17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 43/6


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/212

tas-17 ta’ Frar 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-fatt li negozjanti prominenti qed jagħmlu profitti kbar permezz tar-rabtiet tagħhom mar-reġim ta' Assad u qegħdin jgħinu fil-finanzjament ' dak ir-reġim bħala tpattija, inkluż permezz tal-impriżi konġunti ffurmati minn ċerti negozjanti u entitajiet prominenti ma' kumpanniji appoġġati mill-Istat biex ikun hemm żvilupp ta' art esproprjata, dawk in-negozjanti u l-entitajiet qed jappoġġaw u qed jibbenefikaw mir-reġim ta' Assad, inkluż permezz tal-użu tal-proprjetà esproprjata.

(3)

Barra minn hekk, l-esproprjazzjoni tal-art mir-reġim ta' Assad minn persuni spustati mill-kunflitt fis-Sirja tipprevjeni lil dawk il-persuni milli jkunu jistgħu jirritornaw lejn djarhom.

(4)

Jenħtieġ li tmien persuni fiżiċi u żewġ entitajiet jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p.14.


ANNESS

1.   

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

“288

Yasser Aziz ABBAS

(magħruf ukoll bħala Yasser, Yaser, Yasr Aziz, Aziz Abbas, Abas; ياسر عزيزعباس)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 22.8.1978

Nazzjonalità: Sirjana

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Bajaa Trading Services LLC, Qudrah Trading, Tafawoq Tourism Projects Company, Top Business, Yang King, Al-Aziz Group

Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja. Jappoġġa u/jew jibbenefika mir-reġim permezz ta' negozjati kummerċjali, inkluż il-kuntrabandu tal-fjuwil u t-trasferimenti tal-armi. Yasser Aziz Abbas japprofitta mill-faċilitazzjoni tal-importazzjonijiet taż-żejt f'isem ir-reġim Sirjan u juża r-relazzjonijiet tiegħu mar-reġim biex jikseb negozjar u trattament preferenzjali.

17.2.20 20

289.

Mahir BurhanEddine AL-IMAM

(magħruf ukoll bħala ماهر برهان الدين الإمام)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Sirjana

Kariga: Maniġer Ġenerali ta' Telsa Group /Telsa Telecom

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Telsa Group/Telecom; Tazamon Contracting LLC; Castro LLC

Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja b'interessi kummerċjali fit-turiżmu, it-telekomunikazzjonijiet u l-proprjetà immobbli. Bħala Maniġer Ġenerali ta' Telsa Communication Group li huwa appoġġat mir-reġim kif ukoll ta' Castro LLC, u permezz tal-interessi kummerċjali l-oħra tiegħu, Mahir BurhanEddine Al-Imam igawdi mir-reġim u jappoġġa l-politika tiegħu ta' finanzjament u lobbying kif ukoll il-politika tiegħu fil-qasam tal-kostruzzjoni.

17.2.20 20

290.

Waseem AL-KATTAN

(magħruf ukoll bħala Waseem, Wasseem, Wassim, Wasim Anouar Al-Kattan, Al-Katan, Al-Qattan, Al-Qatan; وسيم قطان, وسيم أنوار القطان)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 4.3.1976

Nazzjonalità: Sirjana

Kariga: President tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Provinċja tal-Pajsaġġ ta' Damasku (Rurali)

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Larosa Furniture/Furnishing; Jasmine Fields Company Ltd.; Muruj Cham (Murooj al-Cham) Investment and Tourism Group; Adam and Investment LLC; Universal Market Company LLC; Teżorier tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ Sirjani

Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja li jibbenefika minn u jappoġġa r-reġim. Sid ta' għadd ta' negozji u kumpanniji azzjonarji b'interessi u attivitajiet f'diversi setturi ekonomiċi bħall-proprjetà immobbli, l-industrija tal-lukandi lussużi, u ċentri kummerċjali. Wasseem Al-Kattan laħaq malajr negozjant ewlieni billi impona taxxi fuq oġġetti li ddaħħlu b'kuntrabandu fil-Lvant ta' Ghouta meta kien taħt assedju, u issa huwa involut f'forom aggressivi ta' klijenteliżmu għall-benefiċċju tar-reġim. Wasseem Al-Kattan jibbenefika finanzjarjament minn aċċess preferut għal offerti pubbliċi kif ukoll għal liċenzji u kuntratti mogħtija minn aġenziji tal-gvern minħabba r-rabtiet mill-qrib tiegħu mar-reġim.

17.2.20 20

291.

Amer FOZ

(magħruf ukoll bħala عامر فوز)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.3.1976

Nazzjonalità: Sirjana

Numru tal-passaport 06010274747

Kariga: Maniġer Ġenerali ta' ASM International General Trading, LLC (ASM International Trading)

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Samer Foz, deżinjat mill-UE; Aman Holding (Aman Damascus Joint Stock Company), deżinjata mill-UE; ASM International General Trading LLC (ASM International Trading)

Negozjant ewlieni b'interessi u attivitajiet personali u familjari f'diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inkluż permezz ta' Aman Holding (qabel magħruf bħala l-Aman Group). Permezz ta' Aman Holding, huwa jibbenefika finanzjarjament mill-aċċess għal opportunitajiet kummerċjali u jappoġġa lir-reġim ta' Assad, inkluż permezz tal-involviment fl-iżvilupp ta' Marota City li huwa appoġġat mir-reġim. Mill-2012 'l hawn, kien ukoll Maniġer Ġenerali ta' ASM International Trading LLC.

Huwa assoċjat ukoll ma' ħuh Samer Foz, li ġie ddeżinjat mill-UE minn Jannar 2019 bħala negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja u li jappoġġa jew jibbenefika mir-reġim.

17.2.20 20

292.

Saqr RUSTOM

(magħruf ukoll bħala Saqr, Saqer;As'ad, Asaad; AsadAl-Rustom, Al-Rostom; صقر رستم, صقر أسعد الرستم)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Sirjana

Kariga: Kap tal-Forza tad-Difiża Nazzjonali f'Homs

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Damas Real Estate Development and Investment LLC

Kap tal-fergħa lokali tal-Forza tad-Difiża Nazzjonali f'Homs (milizzja tar-reġim -Shabiha). Responsabbli għall-parteċipazzjoni tiegħu fir-ripressjoni brutali kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Permezz tal-milizzja tiegħu, Saqr Rustom huwa responsabbli għal għadd ta' skemi li jagħmlu profitt mill-gwerra u għalhekk qed jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim Sirjan. Assoċjat mal-persuna deżinjata Bassam Hassan, iz-ziju tiegħu, li miegħu stabbilixxa d-Damas Real Estate Development and Investment LLC sabiex jinvesti fi proġetti ta' proprjetà immobbli.

17.2.20 20

293.

Abdelkader SABRA

(magħruf ukoll bħala Abdelkader, Abd el Kader, Abd al Kader, Abdul Kader Abd al Qadr, Abdul Qadr;Sabra, Sabrah; عبد القادر صبرا; عبد القادر صبره)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 14.9 1955

Nazzjonalità: Sirjana; Libaniża

Kariga: Sid ta' Sabra Maritime Agency; kap tal-Kunsill Sirjan-Tork ta' Negozjanti; sieħeb fundatur ta' Phoenicia Tourism Company; President tal-Kamra tan-Navigazzjoni Marittima fis-Sirja

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Phoenicia Tourism Company (شركةفينيقيا للسياحة); Sabra Maritime Agency (كالة صبره البحرية)

Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja b'diversi interessi ekonomiċi, speċjalment fis-settur marittimu u dak tat-turiżmu. Bħala persuna ewlenija fit-trasport marittimu u soċju kummerċjali mill-qrib ta' Rami Makhlouf (sostenitur tar-reġim u kuġin ta' Bashar al-Assad), Abdelkader Sabra jipprovdi appoġġ finanzjarju u ekonomiku lir-reġim Sirjan, inkluż permezz ta' kumpanniji offshore. Abdelkader Sabra jibbenefika wkoll mir-rabtiet tiegħu mar-reġim, li ppermettewlu jespandi l-attivitajiet tiegħu fis-settur tal-proprjetà immobbli. Huwa involut ukoll fil-ħasil tal-flus u attivitajiet kummerċjali b'appoġġ għar-reġim Sirjan u l-assoċjati tiegħu.

17.2.20 20

294.

Khodr Ali TAHER

(magħruf ukoll bħala خضر علي طاه)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1976

Nazzjonalità: Sirjana

Kariga: Direttur u sid ta' Ella Media Services; sieħeb fundatur ta' Castle Security and Protection u Jasmine Contracting Company; Il-President u sieħeb fundatur ta' Syrian Hotel Management Company; Maniġer u sid ta' Ematel

Negozjant ewlieni li jopera f'diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inkluż is-sigurtà privata, il-bejgħ bl-imnut tat-telefowns ċellulari, il-ġestjoni tal-lukandi, is-servizzi ta' reklamar u t-trasferiment domestiku tal-flus.

Jappoġġa u jibbenefika mir-reġim permezz ta' kooperazzjoni fl-attivitajiet kummerċjali tiegħu u l-involviment tiegħu f'attivitajiet ta' kuntrabandu u ta' profitti illegali. Khodr Ali Taher huwa s-sid ta' għadd ta' kumpanniji u kkofinanzja oħrajn. L-involviment tiegħu f'negozjati kummerċjali mar-reġim jinkludi li daħal f'impriża konġunta mas-Syrian Transport and Tourism Company, li l-Ministeru għat-Turiżmu għandu sehem ta' żewġ terzi minnha.

17.2.20 20

 

 

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Citadel for Protection, Guard and Security Services (Castle Security and protection); Ematel LLC (Ematel Communications); Syrian Hotel Management Company; Jasmine Contracting Company

 

 

295.

Adel Anwar AL-OLABI

(magħruf ukoll bħala Adel Anouar el-Oulabi;Adil Anwar al-Olabi; عادل أنور العلبي)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1976;

Nazzjonalità: Sirjana;

Kariga: Viċi President ta' Damascus Cham Holding Company (DCHC); Gvernatur ta' Damasku

Negozjant ewlieni li jibbenefika mir-reġim u jappoġġah. Viċi President ta' Damascus Cham Holding Company (DCHC), il-fergħa tal-investiment tal-Provinċja ta' Damasku li tiġġestixxi l-proprjetajiet tal-Provinċja ta' Damasku u li timplimenta l-proġett tal-Belt ta' Marota.

Adel Anwar Al-Obiki huwa wkoll il-Gvernatur ta' Damasku, maħtur minn Bashar Al-Assad f'Novembru 2018. Bħala Gvernatur ta' Damasku u Viċi President ta' DCHC, huwa responsabbli għal sforzi biex jiġu implimentati l-politiki tar-reġim ta' żviluppar ta' art esproprjata f'Damasku (inkluż id-Digriet Nru 66 u l-Liġi Nru 10), l-aktar permezz tal-proġett tal-Belt ta' Marota.'.

17.2.20 20”

2.   

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima B (entitajiet) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

“77.

Al Qatarji Company

(magħruf ukoll bħala Qatarji International Group; Al-Sham and Al-Darwish Company; Khatirji / Katarji / Katerji Group; مجموعة/شركة قاطرخي)

Tip ta' entità: kumpannija privata

Settur tan-negozju: importazzjoni/esportazzjoni; trasport tal-merkanzija bit-trakkijiet; il-forniment ta' żejt u komoditajiet

Isem id-Direttur/Ġestjoni: Hussam AL-QATIRJI, CEO (deżinjat mill-UE)

Sid benefiċjarju finali: Hussam AL-QATIRJI (deżinjat mill-UE)

Kumpannija ewlenija li topera f'diversi setturi tal-ekonomija Sirjana. Billi tiffaċilita l-kummerċ tal-fjuwil, tal-armi u tal-munizzjon bejn ir-reġim u diversi atturi inkluż l-ISIS (Da'esh) taħt il-pretest ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' oġġetti tal-ikel, tappoġġa lill-milizzji li qed jiġġieldu flimkien mar-reġim u tisfrutta r-rabtiet tagħha mar-reġim biex tespandi l-attività kummerċjali tagħha, Al Qatarji Company – li l-bord tagħha huwa mmexxi minn persuna ddeżinjata, Hossam Qatarji, membru tal-Assemblea tal-Poplu Sirjan – tappoġġa u tibbenefika mir-reġim Sirjan.

17.2.20 20

 

 

Indirizz reġistrat: Mazzah, Damasku, is-Sirja

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Arvada/Arfada Petroleum Company JSC

 

 

78.

Damascus Cham Holding Company

(magħruf ukoll bħala Damascus Cham Private Joint Stock Company; القابضة الشام دمشق)

Tip ta' entità: Kumpannija bi sjieda pubblika taħt il-liġi privata

Settur tan-negozju: żvilupp tal-proprjetà immobbli

Isem id-Direttur/Ġestjoni:

Adel Anwar AL-OLABI, Viċi President tal-Bord tad-Diretturi u gvernatur ta' Damasku (deżinjat mill-UE)

Sid benefiċjarju finali: Provinċja ta' Damasku

Id-Damascus Cham Holding Company ġiet stabbilita mir-reġim bħala l-fergħa ta' investiment tal-Provinċja ta' Damasku sabiex tiġġestixxi l-proprjetajiet tal-Provinċja ta' Damasku u timplimenta l-proġett ta' Marota City, proġett immobiljari lussuż ibbażat fuq art esproprjata skont id-Digriet Nru 66 u l-Liġi Nru 10 b'mod partikolari.

17.2.20 20”

 

 

Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:

Rami Makhlouf (deżinjat mill-UE); Samer Foz (deżinjat mill-UE); Mazen Tarazi (deżinjat mill-UE);

Talas Group, proprjetà tan-negozjant Anas Talas (deżinjat mill-UE); Exceed Development and Investment Company, proprjetà tal-investituri privati Hayan Mohammad Nazem Qaddour, u Maen Rizk Allah Haykal (it-tnejn deżinjati mill-UE); Khaled Al-Zubaidi u Nader Qalei (it-tnejn deżinjati mill-UE)

Billi tiġġestixxi l-implimentazzjoni ta' Marota City, Damascus Cham Holding (li l-Viċi-President tagħha huwa mmexxi mill-Gvernatur ta' Damasku) tappoġġa u tibbenefika mir-reġim Sirjan u tipprovdi benefiċċji lil negozjanti b'rabtiet mill-qrib mar-reġim li nnegozjaw ftehimiet bi qligħ tajjeb ma' din l-entità permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati.'.