq tal-enerġija sabiex jevita CM u (ii) jekk jifdal tħassib dwar kapaċità residwa, tkun preferibbli riżerva strateġika. |
3.2.2. Remunerazzjoni biss għas-servizz ta’ disponibbiltà pura tal-kapaċità
|
(130) |
Xi partijiet interessati sostnew li l-arranġamenti ta’ notifika eżistenti qabel l-avvenimenti ta’ stress (jiġifieri twissija ta’ erba’ sigħat, bl-għażla tat-twaqqit u tal-profondità tal-gravità ta’ stress identifikati ex-post) kienu ta’ żvantaġġ għall-assi deċentralizzati, inkluż id-DSR. Huma ssuġġerew li r-Renju Unit jenħtieġ li jesplora l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu wieħed jew aktar ta’ dispaċċ fil-fażi ta’ qabel avveniment ta’ stress. |
|
(131) |
Xi partijiet interessati indikaw li r-reġim kurrenti ta’ penali jista’ ma jkunx b’saħħtu biżżejjed sabiex jiżgura li l-fornituri tal-kapaċità jirrispondu b’mod effettiv matul avvenimenti ta’ stress fuq is-sistema. |
|
(132) |
Minn naħa waħda, uħud mill-partijiet interessati argumentaw li l-fatt li d-definizzjoni ta’ avvenimenti ta’ stress tkun ibbażata fuq mudell ta’ “enerġija fornita” jikser il-paragrafu (225) tal-EEAG u jippermetti l-manipulazzjoni ta’ fatturi degradanti b’mod li jiddiskrimina kontra teknoloġiji (eoliċi u solari) b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u teknoloġiji alternattivi (bħall-ħżin). |
3.2.3. Il-ftuħ tal-miżura għall-fornituri tal-kapaċità rilevanti kollha
3.2.3.1.
|
(133) |
Xi partijiet interessati sostnew li r-rekwiżit għad-detenturi tal-ftehim ta’ kapaċità li jirrispondu għal avveniment ta’ stress fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata u għal kemm idum it-tali avveniment kien jagħmel il-parteċipazzjoni fis-CM impenn diffiċli għall-fornituri tad-DSR. Għalhekk, huma argumentaw li l-ftehimiet ta’ kapaċità tal-konsenja marbuta biż-żmien jenħtieġ li jiġu offruti permezz tas-CM. |
3.2.3.2.
|
(134) |
Skont ir-regoli kurrenti tal-GB dwar is-CM, il-biċċa l-kbira tal-fornituri tal-kapaċità eżistenti għandhom aċċess għal ftehimiet ta’ sena. Il-fornituri tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni li jwettqu nefqa kapitali (CAPEX) ’il fuq minn ċerti limiti biss huma eliġibbli għal ftehimiet ta’ kapaċità fuq perijodu itwal ta’ żmien ta’ mhux aktar minn 15-il sena. |
|
(135) |
Sabiex tiġi ġġustifikata l-esklużjoni tal-fornituri tad-DSR minn kuntratti aktar fit-tul, ħafna partijiet interessati ġibdu l-attenzjoni lejn (i) il-livelli baxxi ta’ CAPEX tal-fornituri tad-DSR (49), (ii) il-preferenza tagħhom għal kuntratti ta’ żmien qasir minħabba l-portafolli volatili tagħhom, (iii) il-ħtieġa li jkun hemm kuntratti fit-tul għal kapaċitajiet ta’ binjiet rinnovati u ġodda sabiex jiġu evitati offerti ogħla fl-irkanti tas-CM, livelli ogħla ta’ għajnuna u profitti eċċezzjonali għal kapaċitajiet eżistenti. Xi partijiet interessati indikaw ukoll li l-fornituri tad-DSR li jużaw il-ġenerazzjoni rinnovabbli xorta jistgħu jikkwalifikaw għal kuntratt aktar fit-tul jekk jilħqu l-limitu ta’ CAPEX u jekk jidħlu fl-irkant bħala ġenerazzjoni. |
|
(136) |
Xi partijiet interessati ssuġġerew (i) li jiġi limitat it-tul tal-kuntratt għal sena għall-kapaċitajiet kollha, jew (ii) li jiġu permessi biss kuntratti iqsar minn 5 snin iżda mhux abbażi ta’ CAPEX li ma tikkunsidrax il-kostijiet finanzjarji kollha tad-DSR (bħal kostijiet operatorji), jew (iii) li l-fornituri tad-DSR jitħallew ikollhom aċċess għal kuntratti ta’ 3-5 snin. Partijiet oħra ssuġġerew iż-żamma tas-sistema bbażata fuq il-limiti ta’ CAPEX iżda li tingħata l-opportunità lil kwalunkwe teknoloġija li tissodisfa dawk il-limiti (jiġifieri, inklużi teknoloġiji mħaddma mill-fornituri tad-DSR) li jkollha aċċess għal kuntratti aktar fit-tul u r-rieżami regolari tal-limiti ta’ CAPEX jew saħansitra l-ħolqien ta’ diversi limiti differenti sabiex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika. |
3.2.3.3.
|
(137) |
Xi volum ta’ kapaċità ma jiġix irkantat erba’ snin minn qabel (T-4) u jiġi “rriżervat” għall-irkant ta’ sena bil-quddiem (T-1). Jekk id-domanda tonqos bejn l-irkanti ta’ erba’ snin bil-quddiem u dawk ta’ sena bil-quddiem, jonqos l-ammont ta’ kapaċità rkantata fl-irkant T-1. Madankollu, minħabba li l-irkanti T-1 jipprovdu rotta aħjar għas-suq għad-DSR, fl-2014, ir-Renju Unit ħa impenn li jakkwista fl-irkanti ta’ sena bil-quddiem tal-anqas 50 % tal-kapaċità riżervata erba’ snin qabel. |
|
(138) |
Xi kummenti indikaw li l-arranġamenti kurrenti ma kinux sodisfaċenti minħabba li l-organizzazzjoni ta’ T-1 hija imprevedibbli. Il-Gvern tar-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li jikkanċella rkant jew jibdel il-volum li għandu jiġi rkantat f’T-1. Xi partijiet interessati ssuġġerew li jiġi ffissat l-ammont li għandu jiġi akkwistat f’T-1 bħala perċentwali jew tal-kapaċità meħtieġa għas-sena tal-konsenja jew tal-kapaċità rkantata f’T-4. Oħrajn indikaw il-ħtieġa li jiżdied il-volum irkantat fl-irkanti T-1 b’mod inkrementali tul ħames snin. Finalment, xi partijiet issuġġerew (i) li jiġu eliminati l-irkanti T-4; (ii) li jiġu organizzati rkanti addizzjonali ta’ kull ġimgħa jew (iii) li jiġu organizzati rkanti T-2 addizzjonali. |
|
(139) |
Il-parti l-kbira tal-partijiet interessati indikat li l-arranġamenti kurrenti kienu adegwati u suffiċjenti, u indikaw b’mod partikolari r-rata ta’ suċċess importanti tad-DSR fl-irkanti T-4. Huma argumentaw li (i) il-parteċipanti kollha fis-suq huma ugwalment esposti għall-organizzazzjoni inċerta jew għall-volumi tal-irkanti T-4 u T-1 u għalhekk ma hemmx diskriminazzjoni kontra d-DSR; (ii) volumi ogħla ta’ kapaċità riżervati għal T-1 jistgħu jnaqqsu l-kompetittività tal-irkanti T-1 u (iii) volumi ogħla ta’ kapaċità riżervati għal T-1 jistgħu jżidu r-riskju ta’ akkwist eċċessiv, jekk il-ħtieġa għall-kapaċità għas-sena tal-konsenja tkun naqset taħt il-livelli li jkunu ġew iffissati qabel. |
3.2.3.4.
|
(140) |
Kif deskritt fil-premessi 30 u 31, huwa applikabbli limitu minimu ta’ 2 MW għall-parteċipazzjoni fis-Suq tal-Kapaċità għat-tipi kollha ta’ kapaċità. |
|
(141) |
Xi partijiet interessati ssuġġerew li jiġu stabbiliti limiti ħafna aktar baxxi ta’ parteċipazzjoni (100 kW, 500 kW, < 1MW), li jirreferu għal swieq oħra li fihom ikun jista’ jipparteċipa d-DSR (Interkonnessjoni Pennsylvania-New Jersey-Maryland (PJM), suq ta’ bbilanċjar u servizzi anċillari). |
|
(142) |
Barra minn hekk, xi partijiet maqdru l-livell għoli tal-garanzija tal-offerta applikabbli għad-DSR u għall-ġenerazzjoni (GBP 5 000/MW fl-2014) bħala diskriminatorju kontra d-DSR. Huma argumentaw li dan jista’ jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul b’mod partikolari għal fornituri ġodda tad-DSR għax il-parteċipanti kollha fis-Suq tal-Kapaċità jkollhom jimpenjaw ruħhom li jkopru konsenja indefinita u l-fornituri tad-DSR jista’ jkollhom aktar diffikultà mill-ġeneraturi sabiex ikopru perjodu twil ta’ konsenja. Minħabba r-riskju perċepit ogħla ta’ inadempjenza tal-fornituri tad-DSR, dawn jista’ jkollhom aktar diffikultajiet sabiex jiffinanzjaw l-ammont tal-garanzija tal-offerta. |
|
(143) |
B’kuntrast ma’ dan, ħafna partijiet interessati indikaw ir-rilevanza ta’ limitu ta’ parteċipazzjoni ta’ 2 MW. Lil hinn mill-ħtieġa li l-kostijiet amministrattivi jinżammu baxxi, xi partijiet interessati indikaw li (i) il-limitu ta’ 2 MW ma deherx li kien ostaklu għall-parteċipazzjoni tad-DSR minħabba li r-Renju Unit ittestja limitu aktar baxx ta’ parteċipazzjoni għat-tieni rkant tranżizzjonali (500 kW) u tmien CMUs biss taħt iż-2 MW ikkwalifikaw, li jipprovdu anqas minn 3 % tal-kapaċità globali garantita f’dak l-irkant, u minħabba li ma ġie nnotat l-ebda raggruppar ta’ CMUs tad-DSR madwar il-limitu ta’ 2 MW fl-aħħar irkanti. Huma indikaw ukoll li (ii) il-limitu ta’ 100 kW użat minn PJM japplika għal akkwisti reġjonali iżgħar u, għalhekk, mhuwiex komparabbli. |
|
(144) |
Bosta partijiet interessati spjegaw li rekwiżit ta’ garanzija tal-offerta kien neċessarju sabiex tiġi żgurata konsenja reali u sabiex jiġu skoraġġuti proġetti spekulattivi. Parti interessata minnhom indikat li, fl-irkanti tranżizzjonali li għalihom ir-rekwiżit tal-garanzija tal-offerta kien biss 10 % tal-livell normali, proporzjon għoli tal-kapaċità l-ġdida ma rnexxilux jiġi kkonsenjat (25 %). |
|
(145) |
Barra minn hekk, xi partijiet interessati indikaw vantaġġi mogħtija lid-DSR meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħra:
|
3.2.3.5.
|
(146) |
Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li ċerti enerġiji rinnovabbli – b’mod partikolari l-enerġija eolika u solari – bħalissa ma jitħallewx jipparteċipaw fis-CM, bi ksur tal-EEAG. Filwaqt li jilqgħu l-adozzjonijiet ta’ regoli ġodda għall-enerġija solari u eolika f’Ġunju 2019, huma maqdru l-fatt li dawn ir-regoli ma kinux diġà fis-seħħ fl-2014 u l-fatt li r-regoli l-ġodda kienu limitati għar-riħ u għas-solari u ma kinux jinkludu RES oħra jew teknoloġiji ġodda. Pereżempju, fl-2017 park eoliku ġie rrifjutat fil-prekwalifikazzjoni għall-irkant T-4. Lanqas ma kien hemm mekkaniżmu għall-prekwalifikazzjoni tar-rinnovabbli merkantili għall-irkant T-4 (imħassar) tal-2018 (għas-sena tal-konsenja 2022/2023). Kummenti oħra maqdru l-fatturi degradanti applikabbli għall-RES bħala restrittivi wisq. |
|
(147) |
Parti interessata oħra argumentat kontra l-inklużjoni ta’ rinnovabbli intermittenti fis-CM – b’mod partikolari dawk mibnija u ffinanzjati b’miżuri oħra ta’ appoġġ – peress li dawn ikomplu jaħdmu irrispettivament mill-ħlas tas-CM u jistgħu ma jkunux kapaċi jipproduċu u jbigħu l-elettriku matul avveniment ta’ stress. |
3.2.3.6.
|
(148) |
Ħafna partijiet interessati indikaw l-għan fit-tul li jkun hemm parteċipazzjoni diretta tal-kapaċitajiet barranin filwaqt insistew fuq il-ħtieġa li r-Renju Unit jingħata biżżejjed żmien sabiex jadatta għalih, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/943. |
|
(149) |
Madankollu partijiet oħra maqdru l-mudell kurrenti mmexxi mill-interkonnetturi użat fir-Renju Unit, u talbu tibdil rapidu sabiex tiġi diretta l-parteċipazzjoni ta’ kapaċità barranija. Kumment minnhom indika li l-interkonnetturi huma ggarantiti redditi rregolati permezz tal-mekkaniżmu tal-“limitu massimu u minimu”. Għalhekk, ma jkunx xieraq li dawn l-interkonnetturi jipparteċipaw fis-CM filwaqt li l-proġetti ta’ ġenerazzjoni li jirċievu sussidji ma jitħallewx jipparteċipaw. |
|
(150) |
Parti interessata minnhom ikkummentat li l-interkonnetturi misshom tħallew jipparteċipaw fl-irkant T-1 li sar kmieni fl-2018 għas-sena tal-konsenja 2018/2019. Hija maqdret ukoll l-esklużjoni tal-interkonnetturi minn kuntratti ta’ kapaċità itwal minn sena, kif ukoll il-metodoloġija ta’ degradazzjoni użata għall-interkonnetturi, li hija deskritta bħala diskriminatorja b’mod partikulari għaliex tiġi kkomputata fuq bażi individwali aktar milli skont it-tip ta’ teknoloġija bħalma jsir għal teknoloġiji oħra li jipparteċipaw fis-CM. |
3.3. Proporzjonalità tal-miżura
|
(151) |
Parti interessata minnhom xeħtet dubju fuq il-konformità tas-CM tal-GB mal-paragrafu (230) tal-EEAG, peress li fl-2016, il-ġeneraturi eżistenti rebbieħa fl-irkanti tas-CM irċivew prezz ta’ GBP 22,50/kW/sena, filwaqt li fl-2017 huma rċivew prezz ta’ GBP 8,40/kW/sena, li jindika kumpens żejjed u profitti eċċezzjonali. |
3.3.1. Differenzi fit-tulijiet tal-kuntratti applikabbli
|
(152) |
Il-kummenti relatati mat-tulijiet tal-kuntratti applikabbli huma miġbura fil-qosor fil-premessi 134 sa 136 hawn fuq. |
3.3.2. Esklużjoni ta’ STOR fit-tul
|
(153) |
Parti interessata minnhom tgħid li l-parteċipazzjoni ta’ fornituri tal-STOR fit-tul (ara l-premessa 32(f)) fis-CM tkun tirriżulta fi profitti eċċezzjonali, filwaqt li l-esklużjoni ma tkunx ta’ ħsara għall-każ oriġinali tan-negozju. Barra minn hekk, dawn l-operaturi jistgħu jipparteċipaw fis-CM u fl-irkanti annwali għall-kuntratti tal-STOR għal perjodu qasir ta’ żmien, u sussegwentement (jekk jirnexxu fl-irkanti tas-CM) joħorġu mill-kuntratti tagħhom tal-STOR fit-tul mingħajr penali. |
|
(154) |
Parti interessata oħra targumenta li m’hemm l-ebda prospett ta’ fornituri tal-STOR fit-tul li jiksbu profitti eċċezzjonali hekk kif jingħad li s-CM wassal għal prezzijiet orħos tal-iżbilanċi, għal prezzijiet orħos bl-ingrossa u għal użu aktar baxx tal-impjant tal-STOR. Barra minn hekk, il-fornituri tal-STOR fit-tul ikunu esklużi de facto minħabba li r-Regoli finali tas-CM speċifikaw li l-impjanti tal-enerġija kkummissjonati wara l-2014 biss ikunu jikkwalifikaw bħala binja ġdida. Barra minn hekk, il-banek ma jkunux jaċċettawx ftehim ta’ sena tas-CM favur kuntratt ta’ 15-il sena tal-STOR. Huma jargumentaw ukoll li mekkaniżmu ta’ rkupru jkun aktar proporzjonat mill-esklużjoni kompluta u jissuġġerixxu li l-impjant tagħhom jenħtieġ li jingħata retrospettivament il-ftehimiet tas-CM li misshom ingħataw fl-2014 u wara. |
3.3.3. Metodu għall-irkupru tal-kostijiet
|
(155) |
Il-metodu għall-irkupru tal-kostijiet huwa bbażat fuq il-konsum tal-elettriku bejn l-4pm u s-7pm kull jum fost il-ġimgħa fix-xitwa. Kif spjegat fil-premessa 187 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ir-Renju Unit, qabel il-konsultazzjoni pubblika nazzjonali dwar il-mekkaniżmu tal-kapaċità, inizjalment ippreveda li l-ammont tal-imposti jkun ikkalkolat fuq il-bażi tas-sehem mis-suq tal-fornituri tal-elettriku fid-domanda għall-elettriku rreġistrata matul l-hekk imsejħa perjodi “triad”. Jiġifieri t-tliet perjodi ta’ nofs siegħa li jirreġistraw l-ogħla konsum annwali tal-elettriku fir-Renju Unit matul il-perjodu minn Novembru sa Frar. |
|
(156) |
Il-biċċa l-kbira tal-kummenti riċevuti dwar dan il-punt iqisu li l-metodoloġija għall-irkupru tal-kostijiet hija proporzjonata. Huma jargumentaw li l-metodoloġija kurrenti tilħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn, min-naħa l-waħda, bażi prevedibbli u ġusta sabiex jiġu ddebitati l-fornituri, u min-naħa l-oħra, sabiex jinżamm sinjal għat-tnaqqis tad-domanda matul il-perjodu mistenni ta’ domanda massima. |
|
(157) |
Xi partijiet interessati qajmu wkoll firxa ta’ tħassib dwar il-metodoloġija alternattiva tat-“triad”:
|
|
(158) |
Partijiet interessati oħra kienu kritiċi dwar il-metodoloġija magħżula għall-irkupru tal-kostijiet. Huma jsostnu li (i) hija inkonsistenti mal-aspettattiva li s-CM tkun attivata biss waqt l-eqqel domanda; (ii) ftit fornituri tad-DSR ikunu jistgħu jnaqqsu d-domanda kull jum ta’ fost il-ġimgħa tax-xitwa bejn l-4pm u s-7pm, u (iii) id-differenza fil-kapaċità “reali” tkun stmata aktar milli hi u l-kostijiet ġenerali tas-CM ikunu ogħla. Dawn il-partijiet jargumentaw ukoll li metodoloġija bbażata fuq il-perjodi tat-triad tkun aktar xierqa peress li tkun toħloq suq għall-evitar tal-kostijiet tas-CM. Parti interessata minnhom qajmet għadd ta’ argumenti addizzjonali: il-metodoloġija tat-triad ma tkunx taffettwa l-previdibbiltà tal-prezzijiet għall-biċċa l-kbira tal-fornituri billi kważi l-klijenti domestiċi kollha u n-negozji ż-żgħar ikunu stabbiliti fil-profil; l-evitar tat-triad kien ta’ suċċess fit-tħeġġiġ tal-klijenti flessibbli sabiex jipparteċipaw fid-DSR; u l-metodoloġija bbażata fuq l-4pm-7pm tħeġġeġ l-użu ta’ ġenerazzjoni niġġiesa rinnovabbli sabiex titnaqqas id-domanda matul dawn il-perjodi. |
|
(159) |
Uħud mill-partijiet interessati appoġġjaw il-pożizzjoni tal-Kummissjoni spjegata fil-premessa 187 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li skont din, meta tivvaluta din il-kwistjoni, il-Kummissjoni ser tqis ukoll il-paragrafu (25) tal-EEAG, li jiddikjara li l-kompatibbiltà tal-miżura jenħtieġ li tiġi vvalutata biss fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fit-taqsima 3.9.5 tal-EEAG. Din id-dispożizzjoni ma tinvolvi l-ebda referenza għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni. Oħrajn, għall-kuntrarju, irreferew għas-sentenza tal-QĠ sabiex jikkritikaw din il-pożizzjoni. |
3.4. L-evitar ta’ effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(160) |
Uħud mill-partijiet interessati indikaw li s-CM jenħtieġ li (i) tkun imfassla b’mod espliċitu sabiex timminimizza l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra billi tappoġġja s-sigurtà tas-sistema permezz ta’ teknoloġiji li għandhom emissjonijiet żero; jew (ii) tappoġġja aktar enerġija rinnovabbli, jew (iii) tiffavorixxi sorsi tal-enerġija li huma strateġikament importanti mill-perspettiva tad-dekarbonizzazzjoni, filwaqt li progressivament teskludi karburanti jew teknoloġiji li jniġġsu li mhumiex kompatibbli ma’ settur tal-elettriku dekarbonizzat. |
|
(161) |
Xi kummenti indikaw ukoll li l-investigazzjoni tal-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ir-regoli l-ġodda għall-mekkaniżmi tal-kapaċità li jinsabu fir-Regolament (UE) 2019/943 b’mod partikolari sabiex tiġi limitata l-kapaċità b’emissjonijiet għolja ta’ CO2. |
3.5. Obbligu ta’ waqfien totali
|
(162) |
Xi partijiet interessati enfasizzaw għadd ta’ azzjonijiet meħuda mir-Renju Unit wara s-sentenza tal-QĠ (ara l-premessa 18) — l-organizzazzjoni tal-irkant ta’ sostituzzjoni T-1 u (possibilment) ta’ irkant T-3 (ara l-premessi 53 u 156 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Dawn l-azzjonijiet ikunu qed ikomplu jsaħħu ftehimiet eżistenti bħala skambju għall-prospett ta’ pagamenti differiti, u l-ġbir issoktat tat-tariffi tal-fornituri. Dan ikun jipprovdi lill-parteċipanti fis-CM b’vantaġġ ekonomiku matul il-perjodu ta’ waqfien totali u, għalhekk, ikun jikkostitwixxi għajnuna illegali. |
|
(163) |
Dawn il-partijiet talbu lill-Kummissjoni toħroġ inibizzjoni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (50), li jirrikjedi li r-Renju Unit jissospendi kwalunkwe għajnuna illegali sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna. |
4. KUMMENTI MIR-RENJU UNIT
|
(164) |
Din it-taqsima tiġbor fil-qosor il-kummenti li waslu mir-Renju Unit fit-12 ta’ April 2019 dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ u dawk li waslu fis-7 ta’ Ġunju 2019, fid-19 ta’ Lulju 2019 u fit-12 ta’ Settembru 2019. |
4.1. Objettiv ta’ interess komuni u neċessità tal-miżura
|
(165) |
Skont ir-Renju Unit, l-analiżi tiegħu, sostnuta mill-fehma tan-National Grid Electricity System Operator (NG ESO), turi li n-nuqqas tas-CM ikun jaffettwa b’mod negattiv is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tar-Renju Unit u jżid l-Aspettattiva ta’ Telf bit-Tagħbija (LOLE) ’il fuq mill-Istandard ta’ Affidabbiltà ta’ 3 sigħat/sena fis-snin kollha mill-2019/20. Fis-7 ta’ Ġunju 2019, ir-Renju Unit indika li, flimkien mal-NG ESO, huwa kien irrieżamina l-analiżi ppreżentata f’Diċembru 2018 u deskritta fil-premessi 102 sa 104 (u l-premessi 94 sa 96 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ) u kkonferma li dan għadu jirrappreżenta l-aħħar u l-aħjar fehma tal-ħtieġa għas-CM. |
|
(166) |
Ir-Renju Unit ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni li s-suq tal-elettriku tal-GB huwa fornit iżżejjed:
|
|
(167) |
Ir-Renju Unit jikkontesta l-idea li s-suq tal-enerġija biss ikun f’pożizzjoni aħjar sabiex jiżgura l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. (i) Ir-Renju Unit ifakkar fil-fallimenti tas-suq deskritti fil-premessi 105 sa 109 (u l-premessi 97 sa 101 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). (ii) Fir-rigward tal-introduzzjoni tal-arloġġi intelliġenti, anqas minn terz tal-konsumaturi bħalissa jużaw arloġġi intelliġenti, u t-tariffi dinamiċi tal-Ħin tal-Użu (ToU) jinsabu fl-istadji bikrija ħafna tagħhom. Għalhekk, ir-Renju Unit ma jemminx li l-falliment tas-suq ta’ affidabbiltà bħala ben pubbliku nbidel b’mod sinifikanti mill-2014 u għadu kmieni wisq sabiex jiġi vvalutat kemm it-tnedija aktar mifruxa fil-futur se taffettwa dan il-falliment tas-suq. (iii) Ir-riforma tal-iżbilanċi wasslet għal prezzijiet massimi ogħla tal-iżbilanċ mill-introduzzjoni tas-CM iżda l-livell għoli inerenti ta’ inċertezza rigward l-avvenimenti ta’ skarsezza jagħmel id-dipendenza fuq kirjiet tal-iskarsezza għolja biss strateġija riskjuża għall-investituri: ir-riforma tal-iżbilanċi x’aktarx li waħidha ma ssolvix il-problema tal-flus mitlufa. (iv) B’riferiment għar-rieżami tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tal-politiki tal-enerġija tal-Awstralja fl-2018, ir-Renju Unit jinnota li l-Awstralja tesperjenza prezzijiet għoljin tal-elettriku minħabba nuqqas ta’ kompetizzjoni u problemi strutturali, mhux għaliex ikun suq tal-enerġija biss li jiffunzjona tajjeb. |
|
(168) |
Ir-Renju Unit jikkontesta wkoll l-idea li s-CM ikun jipperpetwa l-problema tal-flus mitlufa. (i) Permezz tal-proċess ta’ rkant kompetittiv, tinstab il-firxa ta’ flus mitlufa. Minħabba li huma indirizzati l-kwistjonijiet sottostanti li wasslu għall-problema tal-flus mitlufa u li jiżdied il-potenzjal li jiġu żgurati kirjiet tal-iskarsezza permezz taż-żidiet fis-suq tal-elettriku, ir-Renju Unit jistenna li l-parteċipanti fis-suq isiru anqas dipendenti fuq id-dħul tas-CM minħabba li l-irkanti kompetittivi ser imexxu l-prezzijiet uniformi lejn iż-żero. F’dan il-punt, huwa possibbli li s-CM ma jibqax meħtieġ. (ii) Kuntrarju għal dak li jiddikjaraw xi partijiet interessati, ir-Renju Unit iqis li l-prezzijiet tas-suq tal-elettriku ma kinux affettwati mis-sentenza tal-QĠ jew mid-deċiżjonijiet jew mit-tħabbiriet sussegwenti tal-Gvern. Meta wieħed iħares lejn it-tendenzi aktar fit-tul, jidher li l-prezzijiet medji tal-karga bażi u l-volatilità fil-prezzijiet fil-fatt żdiedu mill-ewwel sena tal-konsenja tas-CM fl-2017/18. Dan jissuġġerixxi li fatturi oħra għandhom influwenza akbar fuq il-prezzijiet, u li xi partijiet interessati jiddikjaraw b’mod żejjed l-effett ta’ tnaqqis tal-prezzijiet tas-CM. |
|
(169) |
Skont ir-Renju Unit, filwaqt li kkwota r-Rapport dwar il-Kapaċità tal-Elettriku (EMR) tan-National Grid, mill-2018, hemm ftit li xejn hemm data disponibbli dwar id-DSR u l-aħjar sors tal-kuntratti tad-DSR huwa r-reġistri tas-CM, kif deskritt fit-Tabella 2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (ara t-Tabella 1 tad-Deċiżjoni preżenti). L-analiżi tar-riżultati tal-ewwel irkanti tranżizzjonali (ara t-Tabella 4) tindika li madwar 70 % tal-ftehimiet rebbieħa tad-DSR kienu l-ġenerazzjoni rinnovabbli, tipikament ġeneraturi tad-diżil ta’ riżerva. Skont ir-Renju Unit, stħarriġ riċenti tal-industrija tal-fornituri tad-DSR jissuġġerixxi livell għoli ta’ parteċipazzjoni ta’ DSR eżistenti (70 %) fis-CM. Barra minn hekk, stimi tad-DSR li jipparteċipa f’servizzi tal-elettriku oħra għandhom it-tendenza li jkunu simili: pereżempju, l-ammont ta’ DSR li jipparteċipa fil-portafoll tan-National Grid ta’ prodotti u ta’ servizzi ta’ bbilanċjar fl-2015 kien ta’ madwar 708MW. Ir-Renju Unit jindika li kien hemm bosta tentattivi sabiex ikun stmat l-ammont potenzjali totali ta’ kapaċità tad-DSR fir-Renju Unit iżda li dawn l-istimi jsiru bi twissijiet sinifikanti ħafna drabi marbuta ma’ nuqqas ta’ data reali, li jwassal għal stimi differenti ħafna. Pereżempju, ir-Renju Unit indika li, filwaqt li fl-2016 l-Assoċjazzjoni għall-Enerġija Deċentralizzata stmat li jista’ jkun hemm sa 9,8GW f’komponenti madwar ir-Renju Unit li jistgħu jitnaqqsu fl-użu tal-anqas darba fis-sena sal-2020, ix-Xenarju tal-Enerġija tal-2018 tan-National Grid jara sa 1GW tnaqqis fl-użu ta’ DSR Industrijali u Kummerċjali vijabbli sal-2019/20, li huwa jistenna li se jirdoppja bejn wieħed u ieħor fuq għaxar snin. |
|
(170) |
Fir-rigward tal-irkanti tranżizzjonali (transitional auctions — TAs), ir-Renju Unit jindika li dawn tmfasslu speċifikament sabiex jappoġġjaw is-settur tad-DSR u evalwazzjonijiet indipendenti tat-TAs sabu li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom suċċess fl-ilħuq tal-objettiv tagħhom. Objettiv sekondarju tat-TAs kien li jgħinu sabiex jitjieb il-fehim tas-settur. L-evidenza miġbura bħala parti minn dawn l-evalwazzjonijiet identifikat modi li bihom tista’ titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tad-DSR fis-CM, li issa ġew jew qed jiġu implimentati (ara “l-ittestjar konġunt” fil-premessa 145, ir-riallokazzjoni tal-komponenti tas-CMUs tad-DSR fil-premessa 180 aktar ’l isfel). Fl-aħħar, ir-Renju Unit jindika li l-parteċipanti fit-TAs ma tħallewx jidħlu fl-irkanti T-4 fl-2014 u fl-2015 (jitħallew jipparteċipaw fl-irkanti T-4 l-oħra kollha) minħabba li ma kellhomx bżonn l-appoġġ addizzjonali disponibbli permezz tat-TA peress li diġà kienu maturi biżżejjed sabiex jikkompetu f’dawn l-irkanti. Madankollu, l-parteċipanti fit-TA tħallew jidħlu fl-irkanti T-1 għas-snin tal-konsenja korrispondenti, sabiex b’hekk jiġi żgurat li l-parteċipanti tat-TA kellhom mod kif jaċċessaw is-suq għal kull sena tal-konsenja. |
4.2. L-adegwatezza tal-miżura
4.2.1. Għażla tal-istrument
|
(171) |
Ir-Renju Unit mhuwiex tal-istess fehma bħal xi partijiet interessati li ddikjaraw li riżerva strateġika tkun preferibbli għal CM sħiħ tas-suq kollu. Għalkemm ir-Renju Unit jirrikonoxxi li r-riżervi strateġiċi jistgħu jkunu mod effiċjenti kif jiġi indirizzat tħassib temporanju dwar l-adegwatezza, dawn huma għażla anqas adattata fis-swieq fejn it-tħassib dwar il-kapaċità huwa aktar akut jew dejjiemi, minħabba li huma f’riskju akbar ta’ distorsjoni tas-suq. Skont ir-Renju Unit, dan huwa dovut għal numru ta’ fatturi, jiġifieri l-ineffiċjenza li tinżamm riżerva barra mis-suq; ir-rekwiżit għal immaniġġjar aktar ċentrali ta’ riżerva strateġika bħal din li jista’ jwassal sabiex tinxtara kapaċità ta’ riżerva insuffiċjenti jew mhux xierqa; u r-riskju li r-riżerva tikber b’mod kostanti maż-żmien hekk kif l-impjant jagħżel li “jabbuża” mill-mekkaniżmu, billi jippreferi li jibqa’ fir-riżerva minflok ma jieħu r-riskju li jipparteċipa f’suq tal-elettriku biss (52). |
|
(172) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit jiddikjara li riżerva strateġika ma tkunx tinċentiva l-investimenti f’impjanti ġodda. Għall-kuntrarju, tista’ toħloq effettivament limitu fuq il-prezz (jew il-perċezzjoni ta’ limitu fuq il-prezz) fis-suq peress li l-investituri jistgħu jkunu mħassba li l-awtoritajiet tar-Renju Unit, f’każ ta’ żidiet fil-prezz, ikunu taħt pressjoni sabiex inaqqsu l-prezz ta’ dispaċċ tar-riżerva – b’hekk jeliminaw id-dħul mill-iskarsezza tagħhom, u jdgħajfu r-raġuni għall-investiment tagħhom. Skont ir-Renju Unit, is-CMs tas-suq kollu huma aktar effettivi sabiex jinċentivaw l-investimenti f’kapaċità ġdida sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ adegwatezza aktar fit-tul. |
4.2.2. Remunerazzjoni biss għas-servizz ta’ disponibbiltà pura tal-kapaċità
|
(173) |
Ir-Renju Unit jiddikjara li għażel l-arranġamenti ta’ notifika qabel l-avvenimenti ta’ stress sabiex jikkonforma mal-EEAG, b’mod speċifiku l-paragrafu (225) rigward ir-remunerazzjoni ta’ disponibbiltà pura u aktar milli enerġija fornita. Mekkaniżmu speċifiku ta’ dispaċċ ikun ta’ xkiel għas-swieq. Bħala parti mir-rieżami ta’ ħames snin, ir-Renju Unit qed jippjana li jinvestiga mekkaniżmi li jipprovdu aktar informazzjoni lill-parteċipanti fir-rigward ta’ avvenimenti ta’ stress, għalkemm ma jipprevedix l-implimentazzjoni ta’ modalità ta’ dispaċċ sħiħ. |
|
(174) |
Fir-rigward tal-effettività tar-reġim tal-penali tas-CM, ir-Renju Unit se jikkunsidra t-tisħiħ tar-reġim tal-penali bħala reazzjoni għaż-żieda fil-parteċipazzjoni minn teknoloġiji mhux konvenzjonali bħala segwitu għar-rieżami ta’ ħames snin. |
|
(175) |
Ir-Renju Unit jagħraf li l-fornituri tal-kapaċità jistgħu jaffaċċjaw penali f’każijiet li fihom jonqsu milli jipprovdu l-enerġija fiżikament matul avvenimenti ta’ stress. F’dan ir-rigward, is-CM jista’ jitqies li jsegwi mudell ta’ “enerġija kkonsenjata”. Madankollu, fil-kuntest tas-CM, id-distorsjonijiet fid-dispaċċ huma ferm improbabbli li jseħħu fil-prattika minħabba li l-avvenimenti ta’ stress huma ddefiniti b’referenza għal azzjonijiet tal-aħħar istanza minn NG ladarba s-suq ikun naqas milli jikkonsenja. Għalhekk, is-CM ikun konformi mal-paragrafu (225) tal-EEAG. |
4.2.3. Il-ftuħ tal-miżura għall-fornituri tal-kapaċità rilevanti kollha
4.2.3.1.
|
(176) |
Ir-Renju Unit jindika li kien hemm varjant “marbut bil-ħin” tal-ftehim standard ta’ kapaċità disponibbli għall-fornituri tal-kapaċità li jipparteċipaw fl-irkanti tat-TA: il-fornituri tal-kapaċità setgħu jagħżlu li jagħmlu l-kapaċità tagħhom disponibbli bejn l-4pm u s-7 pm biss jekk jiġu kkumpensati b’pagamenti ta’ kapaċità mnaqqsa. Madankollu, id-domanda għal dan il-prodott fit-TAs kienet negliġibbli: CMU waħda biss mid-89 CMU li kellhom suċċess fl-irkanti għażel dan it-tip ta’ ftehim. Għalhekk, skont ir-Renju Unit in-nuqqas ta’ prodott marbut bil-ħin fl-irkanti ewlenin ma jistax jitqies bħala ostaklu sinifikanti għall-parteċipazzjoni. Barra minn hekk, il-Gvern tar-Renju Unit jgħid li l-ftehimiet ta’ kapaċità marbuta bil-ħin ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżit tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni (avvenimenti ta’ stress fuq is-sistema mhux neċessarjament ikunu ristretti għal dan il-ħin tal-ġurnata) u jkunu joħolqu kumplessità addizzjonali fil-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapaċità totali għal sena partikolari tal-konsenja. |
4.2.3.2.
|
(177) |
Ir-Renju Unit jindika li mingħajr aċċess għal ftehimiet fit-tul, ġenerazzjoni ġdida u ffinanzjata mill-proġetti jaf ma tkunx tista’ tipparteċipa fl-irkanti tal-kapaċità. Mingħajr dan il-perjodu itwal ta’ amortizzament, l-applikanti bi żviluppi ffinanzjati mill-proġetti jkunu meħtieġa jagħmlu offerti f’livelli għoljin, potenzjalment aktar mil-limitu tal-prezz tal-irkant. Dan ikun iżid bla bżonn il-livelli tal-offerti – filwaqt li jiżdiedu l-ammont globali tal-għajnuna mħallsa permezz tas-CM u r-riskju ta’ profitti eċċezzjonali lil fornituri oħra tal-kapaċità. Ir-riżultat jista’ jkun ukoll li kapaċità ta’ binja ġdida ma tiħux sehem affattu fl-irkant, u b’hekk tonqos il-kompetizzjoni fl-irkanti. |
|
(178) |
Ir-Renju Unit jisħaq li l-kummenti tal-partijiet interessati li jiġbdu l-attenzjoni lejn il-livelli baxxi ta’ CAPEX għad-DSR huma konsistenti mal-informazzjoni dwar il-kostijiet kapitali tad-DSR għat-tnaqqis fl-użu miġbura permezz tal-evalwazzjoni indipendenti tat-tieni rkant Tranżizzjonali. Ir-Renju Unit jikkunsidra li l-kost medju ta’ GBP 0,15/kW huwa negliġibbli meta mqabbel mal-limitu minimu tan-nefqa kapitali ta’ GBP 270/kW għal ftehimiet ta’ 15-il sena. Fir-rigward tal-argument li l-aggregaturi jaffaċċjaw kostijiet sinifikanti tal-persunal assoċjati mal-amministrazzjoni u mar-reklutaġġ tal-klijenti, ir-Renju Unit jinnota li dan l-argument huwa rilevanti biss għall-attività ta’ aggregazzjoni, mhux għad-DSR per se, u jistgħu jsiru argumenti simili fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ kapaċità. Barra minn hekk, ir-Renju Unit jindika li DSR ġdid b’ġenerazzjoni rinnovabbli jkun jista’ jipparteċipa wkoll fis-CM bħala ġenerazzjoni u jkun jista’ joffri għal ftehimiet ta’ 15-il sena. |
|
(179) |
Ir-Renju Unit jinnota li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni ma jeħtieġx li l-impriżi kollha jiġu trattati eżattament bl-istess mod fil-każijiet kollha. Id-differenzi fit-trattament jistgħu jkunu ġġustifikati b’mod oġġettiv, u fil-fatt jistgħu jkunu meħtieġa, sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni. Id-DSR u l-ġenerazzjoni ta’ binja ġdida mhumiex fl-istess pożizzjoni, pereżempju, fir-rigward tal-livell tagħhom ta’ CAPEX. Għalhekk mhux neċessarjament ikollhom jiġu ttrattati bl-istess mod fir-rigward ta’ tulijiet ta’ kuntratti disponibbli. Ir-riżultati tal-irkanti sal-lum ma jipprovdu l-ebda indikazzjoni li l-aċċess differenzjali għal ftehimiet aktar fit-tul qed iwassal għal distorsjoni fl-eżiti tal-irkanti fil-prattika. Il-prestazzjoni tad-DSR hija komparabbli ma’ (u regolarment aħjar minn) ġenerazzjoni ta’ binja ġdida: eż. fl-irkant T-4 l-aktar riċenti, DSR mhux ipprovat kiseb rata ta’ suċċess ogħla u volum totali akbar mill-ġenerazzjoni ta’ binja ġdida. |
|
(180) |
Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit jindika li r-regoli tas-CM ġew emendati f’Ġunju 2019 sabiex jippermettu lill-operaturi tad-DSR jallokaw mill-ġdid il-komponenti tal-unità tas-CM tagħhom matul il-perjodu tal-kuntratt. Ir-Renju Unit isostni li, mingħajr regolamentazzjoni xierqa, jekk l-operaturi tad-DSR jitħallew ikollhom aċċess għal kuntratti aktar fit-tul f’dan il-każ tkun tista’ tinħoloq lakuna fis-sistema. L-operaturi tad-DSR jistgħu jaggregaw komponenti għaljin sabiex jilħqu artifiċjalment il-limiti ta’ CAPEX, qabel ma jpartuhom ma’ oħrajn orħos matul il-perjodu tal-kuntratt. |
|
(181) |
Fir-rigward tal-esklużjoni tal-interkonnetturi minn kuntratti aktar fit-tul, ir-Renju Unit jinnota li, minkejja n-nuqqas ta’ ftehimiet fuq diversi snin għall-interkonnetturi fis-CM, hemm pjanijiet għal diversi proġetti ta’ interkonnetturi, li jissuġġerixxu li mhumiex meħtieġa ftehimiet itwal sabiex jiġi inċentivat dan l-investiment. |
|
(182) |
Ir-Renju Unit iqis li l-prinċipju tal-użu tal-limiti ta’ CAPEX sabiex jiġi ddeterminat it-tul tal-kuntratt għadu xieraq u jista’ jiġi estiż. Għalhekk ir-Renju Unit ħa impenn fit-12 ta’ Settembru 2019:
|
4.2.3.3.
|
(183) |
L-approċċ magħżul sabiex titwarrab il-kapaċità għall-irkant T-1 għandu l-għan li joħloq bilanċ bejn l-imminimizzar tar-riskji għas-sigurtà tal-provvista (li jkun jiffavorixxi volum akbar ta’ rkant T-4) kontra r-riskji ta’ akkwist żejjed (li jkun jiffavorixxi volum akbar ta’ rkant T-1). Barra minn hekk, l-irkanti T-1 jitqiesu bħala rotta għas-suq preferibbli għall-kapaċità ta’ DSR peress li t-tali kapaċità ġeneralment ikollha ħinijiet ta’ tlestija iqsar. |
|
(184) |
L-impenn tal-volum tal-irkant tad-Deċiżjoni tal-2014 ġie onorat sal-lum, bil-volumi propji rkantati f’T-1 li qabżu l-volum riżervat erba’ snin qabel. |
|
(185) |
Ir-Renju Unit indika wkoll li meta jsir ir-riżervar erba’ snin minn qabel għall-irkanti T-1, perċentwal fiss tal-ammont totali tal-kapaċità għas-sena tal-konsenja jkun qed inaqqas l-ammont ta’ kapaċità disponibbli għal installazzjonijiet ġodda f’T-4 u, għalhekk, ikun diskriminatorju. Ikun iżid ukoll il-volum tal-irkant T-1 għal livell li mhux bilfors ikun jista’ jiġi ssodisfat u jista’ jwassal għal irkanti T-1 mhux kompetittivi, b’mod partikolari jekk iseħħ fl-istess żmien ma’ għeluq ta’ impjanti addizzjonali. |
|
(186) |
Il-kapaċità tas-Segretarju tal-Istat li jipposponi jew iħassar irkant tal-kapaċità (ara l-premessi 65 u 138) hija meħtieġa sabiex tkun żgurata sorveljanza effettiva tal-proċess tas-CM u tal-irkant u sabiex il-Gvern tar-Renju Unit ikun jista’ jieħu azzjoni f’ċirkustanzi mhux previsti (eż. tħassir tal-irkanti wara s-sentenza tal-QĠ). Barra minn hekk, ir-Renju Unit jinnota li dawn l-arranġamenti jaffettwaw bl-istess mod kemm l-irkanti T-4 kif ukoll l-irkanti T-1 u lill-parteċipanti prekwalifikati kollha. Għalhekk, ma jistax jingħad li huma ta’ żvantaġġ għal xi tip partikolari ta’ fornitur tal-kapaċità. |
|
(187) |
Sabiex ikompli jipprovdi viżibbiltà lill-fornituri tal-kapaċità, fit-12 ta’ Settembru 2019 ir-Renju Unit ħa impenn:
|
|
(188) |
Skont ir-Renju Unit: (i) irkant T-2 orjentat lejn ġenerazzjoni iżgħar u deċentralizzata jkun jiddiskrimina kontra impjanti bi żminijiet itwal ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, il-ħtieġa għal irkant T-2 mhix ċara peress li l-ġenerazzjoni inkorporata fuq skala żgħira bi żminijiet iqsar ta’ kostruzzjoni kienet waħda mill-aktar kategoriji ta’ suċċess ta’ ġenerazzjoni ġdida fl-irkanti T-4 sal-lum. (ii) Irkanti ta’ kull ġimgħa ma jipprovdux sinjali ta’ investiment fit-tul li huma għan tas-CM, u mhuwiex ċar x’benefiċċji dawn jistgħu jipprovdu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista jew b’liema mod ikunu differenti mill-arranġamenti eżistenti tan-negozjar sekondarju. |
4.2.3.4.
|
(189) |
Ir-Renju Unit jinnota li l-iskop tal-limitu minimu ta’ 2MW huwa li l-amministrazzjoni tal-proċessi tas-CM jibqgħu maniġġabbli. Il-ħila ta’ aggregazzjoni tiżgura li kapaċità iżgħar ma tkunx eskluża jew żvantaġġjata fis-CM. It-tieni Rkant Tranżizzjonali naqas milli jattira interess sinifikanti minn CMUs iżgħar minn 2MW (ara l-premessa 68). Ir-Renju Unit jindika li, għall-irkanti riċenti, ma kienx hemm aggregazzjoni ta’ CMUs fil-livell ta’ 2MW, li wieħed jista’ jistenna li jara li kieku kien hemm preferenza jew xewqa għal CMUs iżgħar. Barra minn hekk, bħal fin-notifika tiegħu fl-2014, ir-Renju Unit ifakkar li 2 MW huwa limitu baxx b’mod partikolari minħabba li s-servizzi ta’ bbilanċjar tan-National Grid fl-2014 kellhom limiti ogħla ta’ parteċipazzjoni (Riżerva Operatorja fuq Terminu Qasir (STOR) u r-Rispons tal-Frekwenza kien stabbilit għal 3 MW) u minħabba li kien ħafna aktar baxx minn dak użat f’ħafna mekkaniżmi Ewropej oħra tal-kapaċità fejn il-limiti ta’ 10-50 MW ma kinux komuni (b’referenza għar-Rapport Finali tal-Inkjesta Settorjali dwar il-Mekkaniżmi ta’ Kapaċità (53)). |
|
(190) |
Ir-Renju Unit jaqbel mal-kummenti tal-partijiet interessati msemmija fil-premessi 143 sa 145. |
|
(191) |
Ir-Renju Unit jindika li l-parteċipazzjoni bħala parti minn CMU aggregata f’ħafna każijiet jenħtieġ li tippermetti l-iħħeġġjar kontra riskji ta’ nuqqas ta’ konsenja. L-aggregatur jista’ jiddisinja s-CMUs tiegħu b’tali mod li l-falliment ta’ komponent wieħed ikun jista’ jiġi kkumpensat minn komponent ieħor jew fl-istess CMU jew minn CMU ieħor fil-portafoll, u b’hekk jitnaqqsu r-riskju ta’ penali jew it-tariffi tat-terminazzjoni. |
|
(192) |
Ir-Renju Unit jiddikjara wkoll li ż-żamma tal-livell tal-garanzija tal-offerta f’nofs il-livell ta’ dak għal ġenerazzjoni ta’ binja ġdida hija meqjusa xierqa sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżit ma joħloqx ostaklu għad-dħul bla bżonn għad-DSR il-ġdid. Fir-rigward tal-iskopertura tal-operaturi tad-DSR għal-livell sħiħ ta’ garanzija tal-offerta anki jekk ħafna mill-komponenti jkunu pprovati, it-tibdil fir-regola tar-riallokazzjoni tal-komponenti (ara l-premessa 180) ħoloq mekkaniżmu ta’ flessibbiltà għall-indirizzar ta’ din il-kwistjoni b’mod sħiħ. |
|
(193) |
Ir-Renju Unit jirrikonoxxi li jista’ jkun hemm xi ftit CMUs iżgħar minn 2 MW li jixtiequ jidħlu fl-irkant u li għandhom preferenza li ma jaggregawx, iżda ma jemminx li l-limitu minimu ta’ 2 MW jirrappreżenta ostaklu tekniku għall-parteċipazzjoni tad-DSR. Madankollu, ir-Renju Unit jirrikonoxxi li, mill-2014, kien hemm tendenza lejn limiti aktar baxxi ta’ dħul fis-swieq tal-elettriku, bħal-limitu ta’ 1 MW għal TERRE (54). |
|
(194) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq deskritti fil-premessa 193, fit-12 ta’ Settembru 2019 ir-Renju Unit ħa impenn:
|
4.2.3.5.
|
(195) |
Ir-Renju Unit jindika li, fl-2014, kien mistenni li l-enerġija eolika u l-enerġija solari, minħabba l-kostijiet kapitali għoljin tagħhom, kienu jeħtieġu appoġġ għoli u espliċitu b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, bħall-iskema tal-Kuntratti għad-Differenza (CfD) jew il-predeċessur tagħha l-Obbligu tar-Rinnovabbli (RO). Ir-riċevuta ta’ dawn is-sussidji tkun teskludihom de facto milli jipparteċipaw fis-CM. Għalhekk tqies li ma kienx meħtieġ li jitfasslu u jiġu implimentati regoli sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw. |
|
(196) |
Ir-Renju Unit jagħraf li l-kostijiet kapitali għal ċerti rinnovabbli naqsu b’mod drammatiku f’dawn l-aħħar snin. Hekk kif deher ċar li kien hemm interess li jinbnew installazzjonijiet eoliċi u solari “ħielsa mis-sussidji” u li dawn jiġu inklużi fis-CM, it-tibdiliet meħtieġa ġew investigati u implimentati malajr kemm jista’ jkun – inkluż l-istabbiliment ta’ metodoloġija degradanti ġdida u l-iżgurar li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. It-tibdiliet meħtieġa fir-Regoli tas-CM sabiex jiżdiedu dawn it-teknoloġiji intermittenti ġew adottati fil-Parlament tar-Renju Unit fl-4 ta’ Ġunju 2019. Ir-Renju Unit jikkonferma li r-rinnovabbli (eoliċi u solari) ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-irkanti T-1, T-3 u T-4 ippjanati għal Jannar 2020 (soġġetti għal deċiżjoni pożittiva finali dwar l-għajnuna mill-Istat fuq l-iskema). Konsegwentement, il-park eoliku msemmi fil-premessa 146 hawn fuq, li ma setax jipparteċipa fil-prekwalifikazzjoni għall-irkant T-4 imħassar fl-2018, xorta jista’ jipparteċipa fl-irkant T-3 li jmiss, jiġifieri għall-istess sena tal-konsenja (2022/2023). |
|
(197) |
Sabiex tiġi żgurata r-ripetizzjoni ta’ sitwazzjoni simili għal dik deskritta fil-premessa 146 ta’ hawn fuq, fit-12 ta’ Settembru 2019 ir-Renju Unit ħa impenn li jiżviluppa r-regoli kollha meħtieġa (pereżempju, iżda mhux limitat għal fatturi degradanti) sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta’ kwalunkwe tip ta’ kapaċità ġdida li jista’ jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, malli t-tali kapaċità jkollha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
|
(198) |
Ir-Renju Unit ma jaqbilx mal-kumment imsemmi fil-premessa 147 hawn fuq. Jekk nieħdu l-eżempju tal-avveniment estrem tat-temp ta’ Marzu 2018 (l-hekk imsejjaħ “Beast from the East”), meta r-riħ ġie nnotat bħala kontributur ewlieni għall-evitar ta’ avveniment ta’ stress, ir-Renju Unit jenfasizza li r-riħ jagħti kontribut dimostrabbli għas-sigurtà tal-provvista. B’hekk, wara analiżi estensiva, ġiet żviluppata metodoloġija degradanti xierqa għal stallazzjonijiet bħal dawn għall-inklużjoni fis-CM. |
4.2.3.6.
|
(199) |
Ir-Renju Unit jindika li dejjem kien ċar li huwa jara l-parteċipazzjoni diretta mill-kapaċità barranija fis-CM bħala l-aħjar soluzzjoni sabiex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista. Madankollu, ma kienx possibbli li tiġi implimentata l-parteċipazzjoni barranija diretta immedjatament għar-raġunijiet deskritti fil-premessa 35 (u l-premessa 28 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
|
(200) |
B’kont meħud tal-fatt li, mill-2014, Stati Membri oħra implimentaw mekkaniżmi ta’ kapaċità mifruxa mas-suq kollu bil-prospett li jippermettu l-parteċipazzjoni diretta ta’ kapaċitajiet barranin, u b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2019 tar-Regolament (UE) 2019/943, fit-12 ta’ Settembru 2019 ir-Renju Unit ħa impenn:
|
|
(201) |
Ir-Renju Unit ma jikkunsidrax li r-reġim tal-“limitu massimu u minimu” għall-interkonnetturi jipprovdilhom vantaġġ inġust fl-irkant tas-CM. Kwalunkwe dħul mis-CM jitqies qabel ma jiġi vvalutat id-dħul ta’ interkonnetturi fir-rigward tar-reġim tal-limitu massimu u minimu. Interkonnettur ikun jirċievi biss ħlas minimu jekk id-dħul totali (inkluż id-dħul tas-CM) ikun anqas mil-limitu minimu predefinit. B’mod simili, jekk id-dħul totali jkun ogħla mil-limitu massimu, f’dak il-każ l-interkonnettur iħallas lura ż-żejjed lill-konsumatur. L-interkonnetturi jibqgħu skoperti għall-prezzijiet tas-suq u għall-fluttwazzjonijiet fid-dħul fil-limiti tar-reġim tal-limitu massimu u minimu. |
|
(202) |
Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit indika li kien għamilha ċara lill-partijiet interessati kollha sa minn Settembru 2014 li l-interkonnetturi kienu ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-irkanti għas-sena tal-konsenja 2019/2020: għalhekk, mhux għall-irkant T-1 organizzat kmieni fl-2018 għas-sena tal-konsenja 2018/2019. Skont ir-Renju Unit, bħala parti mill-proċess tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-2014, ir-Renju Unit impenja ruħu għal dan li ġej: jekk il-valutazzjoni ex-post turi li l-kontribuzzjoni tal-interkonnetturi fl-irkant T-4 ippjanat għall-2014 kienet sottovalutata, ir-Renju Unit kien inaqqas l-ammont ta’ kapaċità b’mod korrispondenti fl-irkant T-1 tal-2017 (ara l-premessa 124 tad-Deċiżjoni tal-2014). Ir-Renju Unit iddikjara li, sabiex jirrispetta dan l-impenn, kellu jnaqqas l-ammont ta’ kapaċità li trid tiġi akkwistata fit-T-1 għas-sena tal-konsenja 2018/2019, li ma kinitx kompatibbli ma’ żieda fl-ammont ta’ kapaċità li trid tiġi akkwistata (li kienet tkun meħtieġa sabiex l-interkonnetturi jitħallew jipparteċipaw f’dan l-irkant T-1). Fir-rigward tal-metodoloġija degradanti użata għall-interkonnetturi, ir-Renju Unit indika li l-metodoloġiji jvarjaw fost it-tip ta’ teknoloġija sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. B’mod partikolari, il-fatturi degradanti huma stabbiliti fuq il-bażi ta’ interkonnetturi individwali minħabba d-differenzi sinifikanti bejn l-interkonnetturi u s-swieq konnessi. Barra minn hekk, kull sena NG ESO jistabbilixxi firxa mmudellata xierqa ta’ fatturi degradanti għal kull pajjiż interkonness (bl-użu ta’ metodoloġija ta’ mmudellar stokastika pan-Ewropea). Imbagħad din il-metodoloġija ġenerali tiġi vvalidata mill-PTE, li jikkonferma li l-analiżi ta’ NG ESO hija preċiża u xierqa, u mbagħad jissuġġerixxi d-degradazzjoni adegwata minn kull firxa. Imbagħad is-Segretarju tal-Istat jadotta l-valuri finali. Ir-Renju Unit enfasizza wkoll li l-għoti ta’ kuntratti aktar fit-tul lill-interkonnetturi ma jkunx konsistenti mal-pożizzjoni tar-Renju Unit li l-mudell tal-interkonnetturi huwa soluzzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir (ara l-premessa 199 aktar ’il fuq) sakemm tiġi introdotta l-parteċipazzjoni barranija diretta. |
4.3. Proporzjonalità tal-miżura
4.3.1. Differenzi fit-tulijiet tal-kuntratti disponibbli
|
(203) |
Il-kummenti relatati mat-tulijiet tal-kuntratti disponibbli huma miġbura fil-qosor fil-premessi 177 sa 180 hawn fuq. |
4.3.2. Esklużjoni ta’ STOR fit-tul
|
(204) |
Ir-Renju Unit sostna li l-approċċ meħud għall-fornituri tal-STOR fit-tul (LT SOR) fl-2014 kien ibbażat fuq l-aħjar evidenza disponibbli dak iż-żmien. L-operaturi kienu mistennija jwettqu profitti eċċezzjonali li kieku kellhom jitħallew jipparteċipaw fis-CM, li kien imur kontra l-paragrafi (228) u (230) tal-EEAG. Dak iż-żmien, kien raġonevoli li wieħed jistenna li l-operaturi tal-STOR ikollhom pagamenti ta’ użu sostanzjali matul is-snin segwenti minbarra l-pagamenti fissi għad-disponibbiltà. |
|
(205) |
Ir-Renju Unit ma kienx jistenna li effettivament il-pagamenti ta’ użu kienu se jieqfu kompletament. Issa huwa probabbli li fil-każ ta’ avveniment ta’ stress biss, il-fornituri tal-LT STOR jirċievu pagamenti tal-użu, peress li f’dak il-każ NG tibgħat ir-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni tagħha. |
|
(206) |
Ir-Renju Unit argumenta li l-esklużjoni tal-impjanti tal-LT STOR mill-offerti fis-CM għal ftehimiet fit-tul kienet konformi mal-loġika li jiġu offruti ftehimiet fit-tul biss lil dawk l-impjanti li, kieku, kienu jesperjenzaw ostaklu għad-dħul. Barra minn hekk, l-impjanti kkummissjonati sa meta sar l-ewwel irkant tas-CM fl-2014 ma setgħux jibqgħu jitqiesu bħala “ġodda”. |
|
(207) |
Ir-Renju Unit saħaq li l-operaturi jistgħu jiddeċiedu li jirtiraw mill-kuntratti tal-STOR jekk ikollhom suċċess fl-irkant tas-CM, hekk kif it-terminazzjoni tal-kuntratti tal-STOR fit-tul tagħhom ma kinitx tinvolvi penali. |
|
(208) |
Ir-Renju Unit spjega li l-“mekkaniżmu ta’ rkupru” ssuġġerit ma kienx propost mill-parti interessata fl-2014 u ma kienx ikkunsidrat bħala meħtieġ minħabba li d-dħul disponibbli għall-operaturi tal-LT STOR kien meqjus bħala ekwivalenti għall-iskemi ta’ sussidju għal livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ karbonju (CfD, RO, FiT) li kienu esklużi wkoll mill-parteċipazzjoni fis-CM. |
|
(209) |
Ir-Renju Unit innota li r-rimedju propost mill-parti interessata ta’ għoti retrospettiv ta’ ftehimiet lill-impjant, b’bidu mill-2014, mhuwiex raġonevoli. Dan ikun jippreżenta lill-operatur b’introjtu ffinanzjat mill-konsumatur u mingħajr riskju għal perjodu li matulu ma kellux obbligi ta’ konsenja taħt is-CM. |
|
(210) |
Peress li ċ-ċirkostanzi tas-suq setgħu nbidlu mill-2014, ir-Renju Unit jixtieq jikkunsidra jekk huwiex xieraq li tkun permessa l-eliġibbiltà tagħhom għal irkanti futuri. |
4.3.3. Metodu għall-irkupru tal-kostijiet
|
(211) |
Ir-Renju Unit enfasizza li fir-rigward tal-valutazzjoni tal-proporzjonalità ta’ miżura, l-EEAG (fil-paragrafu 3.9.5) ma jinkludux il-finanzjament ta’ miżura ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni bħala kriterju rilevanti. Minkejja dan, ir-Renju Unit jikkunsidra li l-metodoloġija tad-debitament hija proporzjonata. |
|
(212) |
Ir-Renju Unit indika li, irrispettivament minn kemm id-DSR jingħata inċentiv mill-evitar tal-kostijiet tas-CM, dan ma jistax ikun rifless fi tnaqqis fil-volum globali tas-CM. Ir-raġuni hija li l-istess kapaċità tad-DSR hija eliġibbli sabiex tipparteċipa fis-CM u tipprovdi l-volum mitlub. Sabiex jitnaqqas il-volum kumplessiv tas-CM, ikun hemm riskju ta’ għadd doppju tal-kapaċità pprovduta minn dan id-DSR: l-ewwel nett, kif mistenni mit-tnaqqis tad-domanda fuq il-bażi tas-suq u, it-tieni, bħala fornitur tad-DSR fis-CM jekk dan jirnexxi fl-irkant. |
|
(213) |
Barra minn hekk, diġà hemm inċentivi kbar għat-tnaqqis tad-domanda matul it-tliet livelli massimi tat-triad ta’ nofs siegħa (il-valur tal-benefiċċju li jirriżulta mill-arranġamenti ta’ debitar tal-Użu tan-Netwerk ta’ Trażmissjoni tas-Sistema żdied minn madwar GBP 10/kW fl-2005/06 għal madwar GBP 47/kW fl-2016/17 u kien proġettat li se jiżdied għal aktar minn GBP 70/kW sal-2020/21). L-għoti tal-possibbiltà ta’ evitar tal-kostijiet tas-CM f’dan l-istess perjodu ma jkunx probabbli li jistimola xi attività addizzjonali tad-DSR iżda x’aktarx li jipprovdi premju finanzjarju akbar lill-fornituri tad-DSR li diġà kienu qed jaġixxu sabiex inaqqsu d-domanda f’dawn iż-żminijiet. |
|
(214) |
Ir-Renju Unit innota li l-avvenimenti ta’ stress tas-sistema mhux neċessarjament ser ikunu korrelatati mat-tliet perjodi ta’ nofs siegħa li jirrappreżentaw it-Triads – l-avvenimenti ta’ stress jistgħu jkunu assoċjati wkoll ma’ żminijiet ta’ disponibbiltà baxxa tal-ġenerazzjoni (eż. eolika) jew idumu aktar. Barra minn hekk, it-tbassir tal-provvista (u tas-sehem mis-suq tal-provvista) fi triads huwa diffiċli minħabba li t-triads jiġu identifikati ex-post (jiġifieri t-twaqqit ikun magħruf biss wara tmiem l-istaġun tat-triads). Konsegwentement, il-fornituri jista’ jkollhom diskrepanzi kbar bejn il-kostijiet tas-CM imbassra u dawk propji, li jistgħu jwasslu għal żieda fil-kost għall-konsumaturi peress li l-fornituri jfittxu li jimmaniġġjaw l-inċertezza billi jgħaddu l-kostijiet bi primjum tar-riskju. Barra minn hekk, l-ibbażar tal-metodoloġija tal-kostijiet tal-ispejjeż tas-CM fuq għadd akbar ta’ sigħat (jiġifieri l-ogħla livelli ta’ fost il-ġimgħa fix-xitwa bejn l-4 u s-7pm) jagħmilha aktar diffiċli għall-konsumaturi industrijali l-kbar sabiex jevitaw il-kostijiet tas-CM għalkollox u, għalhekk, jittrattahom aktar simili għall-konsumaturi domestiċi u għan-negozji ż-żgħar. |
|
(215) |
Skont ir-Renju Unit, l-argument li l-metodoloġija kurrenti tħeġġeġ biss il-ġenerazzjoni rinnovabbli għaliex id-DSR huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-perjodu bejn l-4 u s-7 pm huwa wiesa’ wisq sabiex il-klijenti jnaqqsu d-domanda b’mod regolari matul dawn is-sigħat. Ir-Renju Unit jinnota li sabiex wieħed jibbenefika ma jkollux bżonn inaqqas id-domanda matul il-perjodu kollu; dan ikun jimplika biss li l-fornituri tad-DSR għat-tnaqqis tal-użu ma jkunux jiksbu l-benefiċċju sħiħ. |
|
(216) |
Filwaqt li r-Renju Unit iqis li l-metodoloġija magħżula għall-irkupru tal-kostijiet hija proporzjonata fis-sens li żżomm xi effett ta’ inċentiv fuq id-DSR u tevita jew tnaqqas l-impatti negattivi assoċjati ma’ metodoloġija tat-triads, ir-Renju Unit biħsiebu jesplora, bħala parti mill-proċess ta’ rieżami ta’ ħames snin, jekk ċertu tibdil jistax ikun utli sabiex jirrifletti l-esperjenza u l-iżviluppi tas-suq. |
4.4. L-evitar ta’ effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(217) |
Ir-Renju Unit innota li r-Regolament (UE) 2019/943 jirrikjedi li l-Istati Membri jeliminaw gradwalment il-ftehimiet u l-ħlasijiet għall-kapaċità ta’ ġenerazzjoni (inklużi l-ġeneraturi użati mill-operaturi tad-DSR rinnovabbli) li jeħilsu aktar minn 550 g CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili għal kull kWh elettriku. Emenda korrispondenti għar-Regola tas-Suq tal-Kapaċità daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2019. Din introduċiet limitu fuq l-emissjonijiet tal-karbonju ta’ dak il-livell għal kapaċità ta’ binja ġdida li jkollha l-għan li tipprekwalifika għall-irkanti tal-kapaċità li ser isiru fil-bidu tal-2020 (inkluż kwalunkwe komponent ta’ binja ġdida li jidħol bħala DSR mhux ipprovat). |
|
(218) |
Fit-12 ta’ Settembru 2019, ir-Renju Unit ħa impenn li jirrispetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/943 u b’mod partikolari li jadotta sa tmiem l-2020 it-tibdiliet regolatorji sabiex jiżgura li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2025, kapaċità ta’ ġenerazzjoni li tkun bdiet il-produzzjoni kummerċjali qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u li teħles aktar minn 550 g CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili għal kull kWh elettriku u aktar minn medja ta’ 350 kg CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili ta’ kull sena għal kull kWe ma tkunx impenjata u ma tirċivix pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt is-Suq tal-Kapaċità. |
4.5. Obbligu ta’ waqfien totali
|
(219) |
Ir-Renju Unit jirrikonoxxi li l-konsegwenza tas-sentenza tal-QĠ hija li, sakemm il-Kummissjoni ma tasalx għal deċiżjoni li tapprova l-għoti tal-għajnuna mill-Istat skont l-iskema tas-CM wara investigazzjoni formali, ir-Renju Unit mhuwiex permess li jagħti l-għajnuna. Madankollu, mis-sentenza ma jsegwix li r-Renju Unit ma jistax jopera elementi tal-iskema li ma jinvolvu l-ebda għoti ta’ għajnuna. |
|
(220) |
Skont ir-Renju Unit, m’hemm l-ebda ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
4.6. Trasparenza
|
(221) |
Ir-Renju Unit ħa impenn li japplika l-kundizzjonijiet ta’ trasparenza stabbiliti fit-Taqsima 3.2.7 tal-EEAG sa fejn applikabbli għall-għajnuna mogħtija taħt is-suq tal-kapaċità. |
5. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
5.1. Għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(222) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. La r-Renju Unit u lanqas xi parti interessata ma oġġezzjonaw għal din l-opinjoni. |
|
(223) |
L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jiddefinixxi għajnuna mill-Istat bħala “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat”. |
|
(224) |
Għajnuna mill-Istat li taqa’ fi ħdan l-Artikolu 107(1) tat-Trattat tkun inkompatibbli mas-suq intern jekk “twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi […] safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. |
|
(225) |
Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 107 tat-Trattat jelenkaw ċirkostanzi speċifiċi li fihom l-għajnuna titqies jew xorta waħda tkun tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk f’dan il-każ tapplikax xi waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi hija stipulata fit-Taqsima 6. |
5.1.1. Imputabbiltà lill-Istat u finanzjament permezz ta’ riżorsi tal-Istat
|
(226) |
Sabiex il-miżuri jgħoddu bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, (a) iridu jkunu imputabbli lill-Istat u (b) il-flus iridu jiġu mill-fond tal-Istat, jingħataw direttament jew indirettament minn kwalunkwe korp pubbliku ddisinjat jew stabbilit mill-Istat (55). Għar-raġunijiet mogħtija fil-premessi 227 sa (229) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-miżura hija imputabbli lir-Renju Unit u li l-pagamenti tal-kapaċità jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat minħabba li huma taħt il-kontroll tal-Istat. |
|
(227) |
Is-Suq tal-Kapaċità ġie stabbilit mis-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit għall-Enerġija u għat-Tibdil fil-Klima skont is-setgħat mogħtija lilu mill-Att dwar l-Enerġija 2013. Fl-1 ta’ Awwissu 2014 ir-Renju Unit adotta leġiżlazzjoni sekondarja fil-forma tar-Regolamenti dwar il-Kapaċità tal-Elettriku u r-Regoli dwar is-Suq tal-Kapaċità li tirregola l-implimentazzjoni tas-Suq tal-Kapaċità. L-Istat huwa responsabbli għal kwistjonijiet bħall-approvazzjoni tal-ammont ta’ kapaċità għall-irkant, il-proċeduri ta’ prekwalifikazzjoni, il-kontenut tal-ftehimiet ta’ kapaċità, u l-obbligi tad-detenturi tal-kapaċità. |
|
(228) |
Ir-Renju Unit waqqaf Korp ta’ saldu sabiex jipprovdi l-akkontabilità, il-governanza u l-kontroll tal-proċess ta’ saldu u tal-pagamenti mħallsa. Il-Korp ta’ Saldu huwa proprjetà tal-Istat u l-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw li l-gvern iżomm il-kontroll globali fuqu (ara l-premessa 27). |
|
(229) |
Kif deskritt fil-premessi 88 u 89, il-miżura hija ffinanzjata permezz ta’ ħlas addizzjonali (imposta) stabbilit bil-liġi u impost fuq il-fornituri lliċenzjati kollha. L-imposta hija obbligatorja u tinġabar mill-Korp ta’ Saldu. Imbagħad il-Korp ta’ Saldu jordna l-pagamenti li għandhom isiru lill-fornituri ta’ kapaċità. L-Istat, permezz tal-Korp ta’ saldu, għandu s-setgħa li jiddisponi mill-fondi. |
5.1.2. Vantaġġ ekonomiku mogħti lil ċerti impriżi jew lill-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti (vantaġġ selettiv)
|
(230) |
Vantaġġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huwa kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (56). |
|
(231) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-offerenti rebbieħa fl-irkanti tas-Suq tal-Kapaċità jirċievu remunerazzjoni permezz tas-CM li ma kinux jirċievu li kieku komplew joperaw fis-suq tal-elettriku f’kundizzjonijiet ekonomiċi normali billi jbigħu l-elettriku u servizzi anċillari biss (BETTA – deskritt fit-Taqsima 2.8). Għalhekk, il-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lill-impriżi li kellhom suċċess fl-irkanti tas-CM. Dan il-vantaġġ huwa selettiv peress li jiffavorixxi lil ċerti impriżi biss, b’mod partikolari dawk li għamlu suċċess fl-irkanti tas-CM, li huma f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli ma’ fornituri tal-kapaċità oħra li jew ma setgħux jipparteċipaw jew li ma pparteċipawx fl-irkanti tas-CM, jew inkella li pparteċipaw iżda ma rebħux. |
|
(232) |
Barra minn hekk, il-miżura s’issa tat vantaġġ selettiv lil ċerti impriżi biss li jistgħu jgħinu sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-adegwatezza identifikata minħabba li kapaċitajiet iżgħar minn 2MW (ara l-premessi 30 u 31) u kapaċitajiet barranin huma esklużi milli jipparteċipaw direttament fis-CM (ara l-premessa 34), minkejja li jistgħu jgħinu wkoll sabiex titnaqqas il-problema tal-adegwatezza identifikata. Għall-futur, l-eżistenza ta’ limitu minimu sabiex wieħed jipparteċipa fis-CM, anke jekk jitnaqqas bil-mod deskritt fil-premessa 193, se tkompli teskludi wħud mill-kapaċitajiet minn parteċipazzjoni diretta (jiġifieri mingħajr aggregazzjoni) fis-CM. Barra minn hekk, sakemm il-kapaċitajiet barranin kollha li jinsabu fl-Istati Membri ġirien u dawk ġirien ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fis-CM, is-CM se tkompli teskludi lil ċerti impriżi milli jkunu jistgħu jgħinu fl-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza identifikata. Konsegwentement, anki minn din il-perspettiva aktar ristretta, il-miżura tagħti vantaġġ selettiv. |
5.1.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ fl-UE
|
(233) |
Il-miżura tirriskja li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ fis-suq intern. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku kif ukoll is-swieq bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku huma attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni madwar l-Unjoni (57). Għalhekk, kwalunkwe vantaġġ mir-riżorsi tal-Istat lil kwalunkwe impriża f’dak is-settur għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ fl-Unjoni u li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
5.1.4. Konklużjoni dwar il-valutazzjoni skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat
|
(234) |
Fid-dawl tal-valutazzjoni stipulata f’din it-Taqsima, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-Artikolu 107(1) huwa soġġett għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mir-raġunijiet speċifiċi għall-kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-Trattat. L-unika raġuni li tista’ tkun rilevanti f’dan il-każ hija dik stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 107(3). It-Taqsima 6 tivvaluta jekk dik ir-raġuni hijiex sodisfatta f’dan il-każ. |
5.2. Legalità tal-għajnuna
|
(235) |
Għalkemm is-Suq tal-Kapaċità ġie nnotifikat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit qabel ma ġie implimentat, id-Deċiżjoni tal-2014 li tawtorizza l-miżura sussegwentement ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali. Fid-dawl tas-sentenza tal-QĠ li tannulla d-Deċiżjoni tal-2014, l-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni sas-sentenza tal-Qorti Ġenerali trid titqies bħala illegali (58). |
|
(236) |
Sa mill-ħruġ tas-sentenza tal-QĠ u tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-2014 f’Novembru 2018, ir-Renju Unit daħħal fis-seħħ ċerti miżuri elenkati fil-premessa 18. Din it-Taqsima tqis jekk dawk il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna illegali ġdida. |
|
(237) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ rkant T-1 supplimentari f’Ġunju 2019, ma seħħ l-ebda ksur tal-obbligu ta’ waqfien totali minħabba li l-kuntratti mogħtija bħala riżultat ta’ dak l-irkant kien fihom klawżola ta’ kundizzjonalità li tgħid li jistgħu jagħtu drittijiet biss jekk ikun hemm deċiżjoni pożittiva dwar l-għajnuna mill-Istat. B’riżultat ta’ dan, dik il-miżura li ġiet stabbilita mir-Renju Unit wara Novembru 2018 ma tikkostitwixxix għajnuna illegali ġdida. |
|
(238) |
It-tieni, fir-rigward tal-infurzar kontinwu tal-kuntratti tal-kapaċità mogħtija fl-irkanti li saru qabel Novembru 2018 u l-ġbir tat-tariffi tas-CM mingħand il-fornituri filwaqt li l-pagamenti tas-CM kienu sospiżi, ir-Renju Unit mhux qed jikser l-obbligu ta’ waqfien totali. Dawn il-miżuri ma setgħux jitqiesu li qed jipprovdu xi vantaġġ ekonomiku peress li jirrappreżentaw kost għall-kumpaniji, u mhux benefiċċju. Għalhekk, din il-miżura waħidha ma tikkostitwixxix għajnuna illegali ġdida. |
|
(239) |
It-tielet, fir-rigward tat-tnedija tal-proċeduri ta’ prekwalifikazzjoni fit-22 ta’ Lulju 2019 għal irkant T-1, għal irkant T-3 u għal irkant T-4, li kull wieħed minnhom huwa skedat li jsir fl-ewwel trimestru tal-2020, għadu ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt. B’riżultat ta’ dan, lanqas dik il-miżura ma tikkostitwixxi għajnuna illegali ġdida. |
6. KOMPATIBILITÀ MAS-SUQ INTERN IBBAŻATA FUQ L-ARTIKOLU 107(3)(C) TAT-TRATTAT
|
(240) |
L-Artikolu 107(3)(a) sa (e) tat-Trattat jispeċifika ċerti tipi ta’ għajnuna li jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern. Il-punt (c) ikopri għajnuna li hija maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi meta t-tali għajnuna ma taffettwax il-kundizzjonijiet tan-negozjarb’mod ħażin sal-punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(241) |
Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (59) (“EEAG”) jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom l-għajnuna għall-enerġija u għall-ambjent tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. L-EEAG ilha applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014. It-Taqsima 3.9 tal-EEAG tistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għajnuna mogħtija sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
|
(242) |
Kif intqal fil-premessa 235 aktar ’il fuq, ir-riżultat tal-annullament tad-deċiżjoni tal-2014 huwa li l-implimentazzjoni tal-għajnuna sas-sentenza tal-QĠ trid titqies illegali. F’konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat (60), il-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.9 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali u għall-Enerġija (“EEAG”). Skont il-paragrafu (248) tal-EEAG, l-għajnuna illegali għall-enerġija jenħtieġ li tiġi vvalutata skont ir-regoli fis-seħħ fid-data li fiha ngħatat l-għajnuna, jiġifieri fis-16 ta’ Diċembru 2014. |
|
(243) |
Il-proċedura sabiex tiġi adottata deċiżjoni ġdida tista’ titkompla fil-punt stess li fih tkun seħħet l-illegalità (61). |
6.1. Objettiv ta’ interess komuni u neċessità tal-miżura
|
(244) |
It-Taqsimiet 3.9.1 u 3.9.2 tal-EEAG jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi vvalutat kemm l-għajnuna tikkontribwixxi għal għan definit sew ta’ interess komuni u kemm hemm bżonn ta’ intervent mill-Istat. |
|
(245) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li s-CM ikkontribwiet għal objettiv ta’ interess komuni u kienet meħtieġa. |
6.1.1. Objettiv ta’ interess komuni
|
(246) |
Fl-2014, ir-Renju Unit daħħal fis-seħħ metodoloġija sabiex jidentifika t-tħassib dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni fuq il-bażi ta’ mudell li juża l-istandard dejjiemi tal-adegwatezza tal-affidabbiltà bħala indikatur għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. Fin-notifika tiegħu tal-2014, ir-Renju Unit wera li l-istandard dejjiemi tal-adegwatezza tal-affidabbiltà jista’ jilħaq livelli kritiċi erba’ snin wara, jiġifieri mill-2018/2019. Dawk is-sejbiet kienu ġeneralment konsistenti ma’ dawk ippubblikati mill-ENTSO-E fir-rapport dwar l-adegwatezza tas-sistema l-aktar reċenti disponibbli dak iż-żmien (62). Fl-2014, l-ENTSO-E stima li fix-Xenarju A għall-Gran Brittanja (li qies biss l-iżviluppi fil-kapaċità ta’ ġenerazzjoni li kienu kkunsidrati siguri) il-kapaċità li jifdal wara l-2016 setgħet ma kinitx biżżejjed sabiex tkopri marġni ta’ referenza tal-adegwatezza fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet mill-interkonnetturi. |
|
(247) |
Skont l-aħħar sejbiet tal-ENTSO-E fit-Tbassir tal-Adegwatezza tiegħu ta’ Nofs it-Terminu 2018 (MAF 2018) (63), il-livell ta’ LOLE (sigħat/sena) għar-Renju Unit fix-xenarju tal-każ bażi huwa stmat li huwa ta’ 1,29 fl-2020 u ta’ 1,30 fl-2025, ferm anqas mil-LOLE fil-mira ta’ 3 sigħat stabbilita mir-Renju Unit kif deskritt fil-premessa 98. L-MAF 2018 jindika li “riżultati mtejba tal-MAF 2018 jistgħu jiġu attribwiti wkoll għal mekkaniżmi ta’ kapaċità eżistenti”. L-MAF 2018 ġie ppubblikat fit-3 ta’ Ottubru 2018, jiġifieri qabel is-sentenza tal-QĠ li annullat id-Deċiżjoni tal-2014. Għalhekk, il-kalkolu tal-MAF 2018 qies l-effetti tal-eżistenza tas-CM fir-Renju Unit. Fil-fatt, fl-Appendiċi 2 tal-MAF 2018, ir-Renju Unit jindika li “l-Gran Brittanja stabbiliet Suq tal-Kapaċità (CM) sabiex tiżgura li jkollna biżżejjed kapaċità disponibbli sabiex nilħqu l-Istandard ta’ Affidabbiltà tagħna ta’ aspettattiva ta’ 3 sigħat/sena ta’ telf bit-tagħbija (LOLE). Ir-riżultati għall-MAF huma allinjati ma’ dawn l-aspettattivi u għalhekk m’aħniex qed nantiċipaw tħassib dwar l-adegwatezza fil-Gran Brittanja.” |
|
(248) |
L-identifikazzjoni ta’ ħtieġa persistenti għal CM għall-futur trid tkun ibbażata fuq xenarji kontrafattwali, billi wieħed jassumi li ma jkun jeżisti l-ebda CM fir-Renju Unit. Kif deskritt fil-premessi 102 sa 104, l-analiżijiet juru li meta s-CM ikun eskluż mill-immudellar, l-istandard ta’ affidabbiltà (LOLE) x’aktarx li jinkiser kull sena inkluża fl-immudellar. B’mod partikolari, l-analiżi ta’ NG deskritta fil-premessa 103 hija bbażata fuq il-każ bażi ta’ EMR użat fix-Xenarji Enerġetiċi Futuri ta’ NG. Ix-Xenarji Enerġetiċi Futuri huma wkoll il-bażi tas-suppożizzjonijiet użati fl-MAF 2018 għar-Renju Unit. Għalhekk, f’konformità mal-paragrafu (221) tal-EEAG, l-analiżi ta’ NG hija konsistenti mal-analiżi mwettqa mill-ENTSO-E. |
|
(249) |
Is-CM jista’ jirriżulta f’appoġġ għall-ġenerazzjoni tal-fjuwils fossili. Madankollu, kif deskritt fit-Taqsima 2.8.4. ir-Renju Unit diġà implimenta, qiegħed jimplimenta jew qiegħed jikkunsidra miżuri addizzjonali sabiex jindirizza l-fallimenti tas-suq identifikati mir-Renju Unit, jiġifieri l-fatt li l-affidabilità hija ben pubbliku u l-hekk imsejħa problema tal-“flus mitlufa”. Dawn il-miżuri addizzjonali għandhom l-għan li jtejbu l-parteċipazzjoni tad-DSR, jirriformaw l-arranġamenti tal-iżbilanċi u jippromwovu livelli ogħla ta’ interkonnessjoni. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri addizzjonali jenħtieġ li jwasslu għal tnaqqis fl-ammonti ta’ kapaċità li hemm bżonn li jinxtraw taħt is-CM. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-Renju Unit qed iressaq miżuri ad-hoc sabiex jappoġġa l-ġenerazzjoni b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ karbonju (eż. Kuntratti għad-Differenzi) u għadda standards stretti dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet sabiex jipprevjeni l-ikkummissjonar ta’ ġenerazzjoni intensiva b’livelli għoljin ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Ir-Renju Unit jirrapporta li dan wassal għal tnaqqis qawwi fin-numri ta’ ġeneraturi tad-diżil mibnija ġodda li jirbħu ftehimiet ta’ kapaċità mill-2014 ’l hawn (64). Barra minn hekk il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni – imwettqa fuq bażi annwali – tqis l-ammont ta’ ġenerazzjoni, il-kontribut tal-interkonnetturi filwaqt li jkunu miftuħa għat-tipi kollha ta’ fornituri tal-kapaċità, inklużi l-operaturi tad-DSR. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li r-Renju Unit esplora b’mod suffiċjenti l-mezzi kif jittaffew l-impatti negattivi li l-miżura jista’ jkollha fuq l-objettiv tal-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, skont il-paragrafu (220) tal-EEAG. |
|
(250) |
Il-miżura għandha l-għan li takkwista l-ammont meħtieġ ta’ kapaċità sabiex tilħaq l-istandard ta’ affidabbiltà. Għalhekk, il-miżura għandha objettiv definit sew. Bi skambju għar-riċevuta ta’ pagamenti tal-kapaċità, il-fornituri tal-kapaċità jieħdu impenn li jfornu l-enerġija fi żminijiet ta’ stress fuq is-sistema. Il-metodoloġija sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ kapaċità għall-offerti hija informata mill-Operatur tas-Sistema permezz ta’ valutazzjoni annwali tas-sigurtà tal-provvista. |
6.1.2. Neċessità tal-miżura
|
(251) |
In-natura u l-kawżi tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni ġew analizzati u kkwantifikati, kif ippreżentati fit-Taqsimiet 2.8.2 u 2.8.3 aktar ’il fuq. L-unità tal-kejl għall-kwantifikazzjoni (jiġifieri l-istandard ta’ affidabbiltà) ġiet deskritta u l-metodu tal-kalkolu tagħha ġie pprovdut (ara l-premessa 46 u 47 aktar ’il fuq). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-paragrafu 222 tal-EEAG huwa rrispettat. |
|
(252) |
Kif spjegat fil-premessa 128, xi partijiet interessati qajmu tħassib dwar il-ħtieġa tas-CM. |
|
(253) |
Fir-rigward tal-allegat stat kurrenti ta’ provvista żejda fis-suq tal-elettriku tar-Renju Unit li tqajjem minn xi partijiet interessati, il-Kummissjoni analizzat l-argumenti mressqa mill-partijiet interessati (ara l-premessa 128(a)) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 166). Il-Kummissjoni tqis li l-kritika li għamlu l-partijiet interessati ma titfax dubju fuq il-ħtieġa tas-CM. B’mod partikolari, bħal kull mekkaniżmu ieħor tal-kapaċità, is-CM irid jittratta l-inċertezzi importanti li jirrikjedu li jinstab bilanċ bejn ir-riskju ta’ akkwist eċċessiv min-naħa l-waħda, u l-inadegwatezza tas-sistema min-naħa l-oħra. F’dan ir-rigward, il-marġini tal-kapaċità aħjar milli kienu mistennija tax-Xitwa 2018/19 jirriflettu din l-inċertezza (65). Barra minn hekk, kif spjegat minn Ofgem fir-rapport finali tagħha msemmi fil-premessa 21, iċ-ċifri tal-marġini kkalkolati qabel l-implimentazzjoni tal-iskema tas-CM mill-2017 ’il quddiem kienu jinkludu r-Riżerva ta’ Bbilanċjar ta’ Kontinġenza (“CBR”) u mingħajr dawn il-miżuri l-marġini tal-kapaċità kienu jkunu ħafna aktar baxxi (66). Fir-rapport tagħha, Ofgem spjegat ukoll li l-previżjonijiet ta’ LOLE għall-ħames snin preċedenti tal-konsenja komplew isostnu l-fehma ta’ Ofgem li hemm bżonn kbir li s-CM jinżamm. Barra minn hekk, il-prezzijiet uniformi baxxi fl-irkanti tas-CM jistgħu jitqiesu bħala prova ta’ livell għoli ta’ kompetizzjoni fl-irkanti tas-CM u mhux neċessarjament bħala sinjal ta’ kapaċità żejda. Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessa 34, l-interkonnetturi kienu kapaċi jipparteċipaw fl-irkanti tas-CM sa mit-tieni rkant fl-2015, sabiex il-kontribut tagħhom għas-sigurtà tal-provvista jkun tqies. |
|
(254) |
Fir-rigward tal-idea mressqa minn xi partijiet interessati li l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni tkun assigurata aħjar permezz ta’ suq tal-enerġija biss, il-Kummissjoni tinnota l-argumenti ta’ xi partijiet interessati (ara l-premessa 128(b)) u tar-Renju Unit (ara l-premessa 167). Il-Kummissjoni ma tarax raġunijiet sabiex tbiddel il-konklużjonijiet milħuqa fit-tabella 8 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u żżommhom: hija taċċetta li sakemm ma jkunx hemm disponibbli qari tal-arloġġi individwali f’ħin reali u kuntratti bi prezzijiet dinamiċi sottoskritti mill-maġġoranza tal-utenti, l-affidabbiltà turi ħafna mill-karatteristiċi ta’ ben pubbliku. Għall-futur prevedibbli, huwa improbabbli li l-konsumaturi ser ikunu qed jimmaniġjaw sistematikament il-konsum tagħhom b’reazzjoni għal sinjali ta’ skarsezza mis-swieq, u għalhekk jibqa’ l-karattru pubbliku tajjeb tal-provvista sigura tal-elettriku. |
|
(255) |
Bl-istess mod, fir-rigward tal-kwistjoni relatata mal-falliment tas-suq imsejħa “flus mitlufa”, il-Kummissjoni tinnota l-argumenti ppreżentati minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 128(c)) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 168). Il-Kummissjoni ma tarax raġunijiet sabiex tbiddel il-konklużjonijiet milħuqa fit-tabella 8 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ u żżommhom. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ttenni li l-implimentazzjoni ta’ suq tal-kapaċità ma tistax issir a skapitu ta’ swieq għal żmien qasir li jiffunzjonaw tajjeb. Ir-riformi msemmija fit-Taqsima 2.8.4 hawn fuq qed jgħinu sabiex jitjieb il-funzjonament tas-swieq tal-elettriku tal-GB, iżda dawn ma jeliminawx il-problema tal-“flus mitlufa”. |
|
(256) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni fil-premessi 254 u 255 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Renju Unit wera b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex is-suq ma jistax ikun mistenni li jforni l-kapaċità adegwata fin-nuqqas tas-CM, f’konformità mal-paragrafu (223) tal-EEAG. |
|
(257) |
Fir-rigward tal-istima tal-potenzjal tad-DSR, il-Kummissjoni tenfasizza li skont il-paragrafu (224)(b) tal-EEAG, il-Kummissjoni hija meħtieġa biss li tqis, fost l-oħrajn u meta applikabbli, elementi ppreżentati lilha u relatati mal-valutazzjoni tal-impatt tal-parteċipazzjoni tad-DSR. Il-Kummissjoni tinnota l-istimi differenti ħafna mogħtija mill-partijiet interessati (ara l-premessa 128(d)) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 169) bi tweġiba għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, kif muri fit-Tabella 1, l-ammont ta’ kapaċità tad-DSR li tidħol fl-irkanti tas-CM kompla jiżdied, u laħaq it-2,6 GW fl-irkant T-4 organizzat fl-2018. |
|
(258) |
Mid-diversi miżuri meħuda mir-Renju Unit sabiex iħeġġeġ rispons għad-domanda skont il-paragrafu (224)(b) tal-EEAG, l-irkanti tranżizzjonali biss ġew ikkritikati minn xi partijiet interessati bħala insuffiċjenti sabiex jippromwovu l-parteċipazzjoni tad-DSR (ara l-premessa 128(d)). Il-Kummissjoni tinnota l-argumenti tar-Renju Unit ippreżentati fil-premessa 170 kif ukoll il-kummenti ta’ partijiet interessati oħra ppreżentati fil-premessa 126. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-irkanti tranżizzjonali tfasslu sabiex jippromwovu d-DSR billi jeskludu kważi t-tipi l-oħra kollha ta’ kapaċità. B’mod sinifikanti, dawn l-irkanti ntrebħu bi prezzijiet ogħla mill-irkanti regolari tas-CM. |
|
(259) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM jikkontribwixxi għal objettiv definit sew ta’ interess komuni u huwa meħtieġ skont it-Taqsimiet 3.9.1 u 3.9.2 tal-EEAG. |
6.2. L-adegwatezza tal-miżura
|
(260) |
It-Taqsima 3.9.3 tal-EEAG tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta’ jekk miżura hijiex strument politiku xieraq sabiex jiġi indirizzat l-objettiv ta’ interess komuni. |
6.2.1. Għażla tal-istrument
|
(261) |
Kif imsemmi fil-premessi 129 u 171, xi partijiet interessati indikaw li riżerva strateġika tkun aktar xierqa minn suq tal-kapaċità fis-suq kollu sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni fir-Renju Unit. B’kuntrast ma’ dan, ir-Renju Unit qies li riżerva strateġika ma tkunx tindirizza l-fallimenti sottostanti tas-suq (ara l-premessi 171 u 172). |
|
(262) |
Kif spjegat fir-Rapport Finali tal-Inkjesta Settorjali dwar il-Mekkaniżmi ta’ Kapaċità (67), l-intervent fit-tul mhuwiex meħtieġ jekk il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza juru u dawk li jfasslu l-politika jkunu konvinti li, fit-tul, is-suq jista’ jiġi riformat sabiex jiġu żgurati inċentivi ta’ investiment suffiċjenti u jkun hemm biżżejjed kapaċità disponibbli sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista sa dak iż-żmien. Madankollu, jista’ jkun hemm il-bżonn li jiġi żgurat li l-kapaċità eżistenti ma tkunx qed tagħlaq b’mod prematur. F’ċirkustanzi bħal dawn, riżerva strateġika x’aktarx li tkun l-aktar rispons adatt għax tista’ tgħin tikkontrolla l-ammont ta’ kapaċità eżistenti li tkun qed tħalli s-suq. Fejn jiġi identifikat tħassib dwar l-adegwatezza fit-tul, l-aktar mekkaniżmu tal-kapaċità adattat sabiex jindirizza l-problema x’aktarx ikun skema bbażata fuq il-volum u mifruxa mas-suq. |
|
(263) |
Riżerva strateġika ma tkunx qed issolvi l-problema tal-investiment identifikata għal impjanti ġodda. B’kuntrast ma’ dan, il-mekkaniżmi tal-kapaċità mifruxa mas-suq huma aktar effettivi fit-tħeġġiġ tal-investiment sabiex jiġi indirizzat tħassib dwar l-adegwatezza aktar fit-tul. |
|
(264) |
Is-CM tfassal sabiex jappoġġja u jikkomplimenta l-iżviluppi kontinwi fis-suq u sabiex ikun konsistenti mal-politiki tas-suq intern tal-enerġija u mal-politiki tal-enerġija tal-Unjoni, jiġifieri l-iżvilupp ta’ rispons attiv għad-domanda, aktar kompetizzjoni u investiment fil-kapaċità interkonnessa. |
|
(265) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għażla tal-istrument hija xierqa sabiex jiġi indirizzat il-falliment sottostanti tas-suq li jxekkel l-investiment fit-tul. |
6.2.2. Remunerazzjoni biss għas-servizz ta’ disponibbiltà pura tal-kapaċità
|
(266) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-opinjoni preliminari li l-miżura rremunerat is-servizz ta’ disponibbiltà pura tal-kapaċità. Madankollu, kif spjegat fil-premessi 130 sa 132 ta’ din id-deċiżjoni, xi partijiet interessati qajmu tħassib dwar din il-kwistjoni. |
|
(267) |
Fir-rigward tat-tħassib imqajjem mill-partijiet interessati dwar l-arranġamenti ta’ notifika għal avvenimenti ta’ stress (ara l-premessa 130), il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ tista’ tfixkel is-sinjali tas-suq u, għalhekk, tista’ titqies bħala mhux kompatibbli mal-paragrafu (225) tal-EEAG. |
|
(268) |
Fir-rigward tat-tisħiħ propost tar-reġim tal-penali (ara l-premessa 131 u 174) u wkoll it-tħassib imqajjem mill-partijiet interessati dwar il-mudell tal-“enerġija kkonsenjata” tas-CM (ara l-premessi 132 u 175), il-benefiċjarji jirċievu kumpens għall-unitajiet ta’ kapaċità li huma jagħmlu disponibbli (GBP/MW) u mhux għall-enerġija kkonsenjata (GBP/MWh). Dan huwa konformi mal-paragrafu (225) tal-EEAG. Minkejja dan, il-Kummissjoni tinnota li s-CM isegwi mudell tal-“enerġija kkonsenjata” (ara t-Taqsima 2.6 aktar ’il fuq), li bih il-fornituri tal-kapaċità jistgħu jaffaċċjaw penali jekk jonqsu milli jikkonsenjaw l-enerġija b’mod fiżiku matul avvenimenti ta’ stress fuq is-sistema, irrispettivament mis-sinjali pprovduti mis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa. Il-Kummissjoni tqis li huwa primarjament ir-rwol tal-akkoppjament tas-swieq (kemm ta’ ġurnata bil-quddiem kif ukoll tal-istess ġurnata) u tas-swieq ta’ bbilanċjar li jiżguraw l-użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli għas-sistema, inklużi fost l-interkonnetturi. Mudell tal-enerġija kkonsenjata għandu l-potenzjal li jxekkel dan, minħabba li jista’ jwassal sabiex il-fornituri tal-kapaċità jibagħtu anki meta dan ma jkunx profittabbli fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq biss, sabiex jiġu evitati penali. Madankollu, distorsjonijiet għad-dispaċċ huma ferm improbabbli li jseħħu fil-prattika fis-CM, minħabba li l-avvenimenti ta’ stress huma ddefiniti b’referenza għal azzjonijiet li normalment jittieħdu bħala l-aħħar alternattiva mill-Operatur tas-Sistema, ladarba s-suq ikun falla milli jipprovdi s-sigurtà tal-provvista. |
|
(269) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM iħallas is-servizz ta’ disponibilità pura tal-kapaċità skont il-linji gwida fit-Taqsima 3.9.3 tal-EEAG. |
6.2.3. Il-ftuħ tal-miżura għall-fornituri tal-kapaċità rilevanti kollha
6.2.3.1.
|
(270) |
Għalkemm il-Kummissjoni ma indirizzatx espliċitament dik il-kwistjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, xi partijiet interessati argumentaw li, sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra l-fornituri tad-DSR, is-CM jenħtieġ li joffri ftehimiet li jipprovdu għal konsenja marbuta biż-żmien (ara l-premessa 133). |
|
(271) |
Fuq il-bażi tal-evidenza pprovduta mir-Renju Unit u miġbura fil-qosor fil-premessa 176, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ ftehimiet ta’ konsenja marbuta biż-żmien mhuwiex diskriminatorju. B’mod partikolari, il-fatt li CMU waħda biss mid-89 għażlet fl-irkant tranżizzjonali il-ftehim ta’ konsenja marbuta biż-żmien juri li l-arranġamenti attwali ma jirrappreżentawx ostaklu għall-parteċipazzjoni għall-fornituri tad-DSR. |
6.2.3.2.
|
(272) |
Is-sentenza tal-QĠ sabet li d-differenza fit-tulijiet tal-kuntratti offruta lil kapaċità mhux tal-ġenerazzjoni, b’mod partikolari lill-operaturi tad-DSR, minn naħa waħda, u lill-ġeneraturi, min-naħa l-oħra, tista’ tindika li l-Kummissjoni missu kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk in-nuqqas ta’ kuntratti ta’ kapaċità fit-tul għall-operaturi tad-DSR jnaqqasx l-opportunità għall-operaturi tad-DSR li jipparteċipaw fis-CM. |
|
(273) |
Il-paragrafu (226) tal-EEAG jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn żewġ għanijiet li jikkompetu ma’ xulxin: min-naħa l-waħda, il-ftuħ tal-mekkaniżmu għal kull tip ta’ kapaċità, u min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġu pprovduti inċentivi adegwati kemm għall-kapaċitajiet eżistenti kif ukoll għal dawk ġodda. |
|
(274) |
Kif indikat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, minn naħa waħda, il-kuntratti ta’ kapaċità itwal minn sena jistgħu jiġu ġġustifikati f’każijiet ta’ nefqa kapitali għolja u ta’ diffikultajiet fl-iżgurar tal-finanzjament, sabiex b’hekk jiġi promoss dħul ġdid kompetittiv fis-suq. Kif spjegat mir-Renju Unit (ara l-premessa 177), dan huwa partikolarment il-każ għal ġenerazzjoni ta’ binja ġdida. Minbarra suġġerimenti ġenerali li jsostnu tulijiet iqsar ta’ kuntratti (ara l-punti (i), (ii) u (iii) tal-premessa 136), il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment li jikkontesta r-rilevanza ta’ kuntratti aktar fit-tul (sa 15-il sena) fil-provvista ta’ inċentivi għal kapaċità ġdida, skont il-paragrafu 226 tal-EEAG. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-użu tal-limiti ta’ CAPEX sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà għal kuntratt aktar fit-tul huwa xieraq, peress li jagħti indikazzjoni tajba tad-diffikultà li jinkiseb finanzjament: aktar ma jkun għoli l-ammont ta’ investiment, aktar ikun diffiċli li jiġi żgurat il-finanzjament. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tqis li l-esklużjoni tal-kapaċità mhux tal-ġenerazzjoni mill-aċċess għal kuntratti aktar fit-tul ma kinitx diskriminatorja peress li l-impjanti eżistenti u d-DSR, minħabba r-rekwiżiti aktar baxxi tagħhom tal-kost kapitali (li jindikaw importanza anqas fil-kisba ta’ finanzjament) ma għandhomx bżonn kuntratti itwal sabiex jiksbu finanzjament. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kuntratti iqsar ma poġġew l-ebda żvantaġġ kompetittiv fuq il-ġenerazzjoni eżistenti jew id-DSR meta mqabbla mal-ġenerazzjoni l-ġdida. B’hekk instab il-bilanċ xieraq bejn iż-żewġ għanijiet kompetittivi msemmija fil-premessa 273. |
|
(275) |
Il-Kummissjoni tqis li hemm diversi indikazzjonijiet li d-differenzi fit-tul tal-kuntratti fil-prattika ma wasslu għall-ebda diskriminazzjoni kontra l-operaturi tad-DSR. L-ewwel nett, ir-riżultati tal-irkant ma jindikawx li l-aċċess differenzjali għal ftehimiet aktar fit-tul ħoloq distorsjoni, fil-prattika, għar-riżultati tal-irkanti sal-lum. Għall-kuntrarju, il-prestazzjoni tad-DSR hija komparabbli ma’ (u regolarment aħjar minn) ġenerazzjoni ta’ binja ġdida (ara l-premessa 179). It-tieni, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li kwalunkwe operatur tad-DSR laħaq il-limitu ta’ CAPEX għal kuntratti aktar fit-tul iżda ma kienx kapaċi jipparteċipa fis-CM. It-tielet, l-istimi ta’ CAPEX tad-DSR reali pprovduti mill-partijiet interessati kienu baxxi ħafna, xi partijiet interessati, li jaġixxu bħala operaturi tad-DSR, stmaw li CAPEX tad-DSR kienet ferm taħt il-limiti u saħansitra kienet viċin iż-żero (ara l-premessa 135). Is-CAPEX tad-DSR identifikata fit-tieni rkant tranżizzjonali kellha medja ta’ GBP 0,15/kW (ara l-premessa 178). Ir-raba’, id-DSR tal-ġenerazzjoni rinnovabbli (jiġifieri 60 %-70 % tad-DSR li jipparteċipa b’mod attiv fi swieq tal-flessibbiltà) jista’ jkollu aċċess għal kuntratti aktar fit-tul jekk jidħol fl-irkant bħala ġenerazzjoni (ara l-premessi 135 u 178). Il-ħames, il-limiti ta’ CAPEX għall-irkanti ġew aġġornati regolarment (ara l-premessa 75). |
|
(276) |
Konsegwentement, għall-passat, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenzi fit-tulijiet applikabbli tal-kuntratti ma wasslu għall-ebda diskriminazzjoni kontra l-operaturi tad-DSR fil-prattika. |
|
(277) |
Is-sitwazzjoni kurrenti li fiha l-aċċess għal kuntratti aktar fit-tul huwa limitat għall-ġeneraturi ma wasslet għall-ebda trattament diskriminatorju. Madankollu, il-parteċipazzjoni tal-fornituri tad-DSR fl-irkant tas-CM qed tiżdied (ara t-tabella 2) u ma jistax jiġi eskluż li, fil-futur, il-fornituri tad-DSR jissodisfaw il-livelli ta’ CAPEX li jikkorrispondu għal-limiti. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li, fil-futur, l-ebda kapaċità li tissodisfa dawn il-limiti ma tiġi impedita milli jkollha aċċess għal kuntratti aktar fit-tul fuq il-bażi tat-tip ta’ kapaċità, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenji tar-Renju Unit i) sabiex jippermetti t-tipi kollha ta’ kapaċitajiet (ħlief interkonnetturi) sabiex japplikaw għall-prekwalifikazzjoni sabiex jagħmlu offerti għad-diversi tulijiet ta’ kuntratti disponibbli jekk ikunu jistgħu juru li jissodisfaw il-limiti tan-nefqa kapitali (CAPEX) deskritti fil-premessa 75 aktar ’il fuq u (ii) sabiex iżomm dawn il-limiti ta’ CAPEX taħt rieżami bl-għan li jiżgura li dawn jibqgħu xierqa (ara l-premessa 182). Din il-bidla tkun konformi mar-rapport tal-Kumitat Xjentifiku u Teknoloġiku tal-House of Commons tar-Renju Unit, imsemmi fil-premessa 21, li jirrakkomanda li fornituri mhux tal-ġenerazzjoni li jagħmlu offerti għal kuntratti tal-Kapaċità fis-Suq jenħtieġ li jkunu eliġibbli sabiex jagħmlu offerti għal kuntratti sa ħmistax-il sena, f’konformità ma’ faċilitajiet ġodda ta’ ġenerazzjoni. |
6.2.3.3.
|
(278) |
Kif spjegat fil-premessi 161 sa 163 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni fittxet kjarifika dwar is-sitwazzjoni legali, l-implimentazzjoni prattika u l-effett ta’ inċentiv tal-irkanti T-1 b’mod partikolari fir-rigward tas-CMUs tad-DSR, minħabba li l-irkant T-1 jipprovdi rotta aħjar għas-suq għad-DSR. |
|
(279) |
Fir-rigward tas-sitwazzjoni legali tal-irkanti T-1 għall-passat, il-Kummissjoni tfakkar li, fl-2014 l-awtoritajiet tar-Renju Unit ħadu impenn li jakkwistaw fl-irkanti ta’ sena bil-quddiem tal-anqas 50 % tal-kapaċità riżervata erba’ snin qabel. Dan l-impenn kien vinkolanti, fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-2014. Imbagħad kien f’idejn ir-Renju Unit li jimplimenta l-miżura kif approvata fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, inklużi l-impenji rilevanti, u li jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’kull aspett (68). |
|
(280) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, kif spjegat fil-premessa 162 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, u kif deskritt fit-Tabella 3 u fil-premessa 63 ta’ din id-deċiżjoni, mill-2014, il-kapaċità fil-mira li għandha tinkiseb u l-ammont fil-fatt miksub fl-irkant T-1 dejjem qabżu l-kapaċità oriġinarjament “imwarrba” fl-istadju T-4. |
|
(281) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, kif imsemmi fil-premessa 162 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, u kif enfasizzat minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 138 aktar ’il fuq), is-Segretarju tal-Istat jista’ jiddeċiedi li ma jorganizzax irkanti T-1. Madankollu, kif imsemmi minn partijiet interessati oħra (ara l-premessa 139) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 186), kemm l-irkanti T-4 kif ukoll T-1 jistgħu jiġu posposti jew jitħassru mis-Segretarju tal-Istat: għalhekk, ma tidher l-ebda diskriminazzjoni partikolari kontra d-DSR. Barra minn hekk, fil-prattika, l-ebda wieħed mill-irkanti ma tħassar ħlief għall-irkanti wara s-sentenza tal-QĠ meta l-awtoritajiet tar-Renju Unit issospendew is-CM kollu kemm hu. |
|
(282) |
Fir-rigward tal-livell tal-volum tal-kapaċità li għandu jitwarrab, il-Kummissjoni taqbel mal-kummenti li waslu mingħand xi partijiet interessati u r-Renju Unit li jiġbdu l-attenzjoni lejn il-bilanċ bejn, minn naħa waħda, il-ħtieġa li tiġi żgurata rotta għas-suq għad-DSR permezz tal-irkanti T-1 u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe akkwist żejjed jew irkanti kbar wisq mhux kompetittivi. Meta wieħed iqis il-livell għoli u dejjem akbar ta’ parteċipazzjoni tal-fornituri tad-DSR fl-irkanti tat-T-4 (ara t-Tabella 1), dan ir-riskju tal-aħħar żdied fl-importanza. Fil-fatt, jekk il-ħtieġa għall-kapaċità tonqos bejn l-irkant T-4 u l-irkant T-1, il-mira tiġi aġġustata ’l isfel sabiex ikun evitat riskju bħal dan. Din il-flessibilità hija meħtieġa wkoll sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-paragrafi 231 u 232(c) tal-EEAG. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-metodoloġija attwali ta’ twarrib, kif deskritta fil-premessa 62, hija xierqa. |
|
(283) |
Xi partijiet interessati ssuġġerew l-eliminazzjoni tal-irkanti T-4 jew l-organizzazzjoni ta’ rkanti addizzjonali ta’ kull ġimgħa jew tal-irkanti T-2. Madankollu, l-organizzazzjoni tal-irkanti T-4 hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 226 tal-EEAG, jiġifieri jingħata żmien biżżejjed sabiex isiru investimenti ġodda. Il-Kummissjoni taqbel mal-argument tar-Renju Unit (ara l-premessa 188) li l-ħtieġa ta’ rkanti T-2 flimkien mal-irkanti T-4 u T-1 mhijiex ġustifikata. Barra minn hekk, l-irkanti ta’ kull ġimgħa ma jipprovdux is-sinjal adegwat ta’ investiment fit-tul meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tas-CM. |
|
(284) |
Għal ċertezza tad-dritt akbar tal-parteċipanti fl-irkanti, il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tar-Renju Unit deskritt fil-premessa 187, (i) li jkompli jakkwista fl-irkanti ta’ sena bil-quddiem, tal-anqas 50 % tal-kapaċità rriżervata erba’ snin qabel bħala parti mill-proċess ta’ ffissar tal-parametri għall-irkant ta’ erba’ snin bil-quddiem għall-istess sena tal-konsenja u (ii) li jkompli juża l-metodoloġija tat-twarrib fuq intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % deskritt fil-premessa 62 aktar ’il fuq sabiex jiġi ddeterminat l-ammont minimu ta’ kapaċità li se jitwarrab għal irkant ta’ sena bil-quddiem. |
6.2.3.4.
|
(285) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni fittxet kjarifika dwar jekk il-limitu minimu ta’ 2 MW (deskritt fil-premessi 30 u 31) jistax jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul għas-CM għall-operaturi l-ġodda tad-DSR. B’mod partikolari, filwaqt li huwa possibbli għall-operaturi tad-DSR li jaggregaw diversi siti sabiex jilħqu l-limitu minimu ta’ 2 MW, dawn huma responsabbli li jħallsu garanzija tal-offerta fuq iż-2 MW kollha kemm huma, anki jekk proporzjon biss minn dak il-volum ma jkunx ipprovat li jkollu kapaċità tad-DSR. |
|
(286) |
Fir-rigward tal-livell tal-limitu nnifsu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li 2 MW fl-2014 kien limitu baxx, meta mqabbel mal-limiti ta’ parteċipazzjoni applikati f’miżuri oħra mħaddma min-National Grid u dawk applikati f’pajjiżi Ewropej oħra (ara l-premessa 189). Barra minn hekk, il-limitu ta’ 100 kW użat minn PJM japplika għal akkwisti reġjonali iżgħar u, għalhekk, mhuwiex komparabbli (ara l-premessa 143). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa 68 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Renju Unit ittestja limitu aktar baxx ta’ parteċipazzjoni għat-tieni rkant tranżizzjonali. Tmien CMUs biss taħt iż-2 MW ikkwalifikaw, u pprovdew anqas minn 3 % tal-kapaċità totali miksuba f’dak l-irkant. Barra minn hekk, li kieku kien hemm domanda akbar ta’ CMUs iżgħar sabiex jipparteċipaw, l-irkanti kienu juru aggregazzjoni ta’ CMU fil-livell ta’ 2 MW, iżda dan ma kienx il-każ (ara l-premessa 189). Iż-żewġ elementi juru li ma kien hemm l-ebda rieda qawwija li s-CMUs iżgħar jipparteċipaw fis-CM. |
|
(287) |
Fir-rigward tar-rekwiżit tal-garanzija tal-offerta, il-Kummissjoni taqbel li tali rekwiżit huwa utli sabiex tiġi żgurata konsenja attwali u sabiex jiġu skoraġġuti proġetti spekulattivi, kif indikat minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 144) u mir-Renju Unit (ara l-premessi 40 u 42). |
|
(288) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk il-livell tal-garanzija tal-offerta jistax jitqies bħala ostaklu għad-dħul għall-parteċipazzjoni ta’ DSR ġdid fis-CM. L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa 271, li n-nuqqas ta’ ftehimiet ta’ kapaċità tal-konsenja marbuta biż-żmien mhuwiex, fih innifsu, diskriminatorju kontra d-DSR. It-tieni, kif spjegat minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 145) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 190), operaturi ġodda tad-DSR jibbenefikaw minn firxa ta’ vantaġġi fis-CM meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħra. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li, kif deskritt fil-premessa 42, il-Gvern tar-Renju Unit żied il-garanzija tal-offerta ta’ qabel l-irkant għal ġenerazzjoni ta’ binja ġdida għal GBP 10 000/MW wara konsultazzjoni f’Marzu 2016. Fl-istess ħin, il-livell tal-garanzija tal-offerta ta’ qabel l-irkant għal DSR mhux ipprovat tħalla għal GBP 5 000/MW, u dan taffa l-piż f’termini relattivi. Barra minn hekk, mill-2015, il-fornituri tad-DSR iridu jipprovdu garanzija tal-offerta darba biss għal CMU tad-DSR mhux ipprovat u, għalhekk, jistgħu jipprekwalifikaw għal diversi rkanti konsekuttivi filwaqt li jipprovdu garanzija tal-offerta darba biss. Barra minn hekk, meta wieħed jivvaluta jekk karatteristika partikolari, jiġifieri r-rekwiżit tal-garanzija tal-offerta, hijiex diskriminatorja kontra d-DSR jew le, għandhom jitqiesu karatteristiċi oħra tas-CM. Fost dawk imsemmija mill-partijiet interessati u miġbura fil-qosor fil-premessa 145, it-tariffi tat-terminazzjoni huma msemmija bħala eżempju ta’ każ fejn ir-rekwiżiti huma aktar baxxi għad-DSR (sa GBP 10 k/MW) milli għal forom oħra ta’ kapaċità (sa GBP 35k/MW). Fl-aħħar nett, kif spjegat mir-Renju Unit (ara l-premessa 192), it-tibdil fir-regola dwar ir-riallokazzjoni tal-komponenti (ara l-premessa 180) implimentat f’Ġunju 2019 illimita b’mod konsiderevoli l-iskopertura tal-operaturi tad-DSR li mhux ipprovati għal-livell sħiħ tal-garanzija tal-offerta (anki jekk ħafna mill-komponenti jkunu pprovati). |
|
(289) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-limitu minimu ta’ parteċipazzjoni ta’ 2 MW, inkluż ir-rekwiżit tal-garanzija tal-offerta marbut miegħu, s’issa fil-prattika ma kienx jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul fis-CM għal operaturi ġodda tad-DSR. Kif spjegat mir-Renju Unit (ara l-premessa 193), ir-realtà tas-suq qed tavvanza u fil-futur jista’ jkun hemm xi operaturi tad-DSR b’kapaċità ta’ anqas minn 2 MW li jkunu jippreferu jidħlu fl-irkanti tas-CM mingħajr aggregazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tar-Renju Unit, kif deskritt fil-premessa 193, sabiex jitnaqqas il-limitu minimu għall-parteċipazzjoni fis-CM kif deskritt fil-premessi 30 u 31 għal 1 MW għall-irkanti kollha li għalihom il-prekwalifikazzjoni tibda minn Jannar 2020, kif ukoll l-impenn tar-Renju Unit li jivvaluta dan il-limitu mill-ġdid sa Ottubru 2021 sabiex jeżamina l-potenzjal għal tnaqqis ulterjuri, kif deskritt fil-premessa 193. |
6.2.3.5.
|
(290) |
Il-paragrafu (226) tal-EEAG jindika li miżura jenħtieġ li tkun miftuħa għal operaturi li jużaw teknoloġiji sostitwibbli. Is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jikkontribwixxu sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrifjuta l-idea espressa minn parti interessata minnhom li dawn it-teknoloġiji jenħtieġ li ma jkunux inklużi fis-CM (ara l-premessa 147). Kif spjegat fit-Taqsima 2.3, il-fatturi degradanti jintużaw sabiex isir aġġustament għar-riskju li parti mill-kapaċità jew kollha kemm hija ma tkunx disponibbli sabiex tirrispondi waqt avveniment ta’ stress fis-sistema. Il-metodoloġija użata sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi degradanti applikabbli għar-riħ u għas-solari ġiet approvata mill-PTE (69) u twassal għal fatturi proporzjonati għal dawk użati fi swieq oħra tal-kapaċità fl-UE (70). Għalhekk, b’differenza minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 146), il-Kummissjoni tqis li l-fatturi degradanti huma xierqa. |
|
(291) |
Għalkemm il-Kummissjoni ma indirizzatx espliċitament din il-kwistjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, uħud mill-partijiet interessati argumentaw li l-esklużjoni ta’ teknoloġiji mhux issussidjati mill-parteċipazzjoni fis-CM ma kinitx kompatibbli mal-EEAG. Kif imsemmi fil-premessa 146), parti interessata minnhom spjegat li l-farm eoliku mhux issussidjat tagħha ma tħalliex jipparteċipa fl-irkant T-4 tal-2017, filwaqt li ma kienet teżisti l-ebda rotta ta’ prekwalifikazzjoni għall-irkant T-4 imħassar tal-2018 (għas-sena tal-konsenja 2022/2023). |
|
(292) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-regoli deskritti fil-premessi 32 u 33 huma validi sabiex tiġi evitata l-kumulazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Madankollu, jenħtieġ li dawn ma jwasslux għall-esklużjoni tal-fornituri tal-kapaċità, li ma jirċivux għajnuna bħal din. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-argumenti tar-Renju Unit imsemmija fil-premessa 195 u tirrikonoxxi li r-Renju Unit ħa azzjoni malajr. Il-Kummissjoni tilqa’ d-dħul fis-seħħ f’Ġunju 2019 tar-regoli l-ġodda dwar is-CM li jippermettu l-parteċipazzjoni tat-teknoloġiji eoliċi u solari fis-CM deskritti fil-premessa 196. Dawn ir-regoli ser ikunu applikabbli mill-irkanti T-1, T-3, u T-4 ippjanati għal Jannar 2020. Għalhekk, huma se jippermettu lill-operatur tal-farm eoliku msemmi fil-premessa 291 jipparteċipa fl-irkant T-3 li jmiss (sena tal-konsenja 2022/2023). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tinnota li hemm biss każ wieħed li fih fornitur ma setax jipparteċipa fl-ebda wieħed mill-irkanti, jiġifieri farm eoliku wieħed fl-irkant T-4 tal-2017, u b’hekk dan kellu effett negliġibbli fuq is-CM ġenerali. |
|
(293) |
Il-kostijiet kapitali għal ċerti teknoloġiji naqsu b’mod drammatiku f’dawn l-aħħar snin, u għalhekk jista’ ma jkollhomx bżonn aktar appoġġ mill-miżuri deskritti fil-premessa 32. Għalhekk, sabiex fil-futur tiġi evitata l-esklużjoni ta’ fornituri tal-kapaċità, li ma jirċivux għajnuna bħal din, bħal fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa 291, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tar-Renju Unit, deskritt fil-premessa 197, li jiżviluppa r-regoli kollha meħtieġa (pereżempju, iżda mhux limitat għal fatturi degradanti) sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta’ kwalunkwe tip ta’ kapaċità ġdida li jista’ jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, malli t-tali kapaċità jkollha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
6.2.3.6.
|
(294) |
Il-paragrafu (226) tal-EEAG jipprevedi li miżura jenħtieġ li tqis ukoll sa liema punt il-kapaċità ta’ interkonnessjoni tista’ tirrimedja kwalunkwe problema possibbli ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
|
(295) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li r-Renju Unit ressaq evidenza fl-2014 li ma kienx possibbli f’dak l-istadju li tiġi inkluża kapaċità barranija fis-CM mingħajr l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti transkonfinali addizzjonali. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kumplessitajiet ta’ dak iż-żmien li b’mod effettiv setgħu jippermettu l-parteċipazzjoni transkonfinali fis-CM. Minflok, ir-Renju Unit ippermetta li l-kapaċità interkonnessa tipparteċipa direttament fis-CM mit-tieni irkant fl-2015. Madankollu, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-parteċipazzjoni transkonfinali fis-CM jenħtieġx li tkompli tkun limitata għall-interkonnetturi fil-futur. |
|
(296) |
Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2019/943, li se japplika mill-1 ta’ Jannar 2020, il-mekkaniżmi tal-kapaċità jridu jkunu miftuħa għal parteċipazzjoni transkonfinali diretta minn fornituri tal-kapaċità li jinsabu fi Stat Membru ieħor. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tar-Renju Unit, deskritt fil-premessa 200:
|
|
(297) |
Fir-rigward tal-kummenti ta’ xi partijiet interessati dwar is-sistema ta’ remunerazzjoni ta’ “limitu massimu u minimu” applikabbli għall-interkonnetturi (ara l-premessa 149), il-Kummissjoni tqis li din is-sitwazzjoni hija differenti minn dawk deskritti fil-premessi 32 sa 33 fir-rigward tal-kumulazzjoni tal-għajnuna. Kif spjegat mir-Renju Unit (ara l-premessa 201) kwalunkwe dħul mis-CM jitqies qabel ma jiġi vvalutat id-dħul ta’ interkonnetturi fir-rigward tal-limitu massimu u minimu. Għalhekk, interkonnettur ikun jirċievi ħlas minimu biss jekk id-dħul totali (inkluż id-dħul mis-CM) ikun anqas mil-limitu minimu, filwaqt li jekk id-dħul totali jkun ogħla mil-limitu massimu, l-interkonnettur iħallas lura lill-konsumatur. Għalhekk, il-“limitu massimu u minimu” huwa differenti minn miżura ta’ appoġġ li tkun timplika kumulazzjoni tal-għajnuna. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma tqisx li l-interkonnetturi misshom ġew esklużi milli jipparteċipaw fis-CM fuq din il-bażi. |
|
(298) |
Fir-rigward tal-kumment tal-parti interessata dwar l-esklużjoni tal-interkonnetturi mill-irkant T-1 li sar fil-bidu tal-2018 għas-sena tal-konsenja 2018/2019 (ara l-premessa 150), il-Kummissjoni tieħu nota tal-argumenti ppreżentati mir-Renju Unit fil-premessa 202. B’mod partikolari, kif spjegat fil-premessi 143 u 144 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-Renju Unit irreveda ’l fuq l-istima tiegħu tal-kontribut tal-interkonnetturi matul l-avvenimenti ta’ stress wara r-rakkomandazzjoni tal-PTE u sabiex jirrispetta l-premessa 124 tad-Deċiżjoni tal-2014. Il-kontribut nett tagħhom żdiedet minn 0 GW għal 2,1 GW għas-sena tal-konsenja 2018/2019 (ara l-premessa 36). Konsegwentement, ir-Renju Unit aġġusta ’l isfel l-ammont ta’ kapaċità li għandha tiġi akkwistata f’dan l-irkant T-1. Madankollu, sabiex l-interkonnetturi jitħallew jipparteċipaw f’dan l-irkant T-1 kienet tkun meħtieġa żieda fil-kapaċità għall-irkantat b’kuntrast mal-aspettattivi tas-suq fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet tal-irkant T-4 tal-2014. |
|
(299) |
Fir-rigward tal-fatturi degradanti applikati għall-interkonnetturi, il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija bbażata fuq interkonnetturi individwali mhijiex diskriminatorja. Kif spjegat mir-Renju Unit fil-premessa 202, dan l-approċċ partikolari għall-interkonnetturi huwa ġġustifikat meta jqis il-grad sinifikanti tad-diversità tal-interkonnetturi u tas-swieq konnessi. Din id-diversità tirrikjedi li NG tuża firxa mmudellata xierqa ta’ fatturi degradanti għal kull pajjiż interkonness (bl-użu ta’ metodoloġija ta’ mmudellar stokastika pan-Ewropea). Barra minn hekk, il-Bord tal-Esperti Tekniċi jeżamina indipendentement jekk iċ-ċifri degradanti humiex xierqa. |
6.2.4. Konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-miżura
|
(300) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM jissodisfa l-linji gwida stipulati fit-Taqsima 3.9.3 tal-EEAG. |
6.3. L-effett ta’ inċentiv
|
(301) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk il-miżura għandhiex effett ta’ inċentiv kif meħtieġ mit-Taqsima 3.9.4 tal-EEAG li tirreferi għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.2.4 tal-EEAG. Effett ta’ inċentiv iseħħ meta l-għajnuna ġġiegħel lill-benefiċjarju jibdel l-imġiba tiegħu sabiex itejjeb il-funzjonament ta’ suq tal-enerġija sikur, bi prezz raġonevoli u sostenibbli u t-tibdil fl-imġiba jkun tali li ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna. |
|
(302) |
Fin-notifika tiegħu tal-2014, ir-Renju Unit ipprovda stimi tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni li juru li f’xenarju kontrofattwali mingħajr il-miżura, l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni kienet tilħaq livelli kritiċi sal-2018/2019, kif muri fil-premessa 100 u fl-Illustrazzjoni 4. Fi kliem ieħor, mingħajr il-miżura, il-fornituri tal-kapaċità ma kinux jagħmlu l-kapaċità meħtieġa disponibbli sabiex jilħqu l-istandard ta’ affidabbiltà stabbilit mir-Renju Unit sabiex iwasslu l-enerġija fi żminijiet ta’ stress. Kif spjegat fil-premessa 126(c), xi partijiet interessati kkonfermaw l-importanza tas-CM sabiex jappoġġja l-investiment f’kapaċità ġdida u sabiex iżżomm il-kapaċità eżistenti. |
|
(303) |
Mingħajr is-CM, il-firxa mistennija ta’ LOLE tikser l-istandard ta’ affidabilità tal-LOLE ta’ 3 sigħat fis-snin kollha sal-2030. Għalhekk, mingħajr is-CM, il-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni tibqa’. |
|
(304) |
L-objettiv tal-miżura f’dan il-każ huwa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista billi tinżamm disponibbli kapaċità suffiċjenti. Kif spjegat fil-premessi 302 u 303 hawn fuq, mingħajr is-CM ma jkunx hemm biżżejjed kapaċità sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista minħabba li porzjon sinifikanti tal-impjanti huwa pproġettat li jagħmel dħul insuffiċjenti mis-suq tal-enerġija biss sabiex ikopri l-ispejjeż tiegħu. |
|
(305) |
Għalhekk, il-miżura għandha effett ta’ inċentiv għal kapaċitajiet eżistenti sabiex jibqgħu fis-suq u jkunu disponibbli fi żminijiet ta’ skarsezza, u għal kapaċitajiet ġodda sabiex jidħlu fis-suq. Il-miżura tinċentiva lil atturi ġodda u eżistenti fis-suq sabiex jikkontribwixxu b’dan il-mod għall-objettiv tas-sigurtà tal-provvista. |
|
(306) |
Fl-aħħar nett, skont il-paragrafu (52) tal-EEAG, l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti. Il-proċess tal-irkant deskritt fit-taqsima 2.4 mhuwiex diskriminatorju u huwa miftuħ għat-tipi kollha ta’ fornituri tal-kapaċità u l-għajnuna tingħata fuq il-bażi tal-prezz uniformi. Barra minn hekk, l-għadd ta’ impriżi huwa biżżejjed u l-volum huwa restrizzjoni vinkolanti sabiex mhux l-offerenti kollha jirċievu għajnuna (ara pereżempju t-Tabella 1 u t-Tabella 2 aktar ’il fuq). |
|
(307) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM għandu effett ta’ inċentiv, u jissodisfa l-linji gwida stipulati fit-Taqsima 3.9.4 tal-EEAG. |
6.4. Proporzjonalità tal-miżura
|
(308) |
Skont it-Taqsima 3.9.5 tal-EEAG, miżura titqies proporzjonali meta tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) il-kumpens jippermetti lill-benefiċjarji jaqilgħu rata ta’ redditu raġonevoli (miżura mfassla bħala proċess kompetittiv ta’ offerti fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u nondiskriminatorji titqies li twassal għal rati ta’ redditu raġonevoli f’ċirkostanzi normali); (ii) il-miżura tkun stabbiliet mekkaniżmi integrati sabiex tiżgura li ma jkunx jista’ jkun hemm profitti eċċezzjonali; u (iii) il-prezz imħallas għad-disponibbiltà jiġbed awtomatikament lejn iż-żero meta l-livell ta’ kapaċità fornita jkun mistenni li jkun adegwat sabiex jintlaħaq il-livell ta’ kapaċità mitlub. |
|
(309) |
Il-konformità tas-CM mal-ewwel rekwiżit relatat mar-rata raġonevoli ta’ redditu hija vvalutata fit-Taqsimiet 6.4.1 u 6.4.2. |
|
(310) |
Fir-rigward tat-tieni rekwiżit, disinn tas-CM mifrux mas-suq kollu jirrifletti l-eżitu ta’ suq tal-enerġija effiċjenti. L-irkant isegwi disinn ta’ arloġġ li dejjem jonqos u bi prezzijiet uniformi fejn l-offerenti rebbieħa jirċievu l-prezz uniformi. Il-ħlas tal-prezz uniformi huwa wieħed mid-disinji msemmija speċifikament fid-definizzjoni ta’ “proċess kompetittiv tal-offerti” fil-paragrafu (43) tal-EEAG u, għalhekk, huwa preżunt li għandu karatteristiċi inkorporati li jwasslu għal rati ta’ redditu raġonevoli f’konformita mal-paragrafu (229) tal-EEAG. Barra minn hekk, il-karatteristiċi li ġejjin jikkontribwixxu għall-minimizzazzjoni tar-riskju ta’ profitti eċċezzjonali skont il-paragrafu 230 tal-EEAG: limitu massimu fuq il-prezz globali ta’ GBP 75/kW, limitu għall-offerti fuq il-prendituri tal-prezzijiet ta’ GBP 25/kW, u durata qasira tal-ftehim kuntrattwali għal ħafna mill-kategoriji tal-fornituri tal-kapaċità. Il-livell aktar baxx ta’ pagamenti tal-kapaċità għal kapaċitajiet eżistenti, imsemmi minn parti interessata minnhom (ara l-premessa 151) jirrifletti biss differenzi fil-valur tal-adegwatezza għal snin differenti u ma jwassalx għal profitti eċċezzjonali. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM tal-GB jissodisfa r-rekwiżit li jipprevjeni profitti eċċezzjonali. |
|
(311) |
Fir-rigward tat-tielet rekwiżit, in-natura kompetittiva tal-irkant kif deskritta fit-Taqsima 2.4 ta’ din id-deċiżjoni hija mistennija li tmexxi l-prezzijiet lejn iż-żero jekk ikun hemm biżżejjed provvista sabiex tiġi ssodisfata d-domanda, f’konformità mal-paragrafu (231) tal-EEAG. Tabilħaqq ġie osservat li xi rkanti ntrebħu bi prezzijiet ħafna aktar baxxi milli kien mistenni, saħansitra qrib iż-żero fl-irkant T-1 fl-2019 meta l-prezz uniformi kien ta’ GBP 0,77/kW (ara t-Tabella 7). |
6.4.1. Differenzi fit-tulijiet tal-kuntratti applikabbli
|
(312) |
Minkejja d-dubji prima facie, kif ġew diskussi fit-Taqsima 6.2.3.2, għall-passat, il-Kummissjoni tqis li d-differenzi fit-tulijiet tal-kuntratti applikabbli fil-prattika ma wasslu għal ebda diskriminazzjoni kontra l-operaturi tad-DSR. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-esklużjoni tal-kapaċità mhux tal-ġenerazzjoni mill-aċċess għal kuntratti aktar fit-tul ma kinitx diskriminatorja peress li l-impjanti u l-fornituri tad-DSR eżistenti, minħabba r-rekwiżiti aktar baxxi tagħhom tal-kost kapitali (li jindikaw ħtieġa mnaqqsa li jiksbu finanzjament) jistgħu ma jibbenefikawx b’mod sinifikanti minn kuntratti itwal. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kuntratti iqsar ma jpoġġu l-ebda żvantaġġ kompetittiv fuq il-ġenerazzjoni u l-fornituri tad-DSR eżistenti meta mqabbla mal-ġenerazzjoni l-ġdida. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa 275, il-kummenti riċevuti juru diversi elementi importanti li jikkonfermaw din l-analiżi. Għalhekk, il-miżura tirrispetta l-kundizzjoni inklużi fil-paragrafu (229) tal-EEAG b’rabta ma’ proċessi kompetittivi ta’ offerti li skont dawn proċessi bħal dawn jenħtieġ li jkunu bbażati fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji. Il-Kummissjoni tinnota li l-użu tal-limiti ta’ CAPEX huwa biżżejjed sabiex jiġi żgurat li kuntratti aktar fit-tul ikunu aċċessibbli biss għall-kapaċitajiet li jistgħu jaffaċċjaw diffikultà fil-kisba ta’ finanzjament. Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tar-Renju Unit sabiex jippermetti t-tipi kollha ta’ kapaċitajiet (ħlief interkonnetturi) sabiex japplikaw għall-prekwalifikazzjoni sabiex jagħmlu offerti għad-diversi tulijiet ta’ kuntratti disponibbli jekk ikunu jistgħu juru li jissodisfaw il-limiti tan-nefqa kapitali (CAPEX) u sabiex iżomm dawn il-limiti ta’ CAPEX taħt rieżami bl-għan li jiżgura li dawn jibqgħu xierqa (ara l-premessa 182). |
6.4.2. Esklużjoni ta’ STOR fit-tul
|
(313) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-esklużjoni tal-fornituri tal-STOR fit-tul ma kinitx diskriminatorja. Madankollu, dan il-punt xorta waħda ġie indirizzat mill-partijiet interessati (ara l-premessi 153 u 154) u mir-Renju Unit (ara l-premessi 204 sa 210) matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(314) |
Fir-rigward tal-esklużjoni nnifisha, il-Kummissjoni tqis li, fil-passat, ir-Renju Unit b’mod leġittimu kkunsidra r-riskju ta’ profitti eċċezzjonali li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-STOR fit-tul. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, dan ir-riskju deher importanti, kif spjegat ukoll minn parti interessata oħra (ara l-premessa 153). Barra minn hekk, kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, u għal darb’oħra minn parti interessata waħda (ara l-premessa 153) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 207), il-Kummissjoni tqis li l-impjanti tal-enerġija kkonċernati jistgħu fil-fatt jipparteċipaw fis-CM sakemm dawn iċedu l-kuntratt fit-tul tagħhom mal-Operatur tas-Sistema jekk ikollhom suċċess fl-irkant. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota d-deċiżjoni tar-Renju Unit li jżomm l-iskema tal-STOR fit-tul u l-iskema tas-CM separati, mingħajr dispożizzjoni ta’ “rkupru”, deċiżjoni simili għal dik li teskludi mis-CM il-kapaċitajiet li jibbenefikaw minn skemi ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota l-intenzjoni tar-Renju Unit li jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tal-esklużjoni tal-operaturi tal-STOR fit-tul fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida disponibbli dwar is-suq (ara l-premessa 210): din l-evalwazzjoni l-ġdida xorta waħda għandha tqis ir-riskju ta’ profitti eċċezzjonali. |
|
(315) |
Fir-rigward tal-esklużjoni tal-impjanti kkummissjonati qabel l-2014 mill-opportunità li jkollhom aċċess għal kuntratti fit-tul, il-Kummissjoni taqbel mal-argumenti tar-Renju Unit ippreżentati fil-premessa 206. B’mod partikolari, l-impjanti kkummissjonati qabel l-ewwel irkant tas-CM ma affaċċjawx xi ostaklu partikolari għad-dħul fis-CM (eż. il-finanzjament tal-kostruzzjoni) u, għalhekk, ma kellhom l-ebda raġuni sabiex ikunu eliġibbli għal kuntratti aktar fit-tul. |
6.4.3. Metodu għall-irkupru tal-kostijiet
|
(316) |
Kif ippreżentat fil-premessa 187 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni trid tqis ukoll il-paragrafu 25 tal-EEAG, li jiddikjara li l-kompatibbiltà tal-miżura jenħtieġ li tiġi vvalutata biss fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fit-taqsima 3.9.5 tal-EEAG. B’mod partikolari, din it-taqsima ma tinkludi l-ebda referenza għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni. Xi partijiet interessati (ara l-premessa 159) u r-Renju Unit (ara l-premessa 211), jappoġġaw din l-opinjoni. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proporzjonalità tas-suq tal-kapaċità tal-GB għandha bżonn tiġi vvalutata biss fl-isfond tal-paragrafi 228 sa 231 tal-EEAG, kif sar fil-premessi 308 sa 315. |
|
(317) |
Madankollu, anki li kieku l-paragrafi 27(e) u 69 tal-EEAG kienu applikabbli għall-miżura f’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-metodu għall-irkupru tal-kostijiet huwa proporzjonat. |
|
(318) |
L-ewwel nett, kif spjegat minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 156) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 214), il-metodoloġija għall-irkupru tal-kostijiet tirrikonċilja l-interess li jinżamm inċentiv għat-tnaqqis tad-domanda mal-ħtieġa li titnaqqas l-inċertezza għall-fornituri fuq is-sehem probabbli tal-kostijiet tagħhom. Inċertezza bħal din tissarraf fi primjum tar-riskju li l-fornituri jgħaddu lill-konsumaturi, u b’hekk iżidu l-kostijiet tal-elettriku. |
|
(319) |
It-tieni, il-metodoloġija għall-irkupru tal-kostijiet tibbenefika esklussivament lill-fornituri tad-DSR, mhux lill-ġeneraturi (peress li l-kost jiġi applikat fuq in-naħa tal-bejgħ bl-imnut). Fi kwalunkwe każ, hija żżid l-ogħla domanda b’mod supplimentari għall-inċentivi għat-tnaqqis tad-domanda li diġà jeżistu fis-suq tal-elettriku tal-GB meta mqabbla ma’ metodi alternattivi bħal imposti fissi jew tassazzjoni ġenerali (ara l-premessa 212). Kif spjegat mir-Renju Unit (ara premessa 215), l-argument li l-metodoloġija kurrenti tħeġġeġ biss il-ġenerazzjoni rinnovabbli, bħala DSR, huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-perjodu bejn l-4 u s-7 pm huwa wiesa’ wisq sabiex il-klijenti jnaqqsu d-domanda b’mod regolari matul dawk is-sigħat u b’hekk jibbenefikaw minn tariffa mnaqqsa tas-CM. Madankollu, sabiex wieħed jibbenefika ma jkollux bżonn inaqqas id-domanda matul il-perjodu kollu. Dan ikun jimplika biss li l-fornituri tad-DSR għat-tnaqqis tal-użu ma jkunux jiksbu l-benefiċċju sħiħ. |
|
(320) |
It-tielet, kif spjegat mill-partijiet interessati (ara l-premessa 157) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 214), il-metodoloġija alternattiva tat-triads ippreferuta minn partijiet interessati oħra (ara l-premessa 158), mhux neċessarjament tkun allinjata mal-mumenti ta’ stress fuq is-sistema u potenzjalment tkun twassal għal deċiżjonijiet ta’ dispaċċ ineffiċjenti. Għalhekk, m’hemm l-ebda raġuni sabiex jitqies li l-metodu għall-irkupru tal-kostijiet kif applikat mir-Renju Unit huwa anqas proporzjonat minn metodi potenzjali oħra ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-metodu tat-triads. |
6.4.4. Konklużjoni dwar il-proporzjonalità tal-miżura
|
(321) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM jissodisfa l-linji gwida stipulati fit-Taqsima 3.9.5 tal-EEAG. |
6.5. L-evitar ta’ effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(322) |
It-Taqsima 3.9.6 tal-EEAG tispeċifika l-kundizzjonijiet sabiex ikunu evitati effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
6.5.1. Il-parteċipazzjoni ta’ ġeneraturi li jużaw teknoloġiji differenti u ta’ operaturi li joffru miżuri bi prestazzjoni teknika ekwivalenti
|
(323) |
Kif spjegat fil-premessi 30 u 31, is-CM huwa miftuħ għall-aggregazzjoni kemm tad-domanda kif ukoll tal-provvista f’konformità mal-aħħar sentenza tal-paragrafu (232)(a) tal-EEAG. |
|
(324) |
Kif deskritt fit-Taqsima 2.3.1, is-CM fil-prinċipju huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ ġeneraturi li jużaw teknoloġiji u għal operaturi differenti li joffru miżura bi prestazzjoni teknika ekwivalenti bħall-ġestjoni fuq in-naħa tad-domanda, interkonnetturi u ħżin, f’konformità mal-ewwel żewġ sentenzi tal-paragrafu (232)(a) tal-EEAG. Madankollu, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni fittxet kjarifika fir-rigward tal-ftuħ tas-CM fir-rigward ta’ wħud mill-karatteristiċi speċifiċi tad-disinn tiegħu. |
6.5.1.1.
|
(325) |
Fuq il-bażi tal-evidenza pprovduta mir-Renju Unit u miġbura fil-qosor fil-premessa 176, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ ftehimiet ta’ konsenja marbuta biż-żmien mhuwiex diskriminatorju. B’mod partikolari, il-fatt li CMU waħda biss mid-89 għażlet fl-irkant tranżizzjonali il-ftehim ta’ konsenja marbuta biż-żmien juri li l-arranġamenti attwali ma jirrappreżentawx ostaklu għall-parteċipazzjoni tad-DSR. |
6.5.1.2.
|
(326) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni fittxet kjarifika dwar it-trattament potenzjalment diskriminatorju tal-kapaċità tad-DSR meta mqabbla mal-ġenerazzjoni ta’ kapaċità minħabba d-differenza fit-tulijiet kuntrattwali applikabbli. |
|
(327) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, minn naħa waħda, il-kuntratti ta’ kapaċità itwal minn sena jistgħu jiġu ġġustifikati f’każijiet ta’ nefqa kapitali għolja u ta’ diffikultajiet fl-iżgurar tal-finanzjament, sabiex b’hekk jiġi promoss dħul ġdid kompetittiv fis-suq. Dan huwa l-każ b’mod partikolari għall-ġenerazzjoni ta’ binja ġdida. Minbarra suġġerimenti ġenerali għal tulijiet iqsar ta’ kuntratti (ara l-punti (i), (ii) u (iii) tal-premessa 136), il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment li jikkontesta r-rilevanza ta’ kuntratti aktar fit-tul (sa 15-il sena) fil-provvista ta’ inċentivi għal kapaċità ġdida, skont il-paragrafu (226) tal-EEAG. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-użu tal-limiti ta’ CAPEX sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà għal kuntratt aktar fit-tul huwa xieraq, peress li jagħti indikazzjoni tajba tad-diffikultà li jinkiseb finanzjament. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tqis li l-esklużjoni tal-kapaċità mhux tal-ġenerazzjoni mill-aċċess għal kuntratti aktar fit-tul ma kinitx diskriminatorja peress li l-impjanti u d-DSR eżistenti, minħabba r-rekwiżiti aktar baxxi tagħhom tal-kost kapitali (li jindikaw importanza mnaqqsa li jiksbu finanzjament) jistgħu ma jibbenefikawx b’mod sinifikanti minn kuntratti itwal. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kuntratti iqsar ma jpoġġu l-ebda żvantaġġ kompetittiv fuq il-ġenerazzjoni u l-fornituri tad-DSR eżistenti meta mqabbla mal-ġenerazzjoni l-ġdida. |
|
(328) |
Il-Kummissjoni tqis li d-differenzi fit-tul tal-kuntratti fil-prattika ma wasslux għal xi diskriminazzjoni kontra l-operaturi tad-DSR. L-ewwel nett, ir-riżultati tal-irkant ma jindikawx li l-aċċess differenzjali għal ftehimiet aktar fit-tul ħoloq distorsjoni, fil-prattika, għar-riżultati tal-irkant sal-lum. Għall-kuntrarju, huma jindikaw li l-prestazzjoni tad-DSR hija komparabbli ma’ (u regolarment aħjar minn) ġenerazzjoni ta’ binja ġdida (ara l-premessa 179). It-tieni, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li kwalunkwe operatur tad-DSR laħaq il-limitu ta’ CAPEX għal kuntratti fit-tul iżda ma kienx kapaċi jipparteċipa fis-CM. It-tielet, l-istima ta’ CAPEX tad-DSR reali pprovduta mill-partijiet interessati kienet baxxa ħafna, xi partijiet interessati li jaġixxu bħala operaturi tad-DSR, stmaw li CAPEX tad-DSR kienet ferm taħt il-limiti u saħansitra kienet viċin iż-żero (ara l-premessa 135). Is-CAPEX tad-DSR identifikata fit-tieni rkant tranżizzjonali kellha medja ta’ GBP 0,15/kW (ara l-premessa 178). Ir-raba’, id-DSR tal-ġenerazzjoni rinnovabbli (jiġifieri 60 %-70 % tad-DSR li jipparteċipa b’mod attiv fi swieq tal-flessibbiltà) jista’ jkollu aċċess għal kuntratti aktar fit-tul jekk jidħol fl-irkant bħala ġenerazzjoni (ara l-premessi 135 u 178). Il-ħames, il-limiti ta’ CAPEX għall-irkanti ġew aġġornati regolarment (ara l-premessa 75). |
|
(329) |
Konsegwentement, għall-passat, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenzi fit-tulijiet applikabbli tal-kuntratti ma wasslu għall-ebda restrizzjoni mhux iġġustifikata fuq il-parteċipazzjoni għall-operaturi tad-DSR fil-prattika. Il-Kummissjoni tinnota li l-użu tal-limiti ta’ CAPEX huwa biżżejjed sabiex jiġi żgurat li kuntratti aktar fit-tul ikunu aċċessibbli biss għall-kapaċitajiet li jistgħu jaffaċċjaw diffikultà fil-kisba ta’ finanzjament. Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenji tar-Renju Unit i) sabiex jippermetti t-tipi kollha ta’ kapaċitajiet (ħlief interkonnetturi) sabiex japplikaw għall-prekwalifikazzjoni sabiex jagħmlu offerti għad-diversi tulijiet ta’ kuntratti disponibbli jekk ikunu jistgħu juru li jissodisfaw il-limiti tan-nefqa kapitali (CAPEX) deskritti fil-premessa 75 aktar ’il fuq u (ii) sabiex iżomm dawn il-limiti ta’ CAPEX taħt rieżami bl-għan li jiżgura li dawn jibqgħu xierqa (ara l-premessa 182). |
6.5.1.3.
|
(330) |
Fir-rigward tas-sitwazzjoni legali tal-irkanti T-1 għall-passat, il-Kummissjoni tfakkar li, fl-2014 l-awtoritajiet tar-Renju Unit ħadu impenn li jakkwistaw fl-irkanti ta’ sena bil-quddiem tal-anqas 50 % tal-kapaċità riżervata erba’ snin qabel. Dan l-impenn kien vinkolanti, fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-2014. Imbagħad kien f’idejn ir-Renju Unit li jimplimenta l-miżura kif approvata fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, inklużi l-impenji rilevanti, u li jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’kull aspett (71). |
|
(331) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, kif spjegat fil-premessa 162 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, u kif deskritt fit-Tabella 3 u fil-premessa 63 ta’ din id-deċiżjoni, mill-2014, il-kapaċità fil-mira li għandha tinkiseb u l-ammont fil-fatt miksub fl-irkant T-1 dejjem qabżu l-kapaċità oriġinarjament “imwarrba” fl-istadju T-4. |
|
(332) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, kif imsemmi fil-premessa 162 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, u kif enfasizzat minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 138 aktar ’il fuq), is-Segretarju tal-Istat jista’ jiddeċiedi li ma jorganizzax irkanti T-1. Madankollu, kif imsemmi minn partijiet interessati oħra (ara l-premessa 139) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 186), kemm l-irkanti T-4 kif ukoll T-1 jistgħu jiġu posposti jew jitħassru mis-Segretarju tal-Istat: għalhekk, ma tidher l-ebda diskriminazzjoni partikolari kontra d-DSR. Barra minn hekk, fil-prattika, l-ebda wieħed mill-irkanti ma tħassar ħlief għall-irkanti wara s-sentenza tal-QĠ meta l-awtoritajiet tar-Renju Unit issospendew is-CM kollu kemm hu. |
|
(333) |
Fir-rigward tal-livell tal-volum tal-kapaċità li għandu jitwarrab, il-Kummissjoni taqbel mal-kummenti li waslu mingħand xi partijiet interessati u r-Renju Unit li jiġbdu l-attenzjoni lejn il-bilanċ bejn, minn naħa waħda, il-ħtieġa li tiġi żgurata rotta għas-suq għad-DSR permezz tal-irkanti T-1 u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe akkwist żejjed jew irkanti kbar wisq mhux kompetittivi. Meta wieħed iqis il-livell għoli u dejjem akbar ta’ parteċipazzjoni tal-operaturi tad-DSR fl-irkanti tat-T-4 (ara t-Tabella 1), dan ir-riskju tal-aħħar żdied fl-importanza. Fil-fatt, jekk il-ħtieġa għall-kapaċità tonqos bejn l-irkant T-4 u l-irkant T-1, il-mira tiġi aġġustata ’l isfel sabiex ikun evitat riskju bħal dan. Din il-flessibilità hija meħtieġa wkoll sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-paragrafi (231) u (232)(c) tal-EEAG. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-metodoloġija attwali ta’ twarrib, kif deskritta fil-premessa 62, hija xierqa. |
|
(334) |
Xi partijiet interessati ssuġġerew l-eliminazzjoni tal-irkanti T-4 jew l-organizzazzjoni ta’ rkanti addizzjonali ta’ kull ġimgħa jew tal-irkanti T-2. Madankollu, l-organizzazzjoni tal-irkanti T-4 hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu (226) tal-EEAG, jiġifieri jingħata żmien biżżejjed sabiex isiru investimenti ġodda. Il-Kummissjoni taqbel mal-argument tar-Renju Unit (ara l-premessa 188) li l-ħtieġa ta’ rkanti T-2 flimkien mal-irkanti T-4 u T-1 mhijiex ġustifikata. Barra minn hekk, l-irkanti ta’ kull ġimgħa ma jipprovdux is-sinjal adegwat ta’ investiment fit-tul meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tas-CM. |
|
(335) |
Għal ċertezza tad-dritt akbar tal-parteċipanti fl-irkanti, il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tar-Renju Unit deskritt fil-premessa 187, (i) li jkompli jakkwista fl-irkanti ta’ sena bil-quddiem, tal-anqas 50 % tal-kapaċità rriżervata erba’ snin qabel bħala parti mill-proċess ta’ ffissar tal-parametri għall-irkant ta’ erba’ snin bil-quddiem għall-istess sena tal-konsenja u (ii) li jkompli juża l-metodoloġija tat-twarrib fuq intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % deskritt fil-premessa 62 aktar ’il fuq sabiex jiġi ddeterminat l-ammont minimu ta’ kapaċità li se jitwarrab għal irkant ta’ sena bil-quddiem. |
6.5.1.4.
|
(336) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni fittxet kjarifika dwar jekk il-limitu minimu ta’ 2 MW (deskritt fil-premessi 30 u 31) jistax jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul għas-CM għall-operaturi l-ġodda tad-DSR. B’mod partikolari, filwaqt li huwa possibbli għall-operaturi tad-DSR li jaggregaw diversi siti sabiex jilħqu l-limitu minimu ta’ 2 MW, dawn huma responsabbli li jħallsu garanzija tal-offerta fuq iż-2 MW kollha kemm huma, anki jekk proporzjon biss minn dak il-volum ma jkunx ipprovat li jkollu kapaċità tad-DSR. |
|
(337) |
Fir-rigward tal-livell tal-limitu nnifsu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li 2 MW fl-2014 kien limitu baxx, meta mqabbel mal-limiti ta’ parteċipazzjoni applikati f’miżuri oħra mħaddma min-National Grid u dawk applikati f’pajjiżi Ewropej oħra (ara l-premessa 189 aktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-limitu ta’ 100 kW użat minn PJM japplika għal akkwisti reġjonali iżgħar u, għalhekk, mhuwiex komparabbli (ara l-premessa 143). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa 68 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Renju Unit ittestja limitu aktar baxx ta’ parteċipazzjoni għat-tieni rkant tranżizzjonali. Tmien CMUs biss taħt iż-2 MW ikkwalifikaw, u pprovdew anqas minn 3 % tal-kapaċità totali miksuba f’dak l-irkant. Barra minn hekk, li kieku kien hemm domanda akbar ta’ CMUs iżgħar sabiex jipparteċipaw, l-irkanti kienu juru aggregazzjoni ta’ CMU fil-livell ta’ 2 MW, iżda dan ma kienx il-każ (ara l-premessa 189). Iż-żewġ elementi juru li ma kien hemm l-ebda rieda qawwija li s-CMUs iżgħar jipparteċipaw fis-CM). |
|
(338) |
Fir-rigward tar-rekwiżit tal-garanzija tal-offerta, il-Kummissjoni taqbel li tali rekwiżit huwa utli sabiex tiġi żgurata konsenja attwali u sabiex jiġu skoraġġuti proġetti spekulattivi, kif indikat minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 144) u mir-Renju Unit (ara l-premessi 40 u 42). |
|
(339) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk il-livell tal-garanzija tal-offerta jistax jitqies bħala ostaklu għad-dħul għall-parteċipazzjoni ta’ DSR ġdid fis-CM. L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa 271, li n-nuqqas ta’ ftehimiet ta’ kapaċità tal-konsenja marbuta biż-żmien mhuwiex, fih innifsu, diskriminatorju kontra d-DSR. It-tieni, kif spjegat minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 145) u mir-Renju Unit (ara l-premessa 190), operaturi ġodda tad-DSR jibbenefikaw minn firxa ta’ vantaġġi fis-CM meta mqabbla ma’ teknoloġiji oħra. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li, kif deskritt fil-premessa 42, il-Gvern tar-Renju Unit żied il-garanzija tal-offerta ta’ qabel l-irkant għal ġenerazzjoni ta’ binja ġdida għal GBP 10 000/MW wara konsultazzjoni f’Marzu 2016. Fl-istess ħin, il-livell tal-garanzija tal-offerta ta’ qabel l-irkant għal DSR mhux ipprovat tħalla għal GBP 5 000/MW, u dan taffa l-piż f’termini relattivi. Barra minn hekk, mill-2015, il-fornituri tad-DSR iridu jipprovdu garanzija tal-offerta darba biss għal CMU tad-DSR mhux ipprovat u, għalhekk, jistgħu jipprekwalifikaw għal diversi rkanti konsekuttivi filwaqt li jipprovdu garanzija tal-offerta darba biss. Barra minn hekk, meta wieħed jivvaluta jekk karatteristika partikolari, jiġifieri r-rekwiżit tal-garanzija tal-offerta, hijiex diskriminatorja kontra d-DSR jew le, għandhom jitqiesu karatteristiċi oħra tas-CM. Fost dawk imsemmija mill-partijiet interessati u miġbura fil-qosor fil-premessa 145, it-tariffi tat-terminazzjoni huma msemmija bħala eżempju ta’ każ fejn ir-rekwiżiti huma aktar baxxi għad-DSR (sa GBP 10 k/MW) milli għal forom oħra ta’ kapaċità (sa GBP 35 k/MW). Fl-aħħar nett, kif spjegat mir-Renju Unit (ara l-premessa 192), it-tibdil fir-regola dwar ir-riallokazzjoni tal-komponenti (ara l-premessa 180) implimentat f’Ġunju 2019 illimita b’mod konsiderevoli l-iskopertura tal-operaturi tad-DSR li mhux ipprovati għal-livell sħiħ tal-garanzija tal-offerta (anki jekk ħafna mill-komponenti jkunu pprovati). |
|
(340) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-limitu minimu ta’ parteċipazzjoni ta’ 2 MW, inkluż ir-rekwiżit tal-garanzija tal-offerta marbut miegħu, s’issa fil-prattika ma kienx jikkostitwixxi ostaklu għad-dħul fis-CM għal operaturi ġodda tad-DSR. Kif spjegat mir-Renju Unit (ara l-premessa 193), ir-realtà tas-suq qed tavvanza u fil-futur jista’ jkun hemm xi operaturi tad-DSR b’kapaċità ta’ anqas minn 2 MW li jkunu jippreferu jidħlu fl-irkanti tas-CM mingħajr aggregazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tar-Renju Unit, kif deskritt fil-premessa 193, sabiex jitnaqqas il-limitu minimu għall-parteċipazzjoni fis-CM kif deskritt fil-premessi 30 u 31 għal 1 MW għall-irkanti kollha li għalihom il-prekwalifikazzjoni tibda minn Jannar 2020, kif ukoll l-impenn tar-Renju Unit li jivvaluta dan il-limitu mill-ġdid sa Ottubru 2021 sabiex jeżamina l-potenzjal għal tnaqqis ulterjuri, kif deskritt fil-premessa 193. |
6.5.1.5.
|
(341) |
Is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jikkontribwixxu sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrifjuta l-idea espressa minn parti interessata minnhom li dawn it-teknoloġiji jenħtieġ li ma jkunux inklużi fis-CM (ara l-premessa 147). Kif spjegat fit-Taqsima 2.3, il-fatturi degradanti jintużaw sabiex isir aġġustament għar-riskju li parti mill-kapaċità jew kollha kemm hija ma tkunx disponibbli sabiex tirrispondi waqt avveniment ta’ stress fis-sistema. Il-metodoloġija użata sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi degradanti applikabbli għar-riħ u għas-solari ġiet approvata mill-PTE (72) u twassal għal fatturi proporzjonati għal dawk użati fi swieq oħra tal-kapaċità fl-UE (73). Għalhekk, b’differenza minn xi partijiet interessati (ara l-premessa 146), il-Kummissjoni tqis li l-fatturi degradanti huma xierqa. |
|
(342) |
Għalkemm il-Kummissjoni ma indirizzatx espliċitament din il-kwistjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, uħud mill-partijiet interessati argumentaw li l-esklużjoni ta’ teknoloġiji mhux issussidjati mill-parteċipazzjoni fis-CM ma kinitx kompatibbli mal-EEAG. Kif imsemmi fil-premessa 146, parti interessata minnhom spjegat li l-farm eoliku mhux issussidjat tagħha ma tħalliex jipparteċipa fl-irkant T-4 tal-2017, filwaqt li ma kienet teżisti l-ebda rotta ta’ prekwalifikazzjoni għall-irkant T-4 imħassar tal-2018 (għas-sena tal-konsenja 2022/2023). |
|
(343) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-regoli deskritti fil-premessi 32 u 33 huma validi sabiex tiġi evitata l-kumulazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Madankollu, jenħtieġ li dawn ma jwasslux għall-esklużjoni tal-fornituri tal-kapaċità, li ma jirċivux għajnuna bħal din. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-argumenti tar-Renju Unit imsemmija fil-premessa 195 u tirrikonoxxi li r-Renju Unit ħa azzjoni malajr. Il-Kummissjoni tilqa’ d-dħul fis-seħħ f’Ġunju 2019 tar-regoli l-ġodda dwar is-CM li jippermettu l-parteċipazzjoni tat-teknoloġiji eoliċi u solari fis-CM deskritti fil-premessa 196. Dawn ir-regoli ser ikunu applikabbli mill-irkanti T-1, T-3, u T-4 ippjanati għal Jannar 2020. Għalhekk, huma se jippermettu lill-operatur tal-farm eoliku msemmi fil-premessa 291 jipparteċipa fl-irkant T-3 li jmiss (sena tal-konsenja 2022/2023). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tinnota li hemm biss każ wieħed li fih fornitur ma setax jipparteċipa fl-ebda wieħed mill-irkanti, jiġifieri farm eoliku wieħed fl-irkant T-4 tal-2017, u b’hekk dan kellu effett negliġibbli fuq is-CM ġenerali. |
|
(344) |
Il-kostijiet kapitali għal ċerti teknoloġiji naqsu b’mod drammatiku f’dawn l-aħħar snin, u għalhekk jista’ ma jkollhomx bżonn aktar appoġġ mill-miżuri deskritti fil-premessa 32. Għalhekk, sabiex fil-futur tiġi evitata l-esklużjoni ta’ fornituri tal-kapaċità, li ma jirċivux għajnuna bħal din, bħal fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa 342, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tar-Renju Unit, deskritt fil-premessa 197, li jiżviluppa r-regoli kollha meħtieġa (pereżempju, iżda mhux limitat għal fatturi degradanti) sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta’ kwalunkwe tip ta’ kapaċità ġdida li jista’ jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, malli t-tali kapaċità jkollha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
6.5.1.6.
|
(345) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ ġeneraturi li jużaw teknoloġiji differenti u ta’ operaturi li joffru miżuri bi prestazzjoni teknika ekwivalenti, skont il-paragrafu (232)(a) tal-EEAG. |
6.5.2. Il-parteċipazzjoni tal-operaturi minn Stati Membri oħra
|
(346) |
Il-paragrafu (232)(b) tal-EEAG jittratta l-possibbiltà li l-operaturi minn Stati Membri oħra jipparteċipaw f’miżura. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni talbet kjarifika dwar jekk, għall-futur, il-parteċipazzjoni transkonfinali fis-CM tal-GB jenħtieġx li tkun limitata għal interkonnettur. |
|
(347) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li r-Renju Unit ressaq evidenza fl-2014 li ma kienx possibbli f’dak l-istadju li tiġi inkluża kapaċità barranija fis-CM mingħajr l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti transkonfinali addizzjonali. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kumplessitajiet ta’ dak iż-żmien li b’mod effettiv setgħu jippermettu l-parteċipazzjoni transkonfinali fis-CM. Minflok, ir-Renju Unit ippermetta li l-kapaċità interkonnessa tipparteċipa direttament fis-CM mit-tieni irkant fl-2015. Madankollu, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-parteċipazzjoni transkonfinali fis-CM jenħtieġx li tkompli tkun limitata għall-interkonnetturi fil-futur. |
|
(348) |
Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2019/943, li se japplika mill-1 ta’ Jannar 2020, il-mekkaniżmi tal-kapaċità jridu jkunu miftuħa għal parteċipazzjoni transkonfinali diretta minn fornituri tal-kapaċità li jinsabu fi Stat Membru ieħor. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tar-Renju Unit, deskritt fil-premessa 200:
|
|
(349) |
Il-paragrafu (232)(b) tal-EEAG jispjega li l-parteċipazzjoni tal-operaturi minn Stati Membri oħra jenħtieġ li tkun permessa fejn it-tali parteċipazzjoni tkun fiżikament possibbli, jiġifieri fejn il-kapaċità tkun tista’ tiġi pprovduta fiżikament lill-Istati Membri li jimplimentaw il-miżura. Għalhekk, il-kompatibilità tas-CM għadha żgurata jekk il-parteċipazzjoni diretta tal-kapaċità barranija ma tkunx possibbli għal irkant partikolari għaliex l-aktar stima riċenti tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni disponibbli diġà ġiet ikkuntrattata b’mod sħiħ fl-irkanti preċedenti tas-CM għas-sena tal-konsenja rilevanti. |
|
(350) |
Fir-rigward tal-kummenti ta’ xi partijiet interessati dwar is-sistema ta’ remunerazzjoni ta’ “limitu massimu u minimu” applikabbli għall-interkonnetturi (ara l-premessa 149), il-Kummissjoni tqis li din is-sitwazzjoni hija differenti minn dawk deskritti fil-premessi 32 sa 33 fir-rigward tal-kumulazzjoni tal-għajnuna. Kif spjegat mir-Renju Unit (ara l-premessa 201) kwalunkwe dħul mis-CM jitqies qabel ma jiġi vvalutat id-dħul ta’ interkonnetturi fir-rigward tal-limitu massimu u minimu. Għalhekk, interkonnettur ikun jirċievi ħlas minimu biss jekk id-dħul totali (inkluż id-dħul mis-CM) ikun anqas mil-limitu minimu, filwaqt li jekk id-dħul totali jkun ogħla mil-limitu massimu, l-interkonnettur iħallas lura lill-konsumatur. Għalhekk, il-“limitu massimu u minimu” huwa differenti minn miżura ta’ appoġġ li tkun timplika kumulazzjoni tal-għajnuna. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma tqisx li l-interkonnetturi misshom ġew esklużi milli jipparteċipaw fis-CM fuq din il-bażi. |
|
(351) |
Fir-rigward tal-kumment tal-parti interessata dwar l-esklużjoni tal-interkonnetturi mill-irkant T-1 li sar fil-bidu tal-2018 għas-sena tal-konsenja 2018/2019 (ara l-premessa 150), il-Kummissjoni tieħu nota tal-argumenti ppreżentati mir-Renju Unit fil-premessa 202. B’mod partikolari, kif spjegat fil-premessi 143 u 144 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-Renju Unit irreveda ’l fuq l-istima tiegħu tal-kontribut tal-interkonnetturi matul l-avvenimenti ta’ stress wara r-rakkomandazzjoni tal-PTE u sabiex jirrispetta l-premessa 124 tad-Deċiżjoni tal-2014. Il-kontribut nett tagħhom żdiedet minn 0 GW għal 2,1 GW għas-sena tal-konsenja 2018/2019 (ara l-premessa 36). Konsegwentement, ir-Renju Unit aġġusta ’l isfel l-ammont ta’ kapaċità li għandha tiġi akkwistata f’dan l-irkant T-1. Madankollu, sabiex l-interkonnetturi jitħallew jipparteċipaw f’dan l-irkant T-1 kienet tkun meħtieġa żieda fil-kapaċità għall-irkantat b’kuntrast mal-aspettattivi tas-suq fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet tal-irkant T-4 tal-2014. |
|
(352) |
Fir-rigward tal-fatturi degradanti applikati għall-interkonnetturi, il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija bbażata fuq interkonnetturi individwali mhijiex diskriminatorja. Kif spjegat mir-Renju Unit fil-premessa 202, dan l-approċċ partikolari għall-interkonnetturi huwa ġġustifikat meta jqis il-grad sinifikanti tad-diversità tal-interkonnetturi u tas-swieq konnessi. Din id-diversità tirrikjedi li NG tuża firxa mmudellata xierqa ta’ fatturi degradanti għal kull pajjiż interkonness (bl-użu ta’ metodoloġija ta’ mmudellar stokastika pan-Ewropea). Barra minn hekk, il-Bord tal-Esperti Tekniċi jeżamina indipendentement jekk iċ-ċifri degradanti humiex xierqa. |
|
(353) |
Fir-rigward tal-kumment tal-parti interessata dwar l-esklużjoni tal-interkonnetturi mill-aċċess għall-kuntratti tal-kapaċità ta’ aktar minn sena (ara l-premessa 150), il-Kummissjoni taqbel mar-Renju Unit li l-għoti ta’ kuntratti aktar fit-tul lill-interkonnetturi jkun inkonsistenti mal-pożizzjoni tar-Renju Unit li l-mudell tal-interkonnetturi huwa soluzzjoni għal terminu qasir (ara l-premessa 202) sakemm tiġi introdotta l-parteċipazzjoni barranija diretta. Sa fejn l-interkonnettur tal-kapaċità jirċievi kuntratti fl-irkant, din il-kapaċità ma tkunx disponibbli għall-importazzjonijiet mill-fornituri tal-kapaċità li jinsabu f’pajjiżi ġirien. Għalhekk, il-parteċipazzjoni diretta tal-kapaċità barranija ma tkunx possibbli. |
|
(354) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li jekk l-interkonnetturi jitħallew ikollhom aċċess għal kuntratti ta’ kapaċità ta’ aktar minn sena, dan ikun imur kontra l-paragrafu 232(b) tal-EEAG u speċjalment in-nota 97 f’qiegħ il-paġna tal-EEAG, li skont din l-iskemi jenħtieġ li jiġu aġġustati fil-każ li jiġu adottati arranġamenti komuni sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni transkonfinali fi skemi bħal dawn. |
|
(355) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM jippermetti l-parteċipazzjoni tal-operaturi minn Stati Membri oħra u, għalhekk, jissodisfa l-linja gwida fil-paragrafu 232(b) tal-EEAG. |
6.5.3. Il-parteċipazzjoni ta’ numru suffiċjenti ta’ operaturi sabiex jiġi stabbilit prezz kompetittiv għall-kapaċità
|
(356) |
Il-paragrafu (232)(c) jittratta l-possibbiltà li għadd suffiċjenti ta’ ġeneraturi jipparteċipaw sabiex jiġi stabbilit prezz kompetittiv għall-kapaċità. Kif muri fit-Tabella 7, il-prezz tal-kapaċità ma kienx eċċessiv u saħansitra naqas minn GBP 19,40/kW fl-irkant T-4 tal-2014, għal GBP 8,40/kW fl-irkant T-4 tal-2017. Barra minn hekk, il-prezz tal-kapaċità fl-irkanti T-1 naqas b’mod qawwi wkoll, minn GBP 6,00/kW fl-2017 għal GBP 0,77/kW fl-irkant kondizzjonali li sar f’Ġunju 2019. |
|
(357) |
Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati li jindika bil-kontra. Għalhekk, hija tikkonkludi li hemm numru suffiċjenti ta’ kapaċitajiet jipparteċipaw fis-Suq tal-Kapaċità sabiex jiġi stabbilit prezz kompetittiv għall-kapaċità, f’konformità mal-paragrafu (232)(c) tal-EEAG. |
6.5.4. L-evitar ta’ effetti negattivi fuq is-suq intern minħabba miżuri regolatorji
|
(358) |
Kif deskritt fil-premessi 110 sa 118 ta’ din id-deċiżjoni (ara wkoll il-premessi 102 sa 110 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ), ir-Renju Unit implimenta sensiela ta’ riformi sabiex itejjeb il-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. |
|
(359) |
Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati li jindika bil-kontra u, fuq il-bażi tal-argumenti msemmija hawn fuq, hija tikkonkludi li s-suq tal-kapaċità tal-GB jevita effetti negattivi fuq is-suq intern, skont il-punt (232)(d) tal-EEAG. |
6.5.5. L-impatt fuq l-inċentivi għall-investiment fil-kapaċità ta’ interkonnessjoni u l-akkoppjament tas-swieq
|
(360) |
L-interkonnetturi setgħu jipparteċipaw fl-irkant tas-CM mit-tieni rkant fl-2015, kif spjegat fil-premessa 34. Għalhekk, is-CM ikkontribwixxa għall-finanzjament tal-interkonnetturi. Notevolment, kif muri fit-Tabella 2 aktar ’il fuq, 3 CMUs ta’ binja ġdida rnexxew fl-irkant T-4 tal-2017. |
|
(361) |
B’mod aktar ġenerali, kif deskritt fil-premessa 116 ta’ din id-deċiżjoni, il-livell ta’ interkonnessjoni tar-Renju Unit żdied minn 4 % fl-2014 għal 6 % tal-kapaċità installata totali fl-2019, b’mod partikolari hekk kif l-interkonnettur NEMO mal-Belġju beda jopera fil-31 ta’ Jannar 2019. Il-kapaċità ta’ interkonnessjoni hija ppjanata li tiżdied għal 9 % sal-2021 (74). Barra minn hekk, il-miżuri deskritti fit-Taqsima 2.8.4 jgħinu sabiex l-akkoppjament tas-swieq jaħdem b’mod aktar effettiv. |
|
(362) |
Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati li jindika bil-kontra. Għalhekk, hija tikkonkludi li s-CM ma jnaqqasx l-inċentivi għall-investiment fil-kapaċità ta’ interkonnessjoni jew fl-akkoppjament tas-swieq, f’konformità mal-paragrafu (233)(a) u (b) tal-EEAG. |
6.5.6. Impatt fuq deċiżjonijiet ta’ investiment li ġew qabel l-introduzzjoni tal-miżura
|
(363) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni indikat li, skont l-immudellar ippreżentat mir-Renju Unit, l-introduzzjoni tas-CM maż-żmien ikollha tendenza li tnaqqas il-prezzijiet tal-elettriku fis-suq tal-enerġija. Għalhekk, il-fatt li l-ġeneraturi eżistenti – li ħadu d-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq il-bażi tal-prezzijiet proġettati tal-enerġija bl-ingrossa – għandhom aċċess għas-CM u jistgħu jżidu d-dħul tagħhom mis-suq jimplika li bħala medja d-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom m’humiex imxekkla. Barra minn hekk, l-impjanti li bdew il-kostruzzjoni bejn Mejju 2012 u l-ewwel irkant fl-2014 tqiesu bħala impjanti ġodda sabiex jiġu rikonoxxuti l-investiment kapitali tagħhom u l-aspettattiva tagħhom tal-introduzzjoni tas-CM. |
|
(364) |
Bħal fi kwalunkwe tibdil fit-tfassil tas-suq, jista’ jkun mistenni li xi wħud mill-impjanti eżistenti jistgħu jiġu affettwati aktar minn oħrajn. B’mod partikolari, dawk l-impjanti li nbnew aktar reċentement iżda qabel Mejju 2012, u li għalhekk mhumiex f’pożizzjoni li jikkwalifikaw bħala “ġodda” fis-CM, jistgħu jkunu mistennija li jiġu affettwati aktar mill-introduzzjoni tal-miżura. Madankollu, kwalunkwe impatt negattiv potenzjali jenħtieġ li jkun limitat mill-fatt li kwalunkwe impjant jista’ jkollu aċċess għas-CM, u jenħtieġ li jkun ikkumpensat bil-benefiċċji sostanzjali li l-miżura jenħtieġ li ġġib għas-sistema tal-elettriku, anki fid-dawl tas-sinjal ċar tal-prezz li s-CM jenħtieġ li tipprovdi fir-rigward tal-kapaċità. Dan is-sinjal tal-prezz ma jkunx jeżisti mingħajr il-miżura u jkun jeħtieġ li jitkejjel indirettament permezz tal-prezz tal-elettriku. |
|
(365) |
Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati li jindika bil-kontra. Għalhekk, hija tikkonkludi li s-Suq tal-Kapaċità ma jipperikolax deċiżjonijiet ta’ investiment li ttieħdu qabel l-introduzzjoni tal-miżura, f’konformità mal-paragrafu (233)(c) tal-EEAG. |
6.5.7. L-impatt fuq id-dominanza fis-suq
|
(366) |
Il-paragrafu (232)(d) tal-EEAG jittratta l-ħtieġa li jiġu evitati effetti negattivi fuq is-suq intern. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li kuntratti ta’ kapaċità itwal għal investimenti ġodda ppermettew lil dawk li jidħlu ġodda jiksbu l-finanzjament meħtieġ. Din il-karatteristika tkun tgħin ukoll sabiex tiġġieled ir-riskju ta’ pożizzjoni dominanti permezz ta’ dħul aktar faċli fis-suq. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-karatteristika qawwija ta’ skoperta tal-prezzijiet f’disinn ta’ arloġġ li dejjem jonqos bi prezzijiet uniformi tnaqqas ir-riskju ta’ eżerċitar tas-saħħa fis-suq fl-irkant. |
|
(367) |
Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati li jindika bil-kontra. Għalhekk, hija tikkonkludi li s-Suq tal-Kapaċità ma jssaħħaħx il-pożizzjoni dominanti, skont il-paragrafu (232)(d) tal-EEAG. |
6.5.8. Il-preferenza tat-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fil-każ ta’ parametri tekniċi u ekonomiċi ekwivalenti
|
(368) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat lista ta’ raġunijiet għaliex ikkunsidrat li s-CM kien jagħti preferenza lill-ġeneraturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fil-każ ta’ parametri tekniċi u ekonomiċi ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu (233)(e) tal-EEAG:
|
|
(369) |
Kif imsemmi fil-premessa 160, uħud mill-partijiet interessati insistew fuq il-ħtieġa li s-CM jiġi mmodifikat sabiex jiffavorixxi b’mod ġenerali t-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Barra minn hekk, fir-rapport imsemmi fil-premessa 21, il-Kumitat tax-Xjenza u tat-Teknoloġija tal-House of Commons issuġġerixxa li s-CM jenħtieġ li jappoġġja t-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju kemm jista’ jkun u jenħtieġ li jinkludi proporzjon minimu ta’ finanzjament tas-CM li jrid jingħata lit-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Il-Kummissjoni tistma li, sabiex ikun hemm konformità mal-EEAG, it-tibdiliet issuġġeriti għas-CM tal-GB mhumiex meħtieġa minħabba li l-paragrafu 233(e) tal-EEAG jirrikjedi li s-CM jagħti preferenza lill-kapaċitajiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju biss fil-każ ta’ parametri tekniċi u ekonomiċi ekwivalenti. |
|
(370) |
Fir-rigward tal-kummenti tal-partijiet interessati li jindikaw li s-CM jenħtieġ li jirrispetta l-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2 imposti mir-Regolament (UE) 2019/943 (ara l-premessa 161), il-Kummissjoni tinnota li:
|
|
(371) |
Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM jagħti preferenza lit-teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fil-każ ta’ parametri tekniċi u ekonomiċi ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu (233)(e) tal-EEAG. |
6.5.9. Konklużjoni dwar l-evitar ta’ effetti negattivi indebiti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(372) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CM jissodisfa l-linji gwida stipulati fit-Taqsima 3.9.6 tal-EEAG. |
6.6. Konformità mal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat
|
(373) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-miżura ma introduċa l-ebda restrizzjoni li tista’ tikser l-Artikolu 30 jew l-Artikolu 110 tat-Trattat. |
|
(374) |
Kif spjegat fil-premessa 88 hawn fuq, il-ħlasijiet huma ffinanzjati minn imposta fuq il-fornituri tal-elettriku (l-“obbligu tal-fornitur”). Il-fornitur tas-servizzi ta’ saldu jikkalkola u jiġbor il-pagamenti skont l-obbligu tal-fornitur. Ir-Renju Unit jispjega li l-obbligu tal-fornitur huwa impost fuq il-fornituri liċenzjati kollha fir-rigward tas-sehem tagħhom mis-suq ibbażat fuq il-volumi tal-elettriku mibjugħa. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-imposta hija simili ħafna għal taxxa fuq l-elettriku kkonsmat. |
|
(375) |
Fir-rigward tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat, hija każistika stabbilita li fl-istat attwali ta’ żvilupp tiegħu, id-dritt tal-Unjoni ma jillimitax il-libertà ta’ kull Stat Membru li jistabbilixxi sistema ta’ taxxa li tiddistingwi bejn ċerti prodotti, anki prodotti simili skont it-tifsira tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 tat-Trattat, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, bħan-natura tal-materja prima użata jew il-proċessi ta’ produzzjoni użati. Madankollu, tali differenzazzjoni tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni biss jekk tfittex l-objettivi li huma stess ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, u jekk ir-regoli dettaljati jkunu tali li jevitaw kull forma ta’ diskriminazzjoni, diretta jew indiretta, kontra importazzjonijiet minn Stati Membri oħra jew kull forma ta’ protezzjoni ta’ prodotti domestiċi kompetituri (76). |
|
(376) |
Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati jew mir-Renju Unit li juri l-kuntrarju u żżomm il-konklużjoni preliminari tagħha. |
|
(377) |
Trattament diskriminatorju kontra importazzjonijiet minn Stati Membri oħra jippresupponi li sitwazzjonijiet simili jkunu trattati b’mod differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk l-importazzjonijiet humiex f’sitwazzjoni simili għall-produzzjoni nazzjonali. Kif spjegat fil-premessa 34, l-interkonnetturi kienu eliġibbli għall-parteċipazzjoni fis-CM mit-tieni rkant fl-2015, bħala CMUs, b’termini ugwali bħall-kapaċità bbażata fil-GB. Barra minn hekk, għall-futur, kif deskritt fil-premessa 200, ir-Renju Unit se jippermetti l-parteċipazzjoni diretta tal-kapaċitajiet barranin fis-CM. |
|
(378) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-miżura ma jintroduċi l-ebda restrizzjoni li tista’ tikser l-Artikolu 30 jew l-Artikolu 110 tat-Trattat. |
6.7. Trasparenza
|
(379) |
Kif spjegat fil-premessa 221, ir-Renju Unit ħa impenn li japplika l-kundizzjonijiet ta’ trasparenza speċifikati fit-Taqsima 3.2.7 tal-EEAG sa fejn applikabbli għall-għajnuna mogħtija taħt is-Suq tal-Kapaċità. Għalhekk, din il-linja gwida hija ssodisfata. |
6.8. Applikabbiltà tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà
|
(380) |
Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (QĠ) fil-kawża T-793/14 — Tempus vs il-Kummissjoni annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014. Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni appellat is-sentenza tal-QĠ (kawża C-57/19). Billi l-appell ma kellux effett ta’ sospensjoni, sabiex ikun hemm konformità mas-sentenza tal-QĠ, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta mill-ġdid is-CM tal-GB u fil-21 ta’ Frar 2019, hija bdiet il-proċedimenti ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE. |
|
(381) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza tad-dritt, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit l-istatus ta’ din id-deċiżjoni jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li treġġa’ lura s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-793/14, li fiha d-Deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 tkun valida mid-data tal-adozzjoni tagħha. F’dan il-każ, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà mwettqa f’din id-deċiżjoni fir-rigward tal-miżuri fis-seħħ sad-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni ma jkollha ebda skop u effett legali. Fir-rigward tal-modifiki tas-suq tal-kapaċità meta mqabbel mal-mekkaniżmu approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni tqis li dawn it-tibdiliet, deskritti fil-premessi 182, 187, 194, 197, 200 u 218, dawn jikkostitwixxu alterazzjonijiet fis-suq tal-kapaċità skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (77), li l-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat fuq il-bażi tal-valutazzjoni żviluppata f’din id-deċiżjoni. |
7. KONKLUŻJONI
|
(382) |
Il-Kummissjoni ssib li, mid-data tal-implimentazzjoni tal-miżura u sad-data tas-sospensjoni tagħha, fil-15 ta’ Novembru 2018, wara s-sentenza tal-QĠ (78), ir-Renju Unit implimenta b’mod illegali s-CM bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, kif spjegat fil-premessa 235. Madankollu, il-Kummissjoni ssib li l-miżura hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-linji gwida fit-Taqsima 3.9 tal-EEAG għal perjodu massimu ta’ 10 snin mid-data meta l-miżura kienet implimentata għall-ewwel darba fl-2014 (meqjusa li hija s-16 ta’ Diċembru 2014, jiġifieri meta sar l-ewwel irkant tas-CM) (79). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iskema ta’ għajnuna fil-forma tas-Suq tal-Kapaċità implimentata mir-Renju Unit skont l-Energy Act 2013 (“l-iskema ta’ għajnuna”) hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Il-Kummissjoni tawtorizza l-iskema ta’ għajnuna għal perjodu massimu ta’ 10 snin mis-16 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 2
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja treġġa’ lura s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-Kawża T-793/14 u tiddeċiedi li tikkonferma d-Deċiżjoni C(2014) 5083, l-Artikolu 1 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
It-tibdiliet proposti fl-iskema ta’ għajnuna ddikjarata kompatibbli bid-Deċiżjoni C(2014) 5083, li ġew innotifikati lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Settembru 2019 u li huma deskritti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni sal-15 ta’ Diċembru 2024.”
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 109, 22.3.2019, p. 3.
(2) L-Irlanda ta’ Fuq mhijiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura proposta billi għandha arranġamenti separati għas-suq tal-elettriku.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-iskema ta’ għajnuna għas-“suq tal-kapaċità” proposta mir-Renju Unit (Għajnuna mill-Istat SA.35980 (2014/N-2)) (ĠU C 348, 3.10.2014, p. 5)
(4) Ara n-nota 1 f ’qiegħ il-paġna.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 li ttieħdet bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu skont l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/274 tal-11 ta’ Jannar 2019 dwar l-iffirmar, f ’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 47 I, 19.2.2019, p. 1).
(7) Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/274 dwar l-iffirmar, f ’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, COM(2019)880 final tat-18 ta’ Ottubru 2019.
(8) https://www.gov.uk/government/publications/capacity-market-5-year-review-2014-to-2019
(9) https://www.ofgem.gov.uk/publications-and-updates/report-our-five-year-review-capacity-market-rules-and-forward-work-plan
(10) https://publications.parliament.uk/pa/cm201719/cmselect/cmsctech/1454/145402.htm
(11) L-Att tal-2013 dwar l-Enerġija jipprovdi lis-Segretarju tal-Istat bis-setgħa li jagħmel Regolamenti u Regoli li jistabbilixxu s-Suq tal-Kapaċità. It-Taqsima 28(4)(g) tal-Att tal-2013 dwar l-Enerġija tagħti lis-Segretarju tal-Istat is-setgħa li jagħmel regolamenti dwar Korp ta’ Saldu sabiex jamministra s-saldu ta’ pagamenti ta’ kapaċità jew inċentivi ta’ kapaċità. Ir-regolamenti li saru sabiex jiġi stabbilit is-Suq tal-Kapaċità jimponu dmir fuq is-Segretarju tal-Istat sabiex jaħtar Korp ta’ Saldu (ir-regolament 80 tar-Regolamenti dwar il-Kapaċità tal-Elettriku 2014). L-Electricity Settlement Company (Kumpanija ta’ Saldu tal-Elettriku — “ESC”) inħatret mis-Segretarju tal-Istat skont dan id-dmir.
(12) Ara l-Artikolu 40(1) tar-Regolamenti dwar il-Kapaċità tal-Elettriku 2014: “Fornitur tal-kapaċità (“C”) huwa intitolat […] li jirċievi mingħand il-Korp ta’ Saldu pagament tal-kapaċità ddeterminat skont dan ir-regolament fir-rigward ta’ kull xahar ta’ sena tal-konsenja (“xahar M”) għas-CMUs b ’kapaċità impenjata li għalihom C kienet il-fornitur tal-kapaċità matul ix-xahar M.”
(13) Il-Kumpanija ta’ Saldu tal-Elettriku (“ESC”) ġiet inkorporata f ’Marzu 2014 bħala kumpanija limitata b ’ishma, u hija proprjetà sħiħa tas-Segretarju tal-Istat li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala l-uniku Azzjonist tagħha. Iċ-Ċertifikat ta’ Inkorporazzjoni tal-ESC u d-dokumenti kostituzzjonali tagħha inklużi l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha huma disponibbli pubblikament hawnhekk: https://beta.companieshouse.gov.uk/company/08961281/filing-history?page=2
(14) Billi huwa l-uniku azzjonist tal-ESC, is-Segretarju tal-Istat iżomm xi kontroll ġenerali permezz ta’ passi, li jistgħu jittieħdu mill-azzjonisti tal-kumpanija, pereżempju billi jgħaddi riżoluzzjonijiet speċjali. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, is-Segretarju tal-Istat jista’ jimmodifika kif il-Korp ta’ Riżoluzzjoni jwettaq il-funzjonijiet tiegħu fir-rigward tas-Suq tal-Kapaċità billi juża s-setgħat regolamentazzjoni fl-Att dwar l-Enerġija 2013 sabiex ibiddel ir-regolamenti, li japplikaw għall-Korp ta’ Riżoluzzjoni. L-użu ta’ dawn is-setgħat ta’ regolamentazzjoni huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament. Fl-aktar ċirkostanzi serji, is-Segretarju tal-Istat jista’ b ’mod unilaterali jtemm il-ħatra tal-president tal-Bord tad-Diretturi tal-ESC u r-Regolament 80 tar-Regolamenti dwar il-Kapaċità tal-Elettriku 2014 jistipula li s-Segretarju tal-Istat jista’ jtemm il-ħatra tal-Korp ta’ Saldu.
(15) L-irkanti T-1 2018 u T-4 2018 ġew sospiżi wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-793/14. Il-kapaċità rreġistrata bħala “rkant imdaħħal” hija l-ammont ta’ kapaċità li inizjalment ġiet prekwalifikata għal dawn l-irkanti futuri (xi wħud jistgħu jirtiraw qabel l-irkant innifsu), ara r-referenza għal “sosp.” fit-test.
(16) Fattur ta’ degradazzjoni huwa fattur li jiġi applikat għall-kapaċità ta’ CMU mressqa f ’irkant tal-kapaċità sabiex tiġi dderivata l-kapaċità degradada tagħha. Il-kapaċità kollha li tikkontribwixxi għas-CM trid tkun “degradata” sabiex isir aġġustament għar-riskju li wħud minnhom jew kollha kemm huma ma jkunux disponibbli sabiex jirrispondu waqt avveniment ta’ stress fis-sistema. Barra minn hekk, fil-każ tal-interkonnetturi, il-fatturi ta’ degradazzjoni huma ddeterminati individwalment għal kull interkonnettur mis-Segretarju tal-Istat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà teknika u ta’ analiżi tal-flussi probabbli tal-pajjiż fi żminijiet ta’ stress fis-sistema.
(17) Obbligu li tiġi pprovduta l-kapaċità (jiġifieri riskju ta’ penali) skont is-Suq tal-Kapaċità jista’ jinċentiva impjant barrani tal-enerġija sabiex ibigħ l-elettriku fis-suq tar-Renju Unit minflok fis-suq nazzjonali tiegħu anki b ’kost anqas mill-kost marġinali tiegħu. Dan imur kontra l-ordni tal-mertu li fih il-parteċipanti fis-suq ibigħu l-elettriku tagħhom fuq il-bażi tal-kostijiet marġinali biss.
(18) DSR ipprovat huwa differenti mid-DSR mhux ipprovat peress li l-kapaċità tiegħu tkun ġiet ipprovata permezz ta’ Ċertifikat tat-Test ta’ DSR maħruġ għal dik is-CMU DSR mill-Korp tal-Konsenja (National Grid).
(19) Mudell tal-kost tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Aġġornament tal-2013 ta’ teknoloġiji mhux rinnovabbli. April 2013. Imħejji minn Parsons Brinckerhoff għad-Department of Energy and Climate Change (Dipartiment tal-Enerġija u tat-Tibdil fil-Klima). Numru tal-PIMS: 3512649 A
(20) Ara l-premessi 70 u 71
(21) Barra minn hekk, ir-Renju Unit introduċa rkant supplimentari tal-kapaċità f ’Jannar 2017 sabiex jikkuntratta kapaċità għall-konsenja mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ Settembru 2018. Dan l-irkant supplimentari ġie approvat b ’deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat C(2016) 7757 final f ’SA.44475 (2016/N).
(22) Wara terminazzjonijiet fi Frar 2018, il-kapaċità hija ta’ 47,53GW.
(23) Il-proporzjon għoli ta’ kapaċità eżistenti li tipparteċipa bħala Prendituri tal-Prezzijiet fl-irkant T-1 x’aktarx huwa dovut għall-fatt li ħafna minn din il-kapaċità eżistenti ġejja mill-eqdem impjant li huwa l-aktar marġinali, u li ma jistax jieħu impenn, permezz tal-irkanti T-4, li jibqa’ miftuħ tant minn qabel is-sena tal-konsenja.
(24) Kapaċità ta’ ġenerazzjoni eżistenti mogħtija ftehimiet ta’ kapaċità. Wara l-prekwalifikazzjoni 6 803MW (72 %) ikkwalifikaw bħala prendituri tal-prezzijiet.
(25) Il-klawżola ta’ anterjorità hija dispożizzjoni li fiha regola antika tkompli tapplika għal ċerti sitwazzjonijiet eżistenti, filwaqt li regola ġdida tapplika għall-każijiet futuri kollha.
(26) https://www.ofgem.gov.uk/electricity/wholesale-market/market-efficiency-review-and-reform/electricity-market-reform/capacity-market-cm-rules
(27) Ir-reġistri tas-CM jiġu aġġornati regolarment sabiex jirriflettu l-kapaċità li ma jibqx ikollha ftehim. It-total ippreżentat hawnhekk jirrappreżenta l-ammont impenjat fl-irkant. Ma ġiex aġġustat għall-kapaċità li tiġi eskluża minn meta jkun sar l-irkant li ma tkunx għadha eliġibbli għall-ħlasijiet tal-kapaċità. Il-valuri ma ġewx aġġustati għall-inflazzjoni.
(28) Dawn il-figuri ttieħdu mid-Digest tal-United Kingdom Energy Statistics 2018 https://www.gov.uk/government/statistics/digest-of-uk-energy-statistics-dukes-2018-main-report
(29) http://fes.nationalgrid.com/
(30) Cramton u Stoft (2006): “The Convergence of Market Designs for Adequate Generating Capacity”; Joskow (2006): “Competitive Energy Markets and Investment in New Generating Capacity”; Cramton, Ockenfels u Stoft (2013): “Capacity Market Fundamentals”
(31) London Economics “The Value of Lost Load (VoLL) for Electricity in Great Britain” (2013).
(32) In-numru ta’ arloġġi intelliġenti domestiċi tal-elettriku mħaddma mill-fornituri l-kbar tal-enerġija żdied b ’26 darba bejn it-tieni trimestru tal-2014 u t-tielet trimestru tal-2018. In-numru ta’ arlooġi tal-elettriku avvanzati u intelliġenti mħaddma mill-fornituri l-kbar tal-enerġija, f ’siti iżgħar mhux domestiċi żdied bi 12 % bejn it-tieni trimestru tal-2014 u t-tielet trimestru tal-2018. Madankollu, fit-tielet trimestru tal-2018, arloġġi intelliġenti u arloġġi tat-tip intelliġenti (li joperaw f ’modalità intelliġenti) kienu jirrappreżentaw anqas minn 30 % min-numru totali ta’ arloġġi domestiċi tal-elettriku mħaddma mill-fornituri l-kbar tal-enerġija. Sors: https://www.gov.uk/government/statistics/statistical-release-and-data-smart-meters-great-britain-quarter-3-2018
(33) F ’Diċembru 2018, kien hemm tariffa ToU dinamika waħda biss, imnedija minn Octopus Energy fi Frar 2018 li tipprovdi lill-konsumaturi b ’aġġornamenti ta’ nofs siegħa fil-prezzijiet li jirriflettu l-kostijiet attwali tal-enerġija bl-ingrossa.
(34) https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/633442/upgrading-our-energy-system-july-2017.pdf
(35) https://www.ofgem.gov.uk/publications-and-updates/electricity-balancing-scr-launch-statement
(36) https://www.ofgem.gov.uk/publications-and-updates/electricity-balancing-significant-code-review-final-policy-decision
(37) Użu tal-Probabbiltà tat-Telf tat-Tagħbija (LOLP) u l-Valur tat-Tagħbija Mitlufa (VoLL)
(38) https://www.ofgem.gov.uk/publications-and-updates/review-first-phase-electricity-balancing-significant-code-review
(39) Madankollu, wieħed jinnota li r-riforma fil-ħruġ tal-flus se tipprovdi sinjali mtejba b ’mod sinifikanti tal-prezzijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir għall-konsenja, u għalhekk sinjali mtejba għall-investiment f ’kapaċità flessibbli.
(40) Skont l-arranġamenti kurrenti tal-mekkaniżmu ta’ bbilanċjar tal-ħlas bi prezz diskriminatorju, il-partijiet jistgħu biss jaqilgħu kirjiet tal-iskarsezza jekk joffru b ’suċċess enerġija b ’dan il-prezz qabel ma jingħalaq in-negozju (f ’liema każ hemm ir-riskju li ma jittiħdux jekk ma jimmaterjalizzax avveniment ta’ stress), jew jekk ikunu żbilanċjati (f ’liema każ iġarrbu r-riskju li l-prezz ikun anqas mill-kost marġinali tagħhom fuq perjodu ta’ żmien qasir jekk avveniment ta’ stress ma jimmaterjalizzax). Ikun meħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ bbilanċjar isir suq bi prezz uniformi, li fih il-ġeneraturi kollha jitħallsu l-prezz ta’ referenza, għal suq likwidu f ’opzjonijiet innegozjati kontra l-prezz tas-suq ta’ bbilanċjar li għandu jiġi żviluppat.
(41) Dawn il-figuri jassumu li l-kapaċità tar-Renju Unit li jiġġenera l-elettriku tibqa ’ kostanti għal 81,3GW.
(42) https://www.ofgem.gov.uk/publications-and-updates/integrated-transmission-planning-and-regulation-itpr-project-final-conclusions
(43) Ara l-Artikolu 21(8) tar-Regolament(UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(44) Id-data ta’ implimentazzjoni titqies li hija s-16 ta’ Diċembru 2014 meta seħħ l-ewwel irkant taħt is-suq tal-kapaċità.
(45) Ara l-Kawża C-199/06 CELF, ECLI:EU:C:2008:79, il-punti 61 u 64.
(46) L-avviż tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22)
(47) ĠU C 200/1, 28.6.2014, p. 1.
(48) Il-Kawża 34/86 Il-Kunsill vs il-Parlament, [1986] Ġabra 2155, il-punt 47; Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-punt 31; u l-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques vs Il-Kunsill [2000] Ġabra I-8147, il-punt 82.
(49) L-istimi ta’ CAPEX tad-DSR inklużi fil-kummenti huma baxxi ħafna (“qrib iż-żero”, “diversi eluf ta’ liri jew anqas minn 5 GBP/kW”, “kost medju ta’ GBP 0,15/kW” fl-Irkanti tranżizzjonali)
(50) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(51) Noti ta’ Ofgem fl-Istat tas-Suq tal-Enerġija 2018 tagħha: “It-tbassir tan-National Grid tad-domanda għat-trażmissjoni kien konsistentement ogħla mill-eżiti mill-2011 ’l hawn b ’medja ta’ madwar 1,5GW. Filwaqt li jista’ jitqies bħala prudenti għall-Operatur tas-Sistema li jieħu approċċ konservattiv għat-tbassir tad-domanda, dan għandu bżonn jiġi bbilanċjat mal-kostijiet tal-akkwist ta’ kapaċità addizzjonali. Matul is-sena li għaddiet National Grid għamlet għadd ta’ bidliet fil-proċess tat-tbassir tad-domanda tagħha, li b ’mod ġenerali rriżultaw fi tnaqqis fil-fehma tagħha dwar id-domanda sottostanti.”
(52) Din tal-aħħar hija magħrufa bħala problema ta’ “ċirku vizzjuż”.
(53) Rapport Finali tal-Inkjesta Settorjali dwar il-Mekkaniżmi ta’ Kapaċità, SWD(2016) 385 final
(54) Il-Kambju Trans-Ewropew ta’ Riżervi għas-Sostituzzjoni, suq pan-Ewropew ta’ servizzi ta’ bbilanċjar li mistenni jidħol fis-seħħ fl-aħħar tal-2019
(55) Il-Kawża 76/78 Steinike u Weinlig vs Il-Ġermanja [1977] Ġabra 595, il-punt 21; Il-Kawża C-379/98 PreussenElektra [2001] Ġabra I-2099, il-punt 58; Il-Kawża C-706/17 Achema [2019], il-punt 47 u dawk segwenti.
(56) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41
(57) Ara b ’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15), id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55), ir-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(58) Ara l-Kawża C-199/06 CELF, ECLI:EU:C:2008:79, il-punti 61 u 64.
(59) ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.
(60) L-avviż tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22).
(61) Il-Kawża 34/86 Il-Kunsill vs il-Parlament, [1986] Ġabra 2155, il-punt 47; Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, il-punt 31; u l-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques vs Il-Kunsill [2000] Ġabra I-8147, il-punt 82.
(62) ENTSO-E (2014), “Scenario Outlook and Adequacy Forecast 2014-2030”, it-2 ta’ Ġunju 2014
(63) https://www.entsoe.eu/outlooks/midterm/
(64) Skont ir-Renju Unit, aktar minn 500MW ta’ binjiet ġodda tad-diżil rebħu ftehimiet ta’ kapaċità fl-2015 (primarjament impjant żgħir li jintuża meta togħla d-domanda, b ’36 CMU totali identifikati). Dan l-ammont naqas għal 5MW biss (1 CMU) sal-irkant tal-2017. Ir-Renju Unit jirrapporta li l-ġenerazzjoni eżistenti tad-diżil tista’ tkun mistennija li tara tnaqqis sinifikanti fl-irkant T-4 tal-2019, peress li l-kontrolli tal-emissjonijiet għal impjanti eżistenti jidħlu fis-seħħ għal impjanti eżistenti f ’Jannar 2024 (għal impjanti bejn 5 u 50MW).
(65) Skont ir-Rapport tal-2019 ta’ Ofgem dwar l-Istat tas-Suq tal-Enerġija: “ Is-CM għen sabiex jiġu appoġġjati marġini ogħla ta’ kuljum għax-xitwa 2018/19 milli fis-snin ta’ qabel, u kompla jnaqqas u jistabbilizza l-prezzijiet tal-iżbilanċ permezz ta’ żieda fil-kapaċità tas-sistema ”. Fir-rapport finali tagħha msemmi fil-premessa 21, Ofgem tikteb ukoll: “ Fl-ewwel sena sħiħa ta’ ħidma tas-CM (2017/18) kien hemm marġini ogħla ta’ kapaċità ta’ kuljum fix-xitwa milli fix-xitwa 2016/17. Dan jissuġġerixxi li s-CM kien effettiv s ’issa fit-titjib tal-marġini tal-kapaċità. Għamel dan permezz ta’ taħlita ta’ tnaqqis tar-rata li biha tagħlaq il-kapaċità eżistenti, u ta’ stimolazzjoni ta’ investiment f ’kapaċità ġdida.”
(66) Is-CBR tikkonsisti fir-Riżerva ta’ Bbilanċjar Supplimentari (SBR), fejn l-impjanti tal-enerġija eżistenti ġew ikkuntrattati minn NGESO barra mis-suq sabiex ikunu lesti sabiex jiġġeneraw elettriku addizzjonali u r-Riżerva ta’ Bbilanċjar fin-Naħa tad-Domanda (“DBSR”) fejn il-kumpaniji ġew ikkuntrattati minn NGESO sabiex inaqqsu l-ħinijiet tal-użu tal-elettriku tagħhom tad-domanda massima. Skont Ofgem, pereżempju, “ fl-2016/17 NGESO akkwista madwar 3,5 GW ta’ CBR u għalhekk mingħajr l-użu ta’ din l-għodda ta’ akkwist addizzjonali, il-marġni kien ikun ftit ogħla minn żero ”.
(67) Rapport Finali tal-Inkjesta Settorjali dwar il-Mekkaniżmi ta’ Kapaċità, SWD(2016) 385 final
(68) Sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2013, C-287/12 P, Ryanair/il-Kummissjoni, EU:C:2013:395, il-punti 67 u 68
(69) https://www.emrdeliverybody.com/Prequalification/EMR%20DB%20Consultation%20response%20-%20De-rating%20Factor%20Methodology%20for%20Renewables%20Participation%20in%20the%20CM.pdf
(70) Il-fatturi degradanti użati għall-prekwalifikazzjoni għall-irkant T-4, T-3 u T-1 li jmiss (ara l-premessa 18(d)) huma dawn li ġejjin: għall-eoliċi fuq l-art, bejn 7,42 % u 8,98 %; għall-eoliċi offshore, bejn 10,55 % u 14,45 %; għall-PV solari, bejn 2,34 % u 3,22 %. Dawn il-fatturi degradanti huma komparabbli għal dawk użati fl-Irlanda (pereżempju, għall-Irkant tal-Kapaċità T-1 2019/2020, ara http://sem-o.com/documents/general-publications/Initial-Auction-Information-Pack_IAIP1920T1.pdf) u fl-Italja (ara d-deċiżjoni C 2018 617 final).
(71) Sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2013, C-287/12 P, Ryanair/il-Kummissjoni, EU:C:2013:395, il-punti 67 u 68
(72) https://www.emrdeliverybody.com/Prequalification/EMR%20DB%20Consultation%20response%20-%20De-rating%20Factor%20Methodology%20for%20Renewables%20Participation%20in%20the%20CM.pdf
(73) Il-fatturi degradanti użati għall-prekwalifikazzjoni għall-irkant T-4, T-3 u T-1 li jmiss (ara l-premessa 18(d)) huma dawn li ġejjin: għall-eoliċi fuq l-art, bejn 7,42 % u 8,98 %; għall-eoliċi offshore, bejn 10,55 % u 14,45 %; għall-PV solari, bejn 2,34 % u 3,22 %. Dawn il-fatturi degradanti huma komparabbli għal dawk użati fl-Irlanda (pereżempju, għall-Irkant tal-Kapaċità T-1 2019/2020, ara http://sem-o.com/documents/general-publications/Initial-Auction-Information-Pack_IAIP1920T1.pdf) u fl-Italja (ara d-deċiżjoni C 2018 617 final).
(74) Dawn il-figuri jassumu li l-kapaċità tar-Renju Unit li jiġġenera l-elettriku tibqa ’ kostanti għal 81,3GW.
(75) Inkella, ir-Renju Unit jargumenta li jekk żewġ proġetti, li jvarjaw fl-intensità tal-karbonju tagħhom, jissottomettu offerti ugwali, dan jista’ jiġi spjegat biss minn karatteristiċi tekniċi u minn karatteristiċi ekonomiċi oħra differenti
(76) Il-Kawża C-213/96 Outokumpu [1998] I-1777, il-punt 30.
(77) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(78) Ara l-premessa 17.
(79) Ara l-Artikolu 21(8) tar-Regolament(UE) 2019/943.
ANNESS
TIBDILIET FIS-SUQ TAL-KAPAĊITÀ
|
(1) |
L-ewwel, ir-Renju Unit jieħu impenn:
|
|
(2) |
It-tieni, ir-Renju Unit jieħu impenn:
|
|
(3) |
It-tielet, ir-Renju Unit jieħu impenn li jiżviluppa r-regoli kollha meħtieġa (pereżempju, iżda mhux limitat għal fatturi degradanti) sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta’ kwalunkwe tip ta’ kapaċità ġdida li jista’ jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, malli t-tali kapaċità jkollha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni. |
|
(4) |
Ir-raba’, ir-Renju Unit jieħu impenn:
|
|
5) |
Il-ħames, ir-Renju Unit jieħu impenn:
|
|
(6) |
Is-sitt, ir-Renju Unit jieħu impenn li jirrispetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/943 u b’mod partikolari li jadotta sa tmiem l-2020 it-tibdiliet regolatorji sabiex jiżgura li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2025, kapaċità ta’ ġenerazzjoni li tkun bdiet il-produzzjoni kummerċjali qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u li teħles aktar minn 550 g CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili għal kull kWh elettriku u aktar minn medja ta’ 350 kg CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili ta’ kull sena għal kull kWe ma tkunx impenjata u ma tirċivix pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt is-Suq tal-Kapaċità. |