|
18.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/215
tas-17 ta’ Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill wettaq rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, fejn qies is-sitwazzjoni politika fiż-Żimbabwe. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-20 ta' Frar 2021. Jenħtieġ li l-Kunsill iżomm dawk il-miżuri restrittivi taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-iżviluppi politiċi u ta' dawk fil-qasam tas-sigurtà fiż-Żimbabwe. |
|
(4) |
B'kont meħud tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe, huwa xieraq li jiġi emendat it-titolu tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-entrata għal persuna waħda li mietet titħassar mil-lista ta' persuni u entitajiet indikati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu għal erba' persuni u entità waħda fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu sospiżi għal persuna waħda. Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tiġġedded għal tliet persuni elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
|
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/101/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe". |
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 10 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2021. 3. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), sa fejn japplikaw għall-persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2021. 4. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.". |
|
(3) |
L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, titħassar l-entrata li tikkonċerna lill-persuna li ġejja:
|
“1. |
Mugabe, Robert Gabriel;” |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, tiżdied entrata li tikkonċerna lill-persuna li ġejja:
|
“6. |
Mugabe, Grace”. |