|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/251
tal-25 ta' Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar lis-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Qarn tal-Afrika. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fid-29 ta' Frar 2020. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-Qarn tal-Afrika jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' sitt xhur u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sal-31 ta' Awwissu 2020. |
|
(4) |
Ir-RSUE għall-Qarn tal-Afrika ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/905 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej : ‘1. Il-mandat tas-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika huwa estiż sal-31 ta' Awwissu 2020. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) ’. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: "L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sal-31 ta' Awwissu 2020 għandu jkun ta' EUR 1 400 000.". |
|
(3) |
Fl-Artikolu 14 , jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Ir- rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sal-15 ta' Ġunju 2020 ". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/819/PESK tat-8 ta' Diċembru 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/905 tal-25 ta' Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 16).