2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/289

tad-19 ta’ Frar 2020

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (EUNAVFOR MED/1/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta’ Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE”).

(2)

Fit-18 ta’ Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 li taħtar lill-Viċi Ammirall Enrico CREDENDINO bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(3)

L-Awtoritajiet Militari Taljani pproponew in-nomina tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI biex jieħu post il-Viċi Ammirall Enrico CREDENDINO bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(4)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea appoġġa din il-proposta u qabel man-nomina tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mill-21 ta’ Frar 2020.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mill-21 ta’ Frar 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Frar 2020.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.